18.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/7


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10459 — CVC/STOCK SPIRITS GROUP)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 421/06)

1.   

Fis-7 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li tinvolvi l-akkwist tal-kontroll esklużiv ta’ Stock Spirits Group plc(“Stock Spirits”) minn CVC Capital Partners SICAV-FIS S.A. (“CVC”) fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004.

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

CVC (il-Lussemburgu);

—

Stock Spirits (ir-Renju Unit).

CVC takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Stocks Spirit kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra minn fit-12 ta’ Awwissu 2021.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

CVC: CVC tiġġestixxi fondi u pjattaformi ta’ investiment, Waħda mill-kumpaniji tal-portafoll tal-fondi CVC, Zabka Polska S.A., hija attiva fil-bejgħ bl-imnut tal-merċa fil-Polonja;

—

Stock Spirits: Stock Spirits hija produttur u distributur ta’ xorb spirituż, prinċipalment fl-Ewropa.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10459 — CVC/STOCK SPIRITS GROUP

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).