32004E0179



Official Journal L 055 , 24/02/2004 P. 0068 - 0069


Pożizzjoni komuni tal-kunsill 2004/179/PBSK

it-23 ta' Frar ta' l-2004

dwar miżuri li jirrestrinġu t-tmexxija tar-regjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova.

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat ta' l-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1) Fis-27 ta' Frar ta' l-2003, il-Kunsill addotta Pożizzjoni Komuni 2003/139/PBSK dwar miżuri li jirrestrinġu t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova [1].

(2) Minkejja li n-negozzjati dwar it-tibdiliet lill-liġi kostituzzjonali digà bdew, ma kien hemm l-ebda progress sostanzjali fuq is-sitwazzjoni dwar il-kunflitt Transnistrijan fil-Il-Moldova.

(3) L-UE tibqa' marbuta li tagħti sehemha ghall-għan li tintlaħaq soluzzjoni paċifika dwar il-kunflitt, b'kull rispett għall-integrità territorjali tal-Moldova u fil-qafas ta' l-Organizazzoni għas-Sigurtà u Koperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).

(4) L-UE tikkonsidra inaċċettabbli l-Pożizzjoni mħedda tat-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova u għan-nuqqas ta' rieda li taħdem bi skop biex tintlaħaq soluzzjoni paċifika u komprensiva għall-kunflitt Transnistrijan.

(5) Il-projbizzjoni ta' safar imponuta fil-Pożizzjoni Komuni 2003/139/PBSK tiskadi fis-26 ta' Frar 2004 u għandha tiġi mġedda,

ADOTTAT DIN IL-POSIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-azzjonijiet neċessarji li ma jitħalliex id-dħul jew it-transitu għal fit-terrorji, il-persuni imniżżlin fl-Anness, li huma responsabbli li ħallewx li jsir progress biex jintlaħaq ftehim politiku għall-kunflitt.

2. Il-Paragrafu 1 ma jorbotx lill-Istati Membri li jirrifjutaq Iċ-ċittadini proprji d-dħul fit-territorju.

3. Il-Paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju fil-kazijiet fejn l-Istati Membri huma marbuta bl-obligazzjoni tal-liċi internazzjonali, jiġifieri:

(a) bħala pajjix li jospita organizzjoni internazzjonali intergovernatali;

(b) bħala pajjiz li jospita konferenza internazzjonali msejjħa minn jew taħt l-awspiċi tan-Nazzjonijiet Uniti; jew

(ċ) taħt ftehim multilaterali bi privileġġi u immunitajiet.

Il-Kunsill irid jiġi nfurmat f'kull minn dawn it-tliet każijiet.

4. Il-Paragrafu 3 għandu jkunu meqjus bħala applikabbli anke f'każijiet fejn l-Istat Membru huwa pajjiz ospitanti ta' l-Organizzazzjoni tas-Sigurtà u Koperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).

5. L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħtu eżenzjoni mill-miżuri mposti fil-paragrafu 1 fejn is-safar jkun ġustifikat fuq bażi ta' bżonn urġenti umanitarju, jew fuq bażi ta' laqgħat intergovermentali, inkluzi dawk immexxija mill-Unjoni Ewropea, fejn djalogu politiku huwa mmexxi direttament favor id-demokrazij, drittijiet umani u stat tad-dritt fil-Moldova.

6. L-Istat Membru li jixtieq jaghtu ezenzjoni msemmija fil-paragrafu 5 irid jgharraf lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni ser tigi moghtija kemm-il darba wiehed jew aktar Membri tal-Kunsill jqajjem oġezzjoni bil-miktub fi 48 siegħa minn meta tkun riċevuta n-notifikazzjoni ta' l-eżensjoni proposta. Fil-każ li wieħed jew iktar mill-membri tal-Kunsill jqajjmu xi oġezzjoni, il-Kunsill, immexxi minn maġġoranza kwalifikata, jista' jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.

7. F'każijiet fejn, skond il-paragrafi 3, 4, 5 u 6, Stat Membru jawtorizza d-dħul, jew t-transitu mit-territorju tiegħu tal-persuni imniżżlin fl-Anness, l-awtorizazzjoni għandha tkun ristretta għall-ghan li għalih tkun ingħatat u għal dawk il-persuni kkonċernati b'dan.

Artikolu 2

Il-Kunsill, mmexxi minn proposta minn xi Stat Membru jew il-Kummissjoni, għandha tadotta xi tibdiliet mill-lista imsemmija fl-Anness kif ikun hemm bżonn skond l-Iżviluppi politiċi fil-Moldova

Artikolu 3

Biex Iżżid l-impatt tal-miżuri imsemmija hawn fuq, l-Unjoni Ewropea għandha tinkoraġixxi Stati terzi biex jaddottaw dawn il-miżuri ristrettivi simili għal dawn li jinsabu f'din il-Pożizzjoni Komuni.

Artikolu 4

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tidhol fis-seħħ fis-27 ta' Frar ta' l-2004 u għandha tkun applikabbli sas-27 ta' Frar ta' l-2005. Għandha tkun miżmuma taħt reviżjoni kontinwa. Għandha tkun imġedda, jew emendata kif xieraq, jekk il-Kunsill jidhirlu li l-għanijiet ma ġewx milħuqa.

Artikolu 5

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussel, fit-23 ta' Frar ta' l-2004.

F'isem il-Kunsill

Il-President

B. Cowen

[1] ĠU L 53, 28.02.03, p. 60.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

Lista tal-persuni msejħa fl-Artikolu 1

1. SMIRNOV, IGOR, "President", imwieled fid-29.10.1941 f'Chabarovsk. Passaport Russu Nru. 50 Nru. 0337530.

2. SMIRNOV, VLADIMIR, iben tan-Nru. 1 u President tal-Kumitat ta' l-Istat dwar id-Dwana, mwieled fit- 3.4.1961 f'Vupiansk Charkov. Passaport Russu Nru. 50 Nru. 00337016.

3. SMIRNOV, OLEG,, iben tan-Nru. 1 u Konsulent lill-Kumitat ta' l-Istat dwar id-Dwana, mwieled fit- 8.8.1967 f'Novaja Kachovka, Cherson. Passaport Russu Nru 60 Nru. 1907537.

4. LEONTYEV, SERGEY, "Vici-President", imwieled fid-9.2.1944 f'Odessa Leontovka. Passaport Russu Nru 50 Nru. 0065438.

5. MARACUTSA, GRIGORY, "President of the Supreme Soviet", imwieled fil-15.10.1942 f'Teia, Grigoriopol. Passaport Antik Sovietiku Nru 8BM724835.

6. KAMINSKY, ANATOLY, "Vici-President tas-Supreme Soviet", imwieled fil- 15.3.1950 f'Cita. Passaport Antik Sovietiku Nru A25056238.

7. SHEVCHUK, EVGENY, "Viċi-President tas-Supreme Soviet", imwieled fil-21.6.1946 f'Novosibirsk. Passaport Antik Sovietiku Nru A25004230.

8. LITSKAI, VALERY, "Ministru ta' l-Affarijiet Barranin", imwieled fit-13.2.1949 f'Tver. Passaport Russu.

9. KHAJEEV, STANISLAV, "Ministru ghad-Difiża", imwieled fit-28.12.1941 f'Celabinsk.

10. ANTIUFEEV (SEVTOV), VADIM, "Ministru ghas-Sigurta' ta' l-Istat", imwieled fl-1951 f'Novosibirsk. Passaport Russu.

11. KOROLYOV, ALEXANDER, "Ministru ta' l-Affarijiet Interni", mwieled fl-1951 f'Briansk. Passaport Russu.

12. BALALA, VIKTOR, "Ministru tal-Gustizza", mwieled fl-1961 f'Vinitsa.

13. AKULOV, BORIS, "Rapprezentant tat-Transdniestria fl-Ukraina".

14. ZAKHAROV, VIKTOR, "Uffiċċjut tal-Prosekutur", imwieled fl-1948 f'Camenca.

15. LIPOVTSEV, ALEXEY, "Deputat President tal-Kumitat tad-Dwana".

16. GUDYMO, OLEG, "Deputat Ministru tas-Sigurta", imwieled fil-11.9.1944 f'Alma-Ata. Passaport Russu Nru 51 Nru. 0592094.

17. KOSOVSKI, EDUARD, "President tal-Bank tar-Repubblika tat-Transnistrija", mwieled fis- 7.10.1958 f'Floresti.

--------------------------------------------------