02015D1849 — MT — 20.12.2016 — 001.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1849

tat-13 ta' Ottubru 2015

dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni ta' organiżmi ta' ħsara fir-rigward ta' ċertu ħxejjex tal-ikel li joriġinaw fil-Gana

(notifikata bid-dokument C(2015) 6858)

(ĠU L 268 15.10.2015, p. 33)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

►M1

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/2316 tas-16 ta' Diċembru 2016

  L 345

66

20.12.2016




▼B

DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1849

tat-13 ta' Ottubru 2015

dwar miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni ta' organiżmi ta' ħsara fir-rigward ta' ċertu ħxejjex tal-ikel li joriġinaw fil-Gana

(notifikata bid-dokument C(2015) 6858)



Artikolu 1

L-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta' pjanti għajr iż-żerriegħa, ta' Capsicum L., Lagenaria Ser., Luffa Mill., Momordica L. u Solanum L., għajr S. lycopersicum L. li jorġinaw fil-Gana għandha tiġi pprojbita.

▼M1

Artikolu 2

L-Artikolu 1 għandu japplika sal-31 ta' Diċembru 2017.

▼B

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.