European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/6455

4.12.2025

Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)

(C/2025/6455)

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)

“Paška sol”

Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-HR-02178-AM01 - 3.9.2025

1.   Isem il-prodott

“Paška sol”

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

☐

IĠP

☑

DOP

☐

IĠ

3.   Settur

☑

Prodotti agrikoli

☐

Inbejjed

☐

Xarbiet spiritużi

4.   Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika

Il-Kroazja

5.   Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard

Isem/ismijiet

Il-Ministeru għall-Agrikoltura, għall-Forestrija u għas-Sajd

6.   Kwalifika bħala emenda standard

L-emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ma tinkludix bidla fl-isem tal-indikazzjoni ġeografika protetta jew bidla fl-użu ta’ dak l-isem. Ma hemmx ir-riskju li tixxejjen ir-rabta maż-żona ġeografika definita tal-produzzjoni, u l-emenda lanqas ma tinvolvi restrizzjonijiet addizzjonali fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott.

7.   Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i

Intestatura

1.   Emenda standard tal-punt 2.1. tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

Deskrizzjoni

Emenda Nru 1

Din l-emenda tirrigwarda l-intestatura tal-punt.

L-intestatura “Paška sol – melħ tal-baħar fin”

ġiet sostitwita b’dan:

“Paška sol – melħ tal-baħar”.

Deskrizzjoni: Il-kelma “fin” tħassret mill-intestatura.

Ġustifikazzjoni: L-intestatura ġiet immodifikata f’konformità mal-bidliet relatati mat-tneħħija ta’ granulazzjoni preskritta għall-melħ. Din l-emenda saret minħabba li tneħħew ir-restrizzjonijiet fuq il-granulazzjoni tal-melħ, biex b’hekk id-deskrizzjoni tal-“Paška sol” tkun tista’ tkopri l-melħ prodott kemm b’metodi industrijali kif ukoll b’metodi tradizzjonali. Dan l-aġġustament tat-terminoloġija użata fid-deskrizzjoni tal-prodott ma jaffettwax il-kwalità, l-oriġini jew l-awtentiċità tal-prodott.

☐

Din l-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

2.   Emenda standard tal-punt 2.1.1. tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

Deskrizzjoni

Emenda Nru 2

Din l-emenda tirrigwarda d-definizzjoni ġenerali tal-prodott.

It-test tal-punt 2.1.1.:

“Il-melħ tal-baħar fin ‘Paška sol’ jinkiseb mill-ilma baħar tal-Bajja ta’ Pag fil-gżira ta’ Pag. Jiġi prodott permezz tal-evaporazzjoni tal-ilma baħar ikkonċentrat f’għadajjar għall-evaporazzjoni, fejn il-kristallizzazzjoni f’sistema magħluqa tipproduċi l-melħ tal-baħar.”

ġie sostitwit b’dan:

“Il-melħ tal-baħar ‘Paška sol’ jinkiseb mill-ilma baħar tal-Bajja ta’ Pag fil-gżira ta’ Pag. Jiġi prodott permezz tal-evaporazzjoni tal-ilma baħar ikkonċentrat f’għadajjar għall-evaporazzjoni, fejn il-kristallizzazzjoni fl-għadajjar tal-melħ jew f’sistema magħluqa tipproduċi l-melħ tal-baħar.”

Deskrizzjoni: Din l-emenda inkorporat metodu addizzjonali ta’ kif jiġi kkristallizzat l-ilma baħar, jiġifieri fl-għadajjar tal-melħ.

Ġustifikazzjoni: L-introduzzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni klassiku, jiġifieri tradizzjonali, tagħmilha possibbli li l-“Paška sol” ikollu granulazzjoni aktar ħarxa minn dik li kienet stabbilita sa issa. Din la tibdel il-kwalità intrinsika tiegħu u lanqas l-awtentiċità tal-prodott; pjuttost twessa’ l-firxa ta’ modi li bihom jista’ jinkiseb, u tippermetti aktar flessibbiltà u l-preservazzjoni tal-metodi tradizzjonali.

☑

Din l-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

3.   Emenda standard tal-punt 2.1.2. tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

Deskrizzjoni

Emenda Nru 3

Din l-emenda tirrigwarda d-deskrizzjoni tal-prodott lest.

It-test u t-tabella taħt il-punt 2.1.2.:

“Il-melħ tal-baħar fin ‘Paška sol’ jieħu l-forma ta’ kristalli żgħar, regolari, bl-għamla ta’ kubu li huma ta’ kulur abjad u fihom il-minerali u l-oligoelementi (l-Anness 1.1. Rapporti analitiċi). Il-biċċa l-kbira tal-kristalli huma sa 1 mm fid-daqs, sabiex > 98 % tal-kristalli kollha jkunu jistgħu jgħaddu minn għarbiel b’malji ta’ daqs ta’ 1,3 mm. Għandhom togħma ta’ melħ ikkonċentrat mingħajr togħma morra.

Kompożizzjoni:

Proporzjon ta’ klorur tas-sodju f’materja niexfa totali (%)

> 98,0

Kontenut ta’ ilma (%)

< 0,40

Manjeżju (%)

0,02 - 0,20

Kalċju (%)

0,01 - 0,10

Potassju (%)

> 0,02

Arseniku (mg/kg)

< 0,25

Kadmju (mg/kg)

< 0,25

Ċomb (mg/kg)

< 0,20

Merkurju (mg/kg)

< 0,10

Granulazzjoni

Ir-residwu li jibqa’ f’għarbiel b’dijametru ta’ 1,3 mm huwa < 2 %.”

ġew sostitwiti b’dan:

“Il-melħ tal-baħar ‘Paška sol’ jieħu l-forma ta’ kristalli regolari, bl-għamla ta’ kubu li huma ta’ kulur abjad u fihom il-minerali u l-oligoelementi (l-Anness 1.1. Rapporti analitiċi). Għandu togħma ta’ melħ ikkonċentrat mingħajr togħma morra.

Kompożizzjoni:

Proporzjon ta’ klorur tas-sodju f’materja niexfa totali (%)

> 97,0

Kontenut ta’ ilma (%)

< 5,0

Manjeżju (%)

> 0,02

Kalċju (%)

> 0,01

Potassju (%)

> 0,02

Arseniku (mg/kg)

< 0,25

Kadmju (mg/kg)

< 0,25

Ċomb (mg/kg)

< 0,20

Merkurju (mg/kg)

< 0,10”

Deskrizzjoni: din l-emenda kienet tinvolvi t-tħassir tal-kelma “fin” wara l-kelma “baħar” u tal-kelma “żgħar” wara l-kelma “kristalli”. Kienet tinvolvi wkoll it-tħassir tas-sentenza “Il-biċċa l-kbira tal-kristalli huma sa 1 mm fid-daqs, sabiex > 98 % tal-kristalli kollha jkunu jistgħu jgħaddu minn għarbiel b’malji ta’ daqs ta’ 1,3 mm.” Din l-emenda involviet bidliet fil-valuri tal-parametri li ġejjin fit-tabella: “Proporzjon ta’ klorur tas-sodju f’materja niexfa totali (%)”, “Kontenut ta’ ilma (%)”, “Manjeżju (%)”, u “Kalċju (%)”, u l-parametru “Granulazzjoni” tħassar.

Ġustifikazzjoni: Din l-emenda saret biex jitneħħew ir-restrizzjonijiet fuq il-granulazzjoni tal-prodott. Din tippermetti li jittieħed approċċ unifikat biex jiġi ddefinit il-prodott, irrispettivament mill-metodu tal-kristallizzazzjoni użat, sew jekk industrijali (li jinvolvi l-użu ta’ kristallizzatur) jew tradizzjonali (li jinvolvi l-ġbir tal-kristalli minn għadira). Il-bidliet huma esklużivament ta’ natura terminoloġika u la jaffettwaw il-karatteristiċi intrinsiċi tal-prodott u lanqas l-awtentiċità ġeografika u tradizzjonali tiegħu; pjuttost jippermettu aktar flessibbiltà u l-preservazzjoni ta’ diversi metodi tal-produzzjoni taħt l-istess denominazzjoni protetta. Il-bidliet fil-limiti tal-parametri msemmija hawn fuq fit-tabella kienu xprunati mill-fatt li l-valuri għall-minerali manjeżju, potassju u kalċju mkejla matul il-perjodu preċedenti kultant kienu ogħla minn dawk stipulati fl-ispeċifikazzjoni; din fil-fatt hija ħaġa mixtieqa, peress li proporzjon akbar ta’ dawn il-minerali rriżulta fi proporzjon aktar baxx ta’ klorur tas-sodju mingħajr ma saret l-ebda ħsara lill-proprjetajiet organolettiċi tal-melħ.

☑

Din l-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

4.   Emenda standard tal-punt 2.2.1. tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

Deskrizzjoni

Emenda Nru 4

Din l-emenda tirrigwarda d-definizzjoni ġenerali tal-prodott.

It-test tal-punt 2.2.1.:

“Il-fjura tal-melħ ‘Paška sol’ hija prodott tal-fażi inizjali ta’ manifattura tal-melħ tal-baħar fin, jiġifieri matul il-produzzjoni ta’ ilma tal-baħar ikkonċentrat.”

ġie sostitwit b’dan:

“Il-fjura tal-melħ ‘Paška sol’ hija prodott tal-fażi inizjali ta’ manifattura tal-melħ tal-baħar, jiġifieri matul il-produzzjoni ta’ ilma tal-baħar ikkonċentrat.”

Deskrizzjoni: L-emenda kienet tinvolvi t-tħassir tal-kelma “fin” wara l-kelma “baħar”.

Ġustifikazzjoni: Din l-emenda saret sabiex titqies it-tneħħija tar-restrizzjonijiet fuq il-granulazzjoni tal-melħ minħabba l-inklużjoni tal-metodu ta’ produzzjoni klassiku (jiġifieri tradizzjonali).

☑

Din l-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

5.   Emenda standard tal-punt 2.2.2. tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

Deskrizzjoni

Emenda Nru 5

Din l-emenda tirrigwarda d-deskrizzjoni tal-prodott lest.

It-test fit-tabella taħt il-punt 2.2.2.:

“Il-fjura tal-melħ ‘Paška sol’ għandha proporzjon ogħla ta’ minerali fil-kompożizzjoni tagħha. Għandha togħma kemxejn ħelwa. Is-sawra tagħha tqarmeċ u hija fraġli ħafna. Għandha lewn abjad fl-isfar ċar b’riżultat ta’ livelli għolja ta’ minerali. Għandha togħma distintiva, hija inqas mielħa mill-melħ tat-tisjir u fiha aktar minerali naturali (manjeżju, kalċju, potassju, jodju). Il-granulazzjoni tal-fjura tal-melħ ‘Paška sol’ hija aktar ħarxa minn dik tal-melħ tal-baħar fin ‘Paška sol’; il-kristalli tagħha għandhom l-għamla ta’ tqarqiċ u jitfarrku faċilment meta jingħorku bejn is-swaba’ (l-Anness 1.2. Rapporti analitiċi).

Kompożizzjoni:

Proporzjon ta’ klorur tas-sodju f’materja niexfa totali (%)

> 97,0

Kontenut ta’ ilma (%)

< 2,00

Manjeżju (%)

> 0,07

Kalċju (%)

0,02 - 0,20

Potassju (%)

> 0,05

Arseniku (mg/kg)

< 0,25

Kadmju (mg/kg)

< 0,25

Ċomb (mg/kg)

< 0,30

Merkurju (mg/kg)

< 0,10”

ġie sostitwit b’dan:

“Il-fjura tal-melħ ‘Paška sol’ għandha proporzjon ogħla ta’ minerali fil-kompożizzjoni tagħha. Għandha togħma kemxejn ħelwa. Is-sawra tagħha tqarmeċ u hija fraġli ħafna. Għandha lewn abjad fl-isfar ċar b’riżultat ta’ livelli għolja ta’ minerali. Għandha togħma distintiva, hija inqas mielħa mill-melħ tat-tisjir u fiha aktar minerali naturali (manjeżju, kalċju, potassju, jodju). Il-kristalli tagħha għandhom l-għamla ta’ tqarqiċ u jitfarrku faċilment meta jingħorku bejn is-swaba’. (l-Anness 1.2. Rapporti analitiċi).

Proporzjon ta’ klorur tas-sodju f’materja niexfa totali (%)

> 92,0

Kontenut ta’ ilma (%)

< 7,00

Manjeżju (%)

> 0,07

Kalċju (%)

> 0,02

Potassju (%)

> 0,05

Arseniku (mg/kg)

< 0,25

Kadmju (mg/kg)

< 0,25

Ċomb (mg/kg)

< 0,30

Merkurju (mg/kg)

< 0,10”

Deskrizzjoni: Din l-emenda kienet tinvolvi t-tħassir tal-parti tas-sentenza “Il-granulazzjoni tal-fjura tal-melħ ‘Paška sol’ hija aktar ħarxa minn dik tal-melħ tal-baħar fin ‘Paška sol’;” u l-bqija tas-sentenza wara l-virgola [sic] ingħaqdet mas-sentenza ta’ qabel, li fl-aħħar tagħha tħassar il-punt u żdiedet virgola [sic]. Din l-emenda involviet bidliet fil-valuri tal-parametri li ġejjin fit-tabella: “Proporzjon ta’ klorur tas-sodju f’materja niexfa totali (%)”, “Kontenut ta’ ilma (%)” u “Kalċju (%)”.

Ġustifikazzjoni: Din l-emenda saret f’konformità ma’ bidla relatata mat-tneħħija tar-restrizzjonijiet dwar il-granulazzjoni tal-melħ. Il-bidliet fil-limiti tal-parametri msemmija hawn fuq fit-tabella kienu xprunati mill-fatt li l-valuri għall-minerali manjeżju, potassju u kalċju mkejla matul il-perjodu preċedenti kultant kienu ogħla minn dawk stipulati fl-ispeċifikazzjoni; din fil-fatt hija ħaġa mixtieqa, peress li proporzjon akbar ta’ dawn il-minerali rriżulta fi proporzjon aktar baxx ta’ klorur tas-sodju mingħajr ma saret l-ebda ħsara lill-proprjetajiet organolettiċi tal-melħ. Irriżulta li, minħabba t-tibdil fil-klima, it-tnixxif tal-fjura tal-melħ fix-xemx għal ċerta parti tal-ġurnata ma għadux biżżejjed biex jinkiseb il-kontenut ta’ ilma meħtieġ. Għal din ir-raġuni, il-kontenut ta’ ilma issa żdied; madankollu, dan ma jaffettwax il-proprjetajiet organolettiċi tal-fjura tal-melħ.

☑

Din l-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

6.   Emenda standard tal-punt 4 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

Deskrizzjoni

Emenda Nru 6

Din l-emenda tirrigwarda l-prova tal-oriġini.

It-test fil-punt 4:

“Skont ir-Riżoluzzjoni tal-Ministeru għall-Affarijiet Ekonomiċi dwar l-isfruttament tal-materja prima minerali, Solana Pag għandha awtorizzazzjoni unika biex tisfrutta l-ilma baħar mill-Bajja ta’ Pag għall-produzzjoni tal-melħ tal-baħar fin u tal-fjura tal-melħ ‘Paška sol’. L-ilma mielaħ mill-Bajja ta’ Pag huwa l-unika materja prima li tintuża fil-produzzjoni tal-‘Paška sol’.”

ġie sostitwit b’dan:

“Skont ir-Riżoluzzjoni tal-Ministeru għall-Affarijiet Ekonomiċi dwar l-isfruttament tal-materja prima minerali, Solana Pag għandha awtorizzazzjoni unika biex tisfrutta l-ilma baħar mill-Bajja ta’ Pag għall-produzzjoni tal-melħ tal-baħar u tal-fjura tal-melħ ‘Paška sol’. L-ilma mielaħ mill-Bajja ta’ Pag huwa l-unika materja prima li tintuża fil-produzzjoni tal-‘Paška sol’.”

Deskrizzjoni: Din l-emenda kienet tinvolvi t-tħassir tal-kelma “fin” wara l-kelma “baħar”.

Ġustifikazzjoni: Din l-emenda saret f’konformità ma’ bidla relatata mat-tneħħija tar-restrizzjonijiet dwar il-granulazzjoni tal-melħ.

☐

Din l-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

7.   Emenda standard tal-punt 4 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

Deskrizzjoni

Emenda Nru 7

Din l-emenda tirrigwarda l-prova tal-oriġini.

It-test fil-punt 4:

“Il-fajl ‘Operational data on industrial crystallisation’ (l-Anness 4c) fih informazzjoni dwar il-konċentrazzjoni tal-likur omm, il-pressjoni u t-temperatura fl-evaporaturi b’vakwu, il-kwantità ta’ melħ tal-baħar fin ‘Paška sol’ prodott, it-temperatura fil-kamra tat-tnixxif, il-kontenut ta’ ilma tal-melħ u parametri oħra li jintużaw biex jiġi ċċekkjat li t-tagħmir qed jaħdem f’konformità mal-parametri mogħtija. Jinżamm ukoll fajl tal-kwantitajiet kollha tal-‘Paška sol’ imballati (l-Anness 4e).”

ġie sostitwit b’dan:

“Il-fajl ‘Operational data on industrial crystallisation’ (l-Anness 4c) fih informazzjoni dwar il-konċentrazzjoni tal-likur omm, il-pressjoni u t-temperatura fl-evaporaturi b’vakwu, il-kwantità ta’ melħ tal-baħar ‘Paška sol’ prodott, it-temperatura fil-kamra tat-tnixxif, il-kontenut ta’ ilma tal-melħ u parametri oħra li jintużaw biex jiġi ċċekkjat li t-tagħmir qed jaħdem f’konformità mal-parametri mogħtija. Jinżamm ukoll fajl tal-kwantitajiet kollha tal-‘Paška sol’ imballati (l-Anness 4e).”

Deskrizzjoni: Din l-emenda kienet tinvolvi t-tħassir tal-kelma “fin” wara l-kelma “baħar”.

Ġustifikazzjoni: Din l-emenda saret f’konformità ma’ bidla relatata mat-tneħħija tar-restrizzjonijiet dwar il-granulazzjoni tal-melħ.

☐

Din l-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

8.   Emenda standard tal-punt 5.1. tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

Deskrizzjoni

Emenda Nru 8

Din l-emenda tirrigwarda t-titolu.

It-test fil-punt 5.1.:

“Metodu ta’ produzzjoni tal-melħ tal-baħar fin ‘Paška sol’ ”

ġie sostitwit b’dan:

“Metodu ta’ produzzjoni tal-melħ tal-baħar ‘Paška sol’ ”

Deskrizzjoni: Din l-emenda kienet tinvolvi t-tħassir tal-kelma “fin” wara l-kelma “baħar”.

Ġustifikazzjoni: Din l-emenda saret f’konformità ma’ bidla relatata mat-tneħħija tar-restrizzjonijiet dwar il-granulazzjoni tal-melħ.

☐

Din l-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

9.   Emenda standard tal-punt 5.1. tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

Deskrizzjoni

Emenda Nru 9

Din l-emenda tirrigwarda l-metodu ta’ produzzjoni tal-melħ tal-baħar “Paška sol”.

It-test fil-punt 5.1.:

“Fl-ewwel parti tal-proċess tal-produzzjoni tal-‘Paška sol’, l-ilma baħar mill-Bajja ta’ Pag kontinwament jiskula f’sistema ta’ għadajjar għall-evaporazzjoni baxxi u magħluqa u jiġi espost għall-effetti tax-xemx u tar-riħ fis-salini ta’ Pag. Fit-tieni parti, l-ilma baħar saturat jiġi introdott fit-tagħmir tal-evaporazzjoni b’vakwu, fejn il-kristallizzazzjoni tal-melħ tal-baħar fin ‘Paška sol’ mill-ilma baħar ikkonċentrat issir taħt kundizzjonijiet ikkontrollati (l-Anness 4 Dijagramma sekwenzjali tal-produzzjoni tal-melħ).”

ġie sostitwit b’dan:

“Fl-ewwel parti tal-proċess tal-produzzjoni tal-‘Paška sol’, l-ilma baħar mill-Bajja ta’ Pag kontinwament jiskula f’sistema ta’ għadajjar għall-evaporazzjoni baxxi u magħluqa u jiġi espost għall-effetti tax-xemx u tar-riħ fis-salini ta’ Pag. Fit-tieni parti, l-ilma baħar saturat jiġi introdott fit-tagħmir tal-evaporazzjoni b’vakwu, fejn il-kristallizzazzjoni tal-melħ tal-baħar ‘Paška sol’ mill-ilma baħar ikkonċentrat issir taħt kundizzjonijiet ikkontrollati (l-Anness 4 Dijagramma sekwenzjali tal-produzzjoni tal-melħ).”

Deskrizzjoni: Din l-emenda kienet tinvolvi t-tħassir tal-kelma “fin” wara l-kelma “baħar”.

Ġustifikazzjoni: Din l-emenda saret f’konformità ma’ bidla relatata mat-tneħħija tar-restrizzjonijiet dwar il-granulazzjoni tal-melħ.

☐

Din l-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

10.   Emenda standard tal-punt 5.1.1. tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

Deskrizzjoni

Emenda Nru 10

Din l-emenda tikkonċerna l-produzzjoni ta’ ilma baħar ikkonċentrat (salmura).

It-test tal-punt 5.1.1.:

“L-ilma baħar superkonċentrat jew ikkonċentrat (salmura) jakkumula f’għadajjar għall-akkumulazzjoni, minn fejn jiġi ttrasferit lejn it-tankijiet li jissupplixxu t-tagħmir tal-evaporazzjoni b’vakwu skont il-ħtiġijiet tal-produzzjoni.”

ġie sostitwit b’dan:

“L-ilma baħar superkonċentrat jew ikkonċentrat (salmura) jakkumula f’għadajjar għall-akkumulazzjoni.”

Deskrizzjoni: Din l-emenda tinvolvi t-tħassir ta’ virgola u l-parti tas-sentenza wara l-virgola u s-sostituzzjoni tal-virgola b’punt.

Ġustifikazzjoni: It-test huwa żejjed minħabba li l-ilma baħar saturat jista’ jiġi ttrasferit mill-għadajjar tal-akkumulazzjoni jew lejn l-għadajjar tal-kristallizzazzjoni jew lejn impjant tal-evaporazzjoni b’vakwu.

☐

Din l-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

11.   Emenda standard tal-punt 5.1.2. tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

Deskrizzjoni

Emenda Nru 11

Din l-emenda tirrigwarda l-kristallizzazzjoni tal-melħ fl-evaporaturi b’vakwu.

It-test tal-punt 5.1.2.:

“Il-produzzjoni tal-melħ tal-baħar fin ‘Paška sol’ f’impjant tibda meta tiġi prodotta kwantità suffiċjenti ta’ ilma baħar saturat fl-għadajjar tal-evaporazzjoni, li ħafna drabi jikkoinċidi mal-bidu tas-sajf (Ġunju u Lulju), u tibqa’ għaddejja sakemm jintlaħqu l-kundizzjonijiet għall-waqfien tax-xogħol (il-maħżen jimtela, jintuża l-ilma baħar saturat kollu, eċċ.).”

ġie sostitwit b’dan:

“Il-produzzjoni tal-melħ tal-baħar ‘Paška sol’ f’impjant tibda meta tiġi prodotta kwantità suffiċjenti ta’ ilma baħar saturat fl-għadajjar tal-evaporazzjoni, li ħafna drabi jikkoinċidi mal-bidu tas-sajf (Ġunju u Lulju), u tibqa’ għaddejja sakemm jimmaterjalizzaw il-kundizzjonijiet għall-waqfien tax-xogħol (il-maħżen jimtela, jintuża l-ilma baħar saturat kollu, eċċ.).”

Deskrizzjoni: Din l-emenda kienet tinvolvi t-tħassir tal-kelma “fin” wara l-kelma “baħar”.

Ġustifikazzjoni: Din l-emenda saret f’konformità ma’ bidla relatata mat-tneħħija tar-restrizzjonijiet dwar il-granulazzjoni tal-melħ.

☐

Din l-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

12.   Emenda standard tal-punt 5.1.2. tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

Deskrizzjoni

Emenda Nru 12

Din l-emenda tirrigwarda l-kristallizzazzjoni tal-melħ fl-evaporaturi b’vakwu.

It-test tal-punt 5.1.2.:

“Il-prodott lest, il-melħ tal-baħar fin ‘Paška sol’, jinkiseb permezz tal-proċess ta’ tgħarbil li ġej.”

ġie sostitwit b’dan:

“Il-prodott lest, il-melħ tal-baħar ‘Paška sol’, jinkiseb permezz tal-proċess ta’ tgħarbil li ġej.”

Deskrizzjoni: Din l-emenda kienet tinvolvi t-tħassir tal-kelma “fin” wara l-kelma “baħar”.

Ġustifikazzjoni: Din l-emenda saret f’konformità ma’ bidla relatata mat-tneħħija tar-restrizzjonijiet dwar il-granulazzjoni tal-melħ.

☐

Din l-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

13.   Emenda standard tal-punt 5.2. tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

Deskrizzjoni

Emenda Nru 13

Din l-emenda tirrigwarda l-metodu ta’ produzzjoni tal-fjura tal-melħ “Paška sol”.

It-test taħt il-punt 5.2.:

“Il-fjura tal-melħ tinħasad minn erja tas-superfiċje ta’ madwar 1 000 m2.”

tħassar.

Deskrizzjoni: Din l-emenda kienet tinvolvi t-tħassir tas-sentenza ta’ hawn fuq.

Ġustifikazzjoni: L-emenda saret f’konformità mal-ħtiġijiet tal-produzzjoni. L-esperjenza wriet li ma hemmx bżonn li tiġi limitata ż-żona tal-produzzjoni tal-fjura tal-melħ għal numru speċifiku ta’ metri kwadri, peress li l-produzzjoni tiddependi fuq id-domanda u hemm biżżejjed erja tas-superfiċje biex jiġu ssodisfati dawk il-ħtiġijiet u aktar.

☐

Din l-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

14.   Emenda standard tal-punt 5.3. tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

Deskrizzjoni

Emenda Nru 14

Din l-emenda tirrigwarda l-kristallizzazzjoni tal-melħ tal-baħar fl-għadajjar.

Jiżdied il-punt 5.3. wara l-punt 5.2. Kristallizzazzjoni tal-melħ tal-baħar fl-għadajjar

“L-ilma baħar mill-Bajja ta’ Pag kontinwament jiskula f’sistema ta’ għadajjar għall-evaporazzjoni baxxi u magħluqa. L-influwenza tax-xemx u tar-riħ twassal għall-evaporazzjoni gradwali tal-ilma u meta jintlaħaq il-livell meħtieġ ta’ saturazzjoni, il-melħ jibda jikkristallizza fl-għadajjar. Wara li jiġi ffurmat saff suffiċjenti ta’ kristalli, il-melħ jinġabar bl-idejn jew b’mod mekkaniku. Il-ġbir bl-idejn jirriżulta f’melħ tal-baħar mhux raffinat li jitnixxef kif inhu fix-xemx u jinħażen fi xkejjer, li minnhom imbagħad jiġi imballat bl-idejn. Il-ġbir mekkaniku jsir bl-għajnuna ta’ magna u l-melħ jinħażen f’munzelli biex jiġi pproċessat ulterjorment. Wara li l-melħ jiġi skulat, jitlaħlaħ f’nixxiegħa ta’ ilma baħar saturat, jiġi ċentrifugat, jitnixxef, jitgħarbel u jitqiegħed f’pakketti. Minħabba n-natura tal-proċess, il-kristalli inizjalment ikollhom granulazzjoni aktar ħarxa, u għalhekk jiġu mitħuna, fejn neċessarju, biex jinkiseb id-daqs mixtieq.”

Deskrizzjoni: Din l-emenda kienet tinvolvi ż-żieda ta’ punt 5.3. ġdid.

Ġustifikazzjoni: Din l-emenda saret f’konformità ma’ emendi relatati mal-introduzzjoni ta’ proċedura ġdida dwar il-produzzjoni tal-melħ tal-baħar. Żdied il-punt 5.3. sabiex jiġi deskritt il-metodu klassiku jew tradizzjonali tal-produzzjoni tal-melħ tal-baħar, li jinvolvi l-ġbir tal-melħ mill-għadajjar. It-teknoloġija għall-produzzjoni tal-melħ tal-baħar bl-użu tal-metodu klassiku jew tradizzjonali wriet li hija aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija, filwaqt li fl-istess ħin tikseb l-istess kwalità tal-melħ jew saħansitra kwalità aħjar. Tippermetti produzzjoni aħjar u aktar effiċjenti b’impronta tas-CO2 notevolment aktar baxxa (fil-każ tas-salini ta’ Pag, din hija ugwali għal medja ta’ 1 000 t CO2 inqas fis-sena).

☐

Din l-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

15.   Emenda standard tal-punt 6.2. tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

Deskrizzjoni

Emenda Nru 15

Din l-emenda tirrigwarda d-dettalji tal-kwalità tal-prodott.

It-test fil-punt 6.2.:

“Il-melħ tal-baħar fin ‘Paška sol’ huwa wkoll distintiv f’termini tal-karatteristiċi fiżiċi tiegħu – il-granulazzjoni tiegħu u l-forma tal-kristalli tiegħu, il-karatteristiċi kimiċi tiegħu – il-konċentrazzjoni aktar baxxa ta’ metalli tqal u l-karatteristiċi organolettiċi tiegħu – kif ukoll il-kulur u t-togħma mhux morra tiegħu.”

ġie sostitwit b’dan:

“Il-melħ tal-baħar ‘Paška sol’ huwa wkoll distintiv f’termini tal-karatteristiċi fiżiċi tiegħu – il-forma tal-kristalli tiegħu, il-karatteristiċi kimiċi tiegħu – il-konċentrazzjoni aktar baxxa ta’ metalli tqal, u l-karatteristiċi organolettiċi tiegħu – kif ukoll il-kulur u t-togħma mhux morra tiegħu.”

Deskrizzjoni: Din l-emenda kienet tinvolvi t-tħassir tal-kelma “fin” wara l-kelma “baħar” u tal-kliem “il-granulazzjoni tiegħu” qabel il-kelma “u”.

Ġustifikazzjoni: Din l-emenda saret f’konformità ma’ bidla relatata mat-tneħħija tar-restrizzjonijiet dwar il-granulazzjoni tal-melħ.

☑

Din l-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

16.   Emenda standard tal-punt 6.2. tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

Deskrizzjoni

Emenda Nru 16

Din l-emenda tirrigwarda d-dettalji tal-kwalità tal-prodott.

It-test fil-punt 6.2.:

“Il-melħ tal-baħar miksub bil-mod tradizzjonali (il-kristallizzazzjoni fl-għadajjar) irid jiġi mitħun, u l-melħ li jirriżulta jkollu granulazzjoni irregolari u jista’ jkun fih impuritajiet. Dan it-tip ta’ melħ għandu lewn safrani.”

ġie sostitwit b’dan:

“Il-melħ tal-baħar miksub bil-mod tradizzjonali (il-kristallizzazzjoni fl-għadajjar) ikollu granulazzjoni irregolari u jista’ jkun fih materjal barrani ta’ oriġini naturali.”

Deskrizzjoni: Din l-emenda kienet tinvolvi t-tħassir tal-parti tas-sentenza “irid jiġi mitħun, u l-melħ li jirriżulta jkollu” quddiem il-kelma “granulazzjoni” u l-kelma “ikollu” żdiedet qabel il-kelma “granulazzjoni”. Is-sentenza “Dan it-tip ta’ melħ għandu lewn safrani” tħassret.

Ġustifikazzjoni: Din l-emenda hija konformi mal-bidliet relatati mat-tneħħija tar-restrizzjonijiet dwar il-granulazzjoni tal-melħ. Din la tibdel il-kwalità intrinsika tiegħu u lanqas l-awtentiċità tal-prodott; pjuttost iżżid il-firxa ta’ modi li bihom jista’ jinkiseb, u tippermetti aktar flessibbiltà u l-preservazzjoni tal-metodi tradizzjonali. Peress li l-melħ miksub permezz tal-kristallizzazzjoni industrijali u l-melħ miġbur mill-għadajjar jirreferu għall-istess prodott oriġinali, il-bidliet f’dan il-punt qabelxejn saru sabiex tiġi armonizzata t-terminoloġija, filwaqt li jitneħħew ir-restrizzjonijiet li qabel kienu assoċjati esklużivament ma’ granulazzjoni u daqs uniċi tal-kristalli. L-esperjenza wriet li l-melħ tal-baħar miġbur mis-salini ta’ Pag bil-metodu tradizzjonali huwa aktar abjad milli safrani.

☑

Din l-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

17.   Emenda standard tal-punt 6.2. tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

Deskrizzjoni

Emenda Nru 17

Din l-emenda tirrigwarda d-dettalji tal-kwalità tal-prodott.

It-test fil-punt 6.2.:

“Il-melħ tal-baħar fin ‘Paška sol’ jikkristallizza f’kundizzjonijiet ikkontrollati f’evaporaturi b’vakwu u ma jgħaddix minn proċess ta’ tħin; pjuttost, il-proprjetajiet speċifiċi tiegħu jirriżultaw mill-metodu ta’ produzzjoni tiegħu u l-kundizzjonijiet naturali favorevoli li jaffettwaw iż-żona li fiha jiġi prodott.”

ġie sostitwit b’dan:

“Il-melħ tal-baħar ‘Paška sol’ jikkristallizza f’kundizzjonijiet ikkontrollati f’evaporaturi b’vakwu u ma jgħaddix minn proċess ta’ tħin; pjuttost, il-proprjetajiet speċifiċi tiegħu jirriżultaw mill-metodu ta’ produzzjoni tiegħu u l-kundizzjonijiet naturali favorevoli li jaffettwaw iż-żona li fiha jiġi prodott.”

Deskrizzjoni: Din l-emenda kienet tinvolvi t-tħassir tal-kelma “fin” wara l-kelma “baħar”.

Ġustifikazzjoni: Din l-emenda saret f’konformità ma’ bidla relatata mat-tneħħija tar-restrizzjonijiet dwar il-granulazzjoni tal-melħ.

☑

Din l-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

18.   Emenda standard tal-punt 6.2. tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

Deskrizzjoni

Emenda Nru 18

Din l-emenda tirrigwarda d-dettalji tal-kwalità tal-prodott.

It-test fil-punt 6.2.:

“L-ispeċifiċità tal-melħ tal-baħar fin ‘Paška sol’ hija preċiżament ir-riżultat tal-metodu ta’ produzzjoni tiegħu, li jippermetti li l-melħ jippreserva l-minerali u l-oligoelementi kollha li huma preżenti fl-ilma baħar ta’ kwalità għolja, u jikseb il-forma regolari f’għamla ta’ kubu tal-kristalli u granulazzjoni ta’ 1,3 mm mingħajr ma jkollu bżonn jiġi mitħun fil-produzzjoni. Huwa ta’ lewn abjad u għandu togħma ta’ melħ ikkonċentrat mingħajr togħma morra.”

ġie sostitwit b’dan:

“L-ispeċifiċità tal-melħ tal-baħar ‘Paška sol’ hija preċiżament ir-riżultat tal-metodu ta’ produzzjoni tiegħu, li jippermetti li l-melħ jippreserva l-minerali u l-oligoelementi kollha li huma preżenti fl-ilma baħar ta’ kwalità għolja, u jikseb il-forma regolari f’għamla ta’ kubu tal-kristalli. Huwa ta’ lewn abjad u għandu togħma ta’ melħ ikkonċentrat mingħajr togħma morra.”

Deskrizzjoni: Din l-emenda kienet tinvolvi t-tħassir tal-kelma “fin” wara l-kelma “baħar” u l-parti tas-sentenza “u granulazzjoni ta’ 1,3 mm mingħajr ma jkollu bżonn jiġi mitħun fil-produzzjoni.”

Ġustifikazzjoni: Din l-emenda saret f’konformità ma’ bidla relatata mat-tneħħija tar-restrizzjonijiet dwar il-granulazzjoni tal-melħ. Din l-emenda għandha l-għan li tneħħi r-restrizzjoni li kien hemm qabel relatata esklużivament mal-prodott ta’ daqs fin, biex isir possibbli li d-denominazzjoni protetta tal-prodott għall-“Paška sol” tkopri wkoll il-melħ tal-baħar miġbur bil-mod tradizzjonali, bi kristalli ta’ granulazzjoni aktar ħarxa minn dik li kienet stipulata sa issa. Din il-bidla hija ta’ natura terminoloġika u ma taffettwax il-karatteristiċi bażiċi tal-prodott; pjuttost tippermetti rikonoxximent usa’ tal-metodi differenti biex jinkiseb il-prodott f’konformità mat-tradizzjoni u mal-oriġini ġeografika.

☑

Din l-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

19.   Emenda standard tal-punt 6.2. tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

Deskrizzjoni

Emenda Nru 19

Din l-emenda tirrigwarda d-dettalji tal-kwalità tal-prodott.

It-test fil-punt 6.2.:

“Il-fjura tal-melħ ‘Paška sol’ hija fraġli ħafna meta mqabbla mal-melħ tal-baħar fin ‘Paška sol’; titfarrak faċilment meta tingħorok bejn is-swaba’ u għandha granulazzjoni aktar ħarxa. Fiha livelli ogħla ta’ jodju, kalċju, manjeżju u potassju naturali.”

ġie sostitwit b’dan:

“Il-fjura tal-melħ ‘Paška sol’ hija fraġli ħafna meta mqabbla mal-melħ tal-baħar ‘Paška sol’; titfarrak faċilment meta tingħorok bejn is-swaba’. Fiha livelli ogħla ta’ jodju, kalċju, manjeżju u potassju naturali.”

Deskrizzjoni: Din l-emenda kienet tinvolvi t-tħassir tal-kelma “fin” wara l-kelma “baħar” u l-parti tas-sentenza “u għandha granulazzjoni aktar ħarxa”.

Ġustifikazzjoni: Din l-emenda hija konformi mal-bidliet relatati mat-tneħħija tar-restrizzjonijiet dwar il-granulazzjoni tal-melħ. B’riżultat tal-emenda, ma hemmx bżonn li jsir tqabbil fuq il-bażi ta’ dak il-parametru.

Din l-emenda taffettwa d-dokument uniku.

☑

Din l-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

20.   Emenda standard tal-punt 6.3. tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

Deskrizzjoni

Emenda Nru 20

Din l-emenda tirrigwarda r-rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-prodott.

It-test fil-punt 6.3.:

“L-ispeċifiċità tal-metodu ta’ produzzjoni tal-melħ tal-baħar fin ‘Paška sol’ tinsab fil-fatt li l-ilma baħar saturat, qabel ma jgħaddi minn proċess ikkontrollat ta’ kristallizzazzjoni f’evaporaturi b’vakwu, jistrieħ għal ftit żmien fl-għadajjar għall-akkumulazzjoni.”

ġie sostitwit b’dan:

“L-ispeċifiċità tal-metodu ta’ produzzjoni tal-melħ tal-baħar ‘Paška sol’ tinsab fil-fatt li l-ilma baħar saturat jistrieħ għal ftit żmien fl-għadajjar għall-akkumulazzjoni.”

Deskrizzjoni: Din l-emenda kienet tinvolvi t-tħassir tal-kelma “fin” wara l-kelma “baħar” u l-parti tas-sentenza “, qabel ma jgħaddi minn proċess ikkontrollat ta’ kristallizzazzjoni f’evaporaturi b’vakwu,”.

Ġustifikazzjoni: Din l-emenda saret f’konformità ma’ bidla relatata mat-tneħħija tar-restrizzjonijiet dwar il-granulazzjoni tal-melħ. Din tippermetti li jittieħed approċċ unifikat biex jiġi ddefinit il-prodott, irrispettivament mill-metodu tal-kristallizzazzjoni użat, sew jekk industrijali (li jinvolvi l-użu ta’ kristallizzatur) jew tradizzjonali (li jinvolvi l-ġbir tal-kristalli minn għadira). Il-bidliet huma esklużivament ta’ natura terminoloġika u ma jaffettwawx il-proprjetajiet intrinsiċi tal-prodott.

☑

Din l-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

21.   Emenda standard tal-punt 6.3. tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

Deskrizzjoni

Emenda Nru 21

Din l-emenda tirrigwarda r-rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-prodott.

It-test fil-punt 6.3.:

“Il-konsegwenza ta’ dan il-metodu ta’ produzzjoni hija li l-kristallizzazzjoni kkontrollata tal-melħ tirriżulta fi kristalli tal-melħ puri, ħielsa minn kull materjal barrani ta’ oriġini organika jew inorganika; għandhom struttura regolari f’għamla ta’ kubu (il-kristalli ma jinkisrux) u għandhom togħma ikkonċentrata, mielħa u mhux morra. Ta’ min jinnota li l-forma tal-kristalli tal-melħ hija biss ir-riżultat tal-kristallizzazzjoni tal-melħ mill-ilma baħar ikkonċentrat, jiġifieri l-‘Paška sol’ ma huwiex melħ mitħun jew raffinat.”

ġie sostitwit b’dan:

“Il-konsegwenza ta’ dan il-metodu ta’ produzzjoni hija li l-kristallizzazzjoni kkontrollata tal-melħ tirriżulta fi kristalli tal-melħ puri, ħielsa minn kull materjal barrani ta’ oriġini organika jew inorganika; għandhom struttura regolari f’għamla ta’ kubu u għandhom togħma ikkonċentrata, mielħa u mhux morra. Ta’ min jinnota li l-forma tal-kristalli tal-melħ hija biss ir-riżultat tal-kristallizzazzjoni tal-melħ mill-ilma baħar ikkonċentrat, jiġifieri l-‘Paška sol’ ma huwiex melħ raffinat.”

Deskrizzjoni: Din l-emenda kienet tinvolvi t-tħassir tal-kliem “mitħun jew”.

Ġustifikazzjoni: Din l-emenda hija konformi mal-bidliet relatati mat-tneħħija tar-restrizzjonijiet dwar il-granulazzjoni tal-melħ, peress li se tkun meħtieġa granulazzjoni aktar ħarxa għall-finijiet tat-tħin ħalli tinkiseb granulazzjoni aktar fina. Din la taffettwa l-proprjetajiet intrinsiċi tal-prodott u lanqas l-awtentiċità ġeografika jew tradizzjonali tiegħu; pjuttost tippermetti aktar flessibbiltà u l-preservazzjoni ta’ diversi metodi tal-produzzjoni taħt l-istess denominazzjoni protetta.

☑

Din l-emenda taffettwa d-dokument uniku.

Intestatura

22.   Emenda standard tal-punt 6.3. tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott

Deskrizzjoni

Emenda Nru 22

Din l-emenda tirrigwarda r-rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-prodott.

It-test fil-punt 6.3.:

“L-ilma baħar tal-Bajja ta’ Pag, li minnu jiġu prodotti l-melħ tal-baħar fin u l-fjura tal-melħ, u l-ambjent tal-baħar tagħha, huwa ta’ kwalità għolja minħabba l-valuri baxxi tal-metalli tqal, ferm taħt il-medja tal-Baħar Mediterran, u ħafna inqas mill-konċentrazzjonijiet medji użati għad-determinazzjoni tal-istandards tal-kwalità għall-ambjent tal-baħar (l-Anness 2.1. Studju xjentifiku, Institute for Oceanography and Fisheries, 2009, Kakvoća morske vode u Paškom zaljevu [‘Il-kwalità tal-ilma baħar fil-Bajja ta’ Pag’]). Konsegwentement, il-‘Paška sol’ għandu wkoll livelli konsiderevolment aktar baxxi ta’ metalli tqal u livelli ogħla ta’ minerali minn tipi oħra ta’ melħ.”

ġie sostitwit b’dan:

“L-ilma baħar tal-Bajja ta’ Pag, li minnu jiġu prodotti l-melħ tal-baħar u l-fjura tal-melħ, u l-ambjent tal-baħar tagħha, huwa ta’ kwalità għolja minħabba l-valuri baxxi tal-metalli tqal, ferm taħt il-medja tal-Baħar Mediterran, u ħafna inqas mill-konċentrazzjonijiet medji użati għad-determinazzjoni tal-istandards tal-kwalità għall-ambjent tal-baħar (l-Anness 2.1. Studju xjentifiku, Institute for Oceanography and Fisheries, 2009, Kakvoća morske vode u Paškom zaljevu [‘Il-kwalità tal-ilma baħar fil-Bajja ta’ Pag’]). Konsegwentement, il-‘Paška sol’ għandu wkoll livelli konsiderevolment aktar baxxi ta’ metalli tqal u livelli ogħla ta’ minerali minn tipi oħra ta’ melħ.”

Deskrizzjoni: Din l-emenda kienet tinvolvi t-tħassir tal-kelma “fin” wara l-kelma “baħar”.

Ġustifikazzjoni: Din l-emenda saret f’konformità ma’ bidla relatata mat-tneħħija tar-restrizzjonijiet dwar il-granulazzjoni tal-melħ.

☑

Din l-emenda taffettwa d-dokument uniku.

DOKUMENT UNIKU

Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi ta’ prodotti agrikoli

“Paška sol”

Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-HR-02178-AM01 - 3.9.2025

1.   Isem/Ismijiet

“Paška sol”

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

☑

DOP

☐

IĠP

☐

IĠ

3.   Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika definita

Il-Kroazja

4.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu

4.1.   Klassifikazzjoni tal-prodott agrikolu f’konformità mal-intestatura u l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143

2501 - Melħ (inkluż melħ tal-mejda u melħ żnaturat) u klorur tas-sodju pur, kemm jekk f’soluzzjoni milwiema jew li jkollu miżjuda miegħu antiagglomeranti jew aġenti li jiżguraw fluwidità tajba u kemm jekk le; Ilma baħar

4.2.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu li għalih japplika l-isem reġistrat

Il-“Paška sol” huwa melħ tal-baħar li jinkiseb mill-ilma baħar tal-Bajja ta’ Pag li kontinwament jiskula f’sistema ta’ għadajjar għall-evaporazzjoni sakemm jikkristallizza fis-salini tal-gżira ta’ Pag. Huwa jieħu l-forma ta’ kristalli regolari bl-għamla ta’ kubu li huma ta’ kulur abjad u fihom il-minerali u l-oligoelementi. Għandu togħma ta’ melħ ikkonċentrat mingħajr togħma morra.

Kompożizzjoni:

Proporzjon ta’ klorur tas-sodju f’materja niexfa totali (%)

> 97,0

Kontenut ta’ ilma (%)

< 0,40

Manjeżju (%)

> 0,02

Kalċju (%)

> 0,01

Potassju (%)

> 0,02

Arseniku (mg/kg)

< 0,25

Kadmju (mg/kg)

< 0,25

Ċomb (mg/kg)

< 0,2

Merkurju (mg/kg)

< 0,1

Il-fjura tal-melħ “Paška sol” hija prodott tal-fażi inizjali ta’ manifattura tal-melħ tal-baħar, jiġifieri matul il-produzzjoni ta’ ilma tal-baħar ikkonċentrat. Għandha togħma kemxejn ħelwa. Is-sawra tagħha tqarmeċ u hija fraġli ħafna. Għandha lewn abjad fl-isfar ċar b’riżultat ta’ livelli għolja ta’ minerali. Għandha togħma distintiva, hija inqas mielħa mill-melħ tat-tisjir u fiha aktar minerali naturali (manjeżju, kalċju, potassju, jodju); il-kristalli tagħha għandhom l-għamla ta’ tqarqiċ u jitfarrku faċilment meta jingħorku bejn is-swaba’.

Kompożizzjoni:

Proporzjon ta’ klorur tas-sodju f’materja niexfa totali (%)

> 96,0

Kontenut ta’ ilma (%)

< 3,00

Manjeżju (%)

> 0,07

Kalċju (%)

> 0,02

Potassju (%)

> 0,05

Arseniku (mg/kg)

< 0,25

Kadmju (mg/kg)

< 0,25

Ċomb (mg/kg)

< 0,3

Merkurju (mg/kg)

< 0,1

 

 

4.3.   Derogi dwar l-akkwist ta’ għalf (għal prodotti li joriġinaw mill-annimali ddeżinjati b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta biss) u restrizzjonijiet fuq l-akkwist ta’ materja prima (għal prodotti proċessati ddeżinjati minn indikazzjoni ġeografika protetta biss)

-

4.4.   Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika definita

Il-proċessi kollha fil-produzzjoni tal-“Paška sol”, mill-użu tal-għadajjar tas-salini sal-ipproċessar tal-melħ (produzzjoni tal-ilma baħar ikkonċentrat, kristallizzazzjoni, tnixxif u tgħarbil), iridu jsiru fiż-żona ġeografika definita.

4.5.   Regoli speċifiċi dwar l-imballaġġ, it-tfettit, it-taħkik, eċċ. tal-prodott agrikolu li għalih jirreferi l-isem reġistrat

-

4.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott agrikolu li għalih jirreferi l-isem reġistrat

-

4.7.   Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika

Il-“Paška sol” huwa prodott fis-salini ta’ Pag fil-Bajja ta’ Pag, imdawrin fuq kull naħa bl-art tal-gżira ta’ Pag. Il-Bajja ta’ Pag hija konnessa mal-ilmijiet tal-Kanal ta’ Velebit permezz tal-Istrett ta’ Pag. Is-salini ta’ Pag jinsabu 3 km ’il bogħod mill-belt ta’ Pag u fi ħdan il-konfini amministrattivi tal-Kontea ta’ Zadar.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Sommarju tar-rabta

Speċifiċità taż-żona ġeografika

Il-karatteristiċi speċifiċi tal-“Paška sol” jirriżultaw mill-kundizzjonijiet klimatiċi fiż-żona ġeografika definita u mill-fatt li s-salini ta’ Pag qegħdin f’post iżolat, ’il bogħod minn kull industrija peżanti jew attività agrikola.

Iż-żona kollha tal-gżira ta’ Pag hija distintiva, primarjament minħabba li hija gżira, u s-salini jinsabu fl-ambjent partikolarment distintiv tal-Bajja ta’ Pag, imdawra fuq kull naħa mill-massa tal-art tal-gżira. Barra minn hekk, it-trasport tal-melħ prodott ’il barra minn hemm huwa pjuttost faċli, billi Pag hija konnessa mal-art kontinentali permezz ta’ pont.

Iż-żona ġeografika definita fil-biċċa l-kbira tgawdi klima Mediterranja moderata bi ftit preċipitazzjoni u aktar minn 2 500 siegħa xemx kull sena. Il-klima Mediterranja moderata ġġib magħha sjuf sħan u xotti u xtiewi moderati u bix-xita.

Il-pożizzjoni ġeografika ideali tal-gżira ta’ Pag u tas-salini tagħha qrib il-muntanja Velebit tiġġenera skambju kontinwu u rapidu tal-arja li tirriżulta mill-fluss naturali tal-Maestral (riħ li jonfoħ mill-Majjistral matul il-ġurnata), u tal-Burin (riħ li jonfoħ mill-Grigal kmieni filgħaxija u billejl). Il-Maestral huwa riħ frisk li huwa akkumpanjat minn temp stabbli li jimmodera s-sħana kbira tas-sajf, filwaqt li l-Burin huwa riħ dgħajjef li jonfoħ billejl mill-art lejn il-baħar.

Iż-żona vasta kollha li fuqha jinsabu s-salini ta’ Pag u l-qala kbira fil-baxx tal-Bajja ta’ Pag li tiċċirkola s-salini huma koperti minn lom impermeabbli oħxon, li hu partikolarment favorevoli għall-produzzjoni tal-“Paška sol”.

Il-karattru distintiv tal-“Paška sol” ġej ukoll mill-fattur uman. It-tekniki speċjali u l-għarfien prattiku tal-“vodari” (kif isejħulhom in-nies lokali ta’ Pag) fir-rigward tal-manutenzjoni tal-għadajjar tal-melħ u l-ksib tas-salmura ngħaddew minn ġenerazzjoni għall-oħra. Bis-saħħa ta’ ħafna snin ta’ esperjenza, il-“vodari” jafu kif jiddeterminaw l-aħjar mument biex jaħsdu l-fjura tal-melħ mingħajr ma jfixklu l-bilanċ fil-wiċċ tal-ilma baħar saturat jew tas-salmura, u jevitaw li jifformaw mewġ li jqatta’ l-“qoxra” kkristallizzata fuq il-wiċċ tal-għadira, jew tal-kristalli tal-fjura tal-melħ. B’dan il-mod jiġi evitat li l-fjura tal-melħ taqa’ fil-qiegħ u tinħela.

Speċifiċità tal-prodott

Il-melħ tal-baħar “Paška sol” jikkristallizza f’għadajjar jew f’kundizzjonijiet ikkontrollati f’evaporaturi b’vakwu; il-karatteristiċi speċifiċi tiegħu jirriżultaw biss mill-metodu ta’ produzzjoni tiegħu, li jgħin lill-melħ jippreserva l-minerali u l-oligoelementi kollha preżenti fl-ilma baħar ta’ kwalità għolja. Il-melħ tal-baħar “Paška sol” huwa kompletament abjad, bi kristalli regolari f’għamla ta’ kubu; jista’ jkun fih kristalli ta’ diversi granulazzjonijiet u impuritajiet ta’ oriġini naturali; huwa ta’ lewn abjad.

Il-fjura tal-melħ “Paška sol” tikkonsisti fi kristalli żgħar ħafna li huma ta’ lewn li jvarja b’mod naturali minn abjad sa isfar ċar b’riżultat tal-kristallizzazzjoni naturali fuq wiċċ il-baħar fl-għadajjar tal-melħ f’kundizzjonijiet ideali (temp xemxi u sħun ħafna mingħajr l-ebda riħ u l-ebda preċipitazzjoni). Is-saff tal-wiċċ irqiq tal-kristalli sfiljurati biss jinħasad jew jinġabar b’għodda tal-idejn tradizzjonali – xibka b’manku tal-injam imwaħħla max-xifer tax-xafra ta’ pala koperta b’xibka tal-metall inossidabbli b’toqob fini ħafna. Il-fjura tal-melħ tinħasad biss tul il-medda ta’ ftit sigħat kmieni filgħodu u tard filgħaxija; wara dan, titnixxef fix-xemx. Il-fjura tal-melħ “Paška sol” hija fraġli ħafna meta mqabbla mal-melħ tal-baħar “Paška sol”; titfarrak faċilment meta tingħorok bejn is-swaba’. Fiha livelli ogħla ta’ jodju, kalċju, manjeżju u potassju naturali.

Meta mqabbla ma’ mlieħi tal-baħar oħra li ġew irriċerkati, il-proporzjon ta’ metalli tqal fil-“Paška sol” huwa mitt darba aktar baxx milli huwa permess, filwaqt li l-proporzjon tal-minerali huwa ogħla milli fi mlieħi oħra prodotti f’evaporaturi b’vakwu (studju xjentifiku, is-Centre for Marine Research (CMR) tar-Ruđer Bošković Institute, 2011, “The quality of sea water in Pag Bay”).

L-ewwel rekords bil-miktub dwar il-produzzjoni tal-“Paška sol” imorru lura ħafna fl-istorja. L-awturi Koludrović u Franić jgħidu li l-ewwel li ssemma l-“Paška sol” kien fis-seklu 9: “Il-melħ, li huwa essenzjali għat-tmigħ tal-bnedmin u tal-bhejjem, beda jiġi nnegozjat minn kmieni ħafna, bl-eqdem dokumenti notarili jipprovdu dettalji tax-xiri u tal-bejgħ tal-‘Paška sol’ ”. (Koludrović A., Franić M., Sol i morske solane, 1954, Zagreb). Usmiani, l-awtur tal-ktieb Paška solana – proizvodnja i trgovina od 1797. do 1813., kiteb: “Venezja minn dejjem kienet tikkonsma l-‘Paška sol’, peress li dan kien abjad u pur, u ngħata importanza kbira fil-potenzjal kummerċjali u finanzjarju ġenerali tar-reġjun, speċjalment ta’ Pag innifisha” (Usmiani A., Paška solana – proizvodnja i trgovina od 1797. do 1813. godine (“Is-salini ta’ Pag – produzzjoni u kummerċ mill-1797 sal-1813”), 1984). Id-denominazzjoni “Paška sol” minn dejjem kienet tintuża, kif jidher minn diversi dokumenti storiċi, u għadha tintuża b’mod kummerċjali u fil-lingwaġġ ta’ kuljum (Račun Solane Pag).

Rabta kawżali bejn il-prodott u ż-żona ġeografika

L-elementi li joħolqu l-mikroklima tar-reġjun ġeografiku tal-gżira ta’ Pag, il-post favorevoli fejn jinsabu s-salini, il-metodu speċifiku tal-produzzjoni tal-melħ tal-baħar u tal-fjura tal-melħ u bosta mijiet ta’ snin ta’ tradizzjoni ta’ produzzjoni tal-melħ jaffettwaw il-kwalità speċifika tal-prodott finali, il-“Paška sol”.

Is-salini jew l-għadajjar jinsabu fil-bajja baxxa b’mod naturali tal-gżira ta’ Pag, fejn il-kurrenti huma dgħajfa. Il-qiegħ tal-bajja huwa miksi b’lom impermeabbli, u dan, flimkien mal-infiħ kontinwu tal-irjieħ (il-Maestral u l-Burin) fix-xhur tar-rebbiegħa u tas-sajf, joħloq kundizzjonijiet li jiffavorixxu l-evaporazzjoni rapida tal-ilma baħar fl-għadajjar u l-ksib tal-melħ mis-salini.

L-ilma baħar tal-Bajja ta’ Pag huwa eċċezzjonalment pur u ffiltrat sew, billi l-qiegħ tal-Bajja ta’ Pag huwa rikk fil-frott tal-baħar bil-qoxra, li huma purifikaturi naturali. Għalhekk, l-ilma baħar għandu valuri baxxi ħafna ta’ metalli tqal, sew taħt il-medja tal-Baħar Mediterran, u ħafna inqas mill-konċentrazzjonijiet użati biex jiddeterminaw standards ta’ kwalità għall-ambjent marittimu (studju xjentifiku, is-Centre for Marine Research (CMR) tar-Ruđer Bošković Institute, 2011, Kvaliteta mora u Paškom zaljevu (“Il-kwalità tal-ilma baħar fil-Bajja ta’ Pag”)).

L-ispeċifiċità tal-metodu tal-produzzjoni tal-“Paška sol” tinsab fil-fatt li l-ilma baħar saturat, qabel ma jgħaddi mill-kristallizzazzjoni, jistrieħ għal ftit żmien fl-għadajjar għall-akkumulazzjoni. B’riżultat ta’ dan, l-ilma baħar saturat ma jkollu l-ebda impurità ta’ oriġini organika jew inorganika ffurmata minn mikroorganiżmi tal-baħar jew trasportata mir-riħ u mill-għasafar li sussegwentement tiġi depożitata fil-qiegħ tal-għadira. Il-konsegwenza ta’ dan il-metodu speċifiku tal-produzzjoni huwa li l-kristallizzazzjoni kkontrollata tal-melħ tirriżulta fi kristalli puri, ħielsa minn kull materjal barrani ta’ oriġini organika jew inorganika; għandhom struttura regolari f’għamla ta’ kubu, huma bojod, u għandhom togħma ikkonċentrata, mielħa u mhux morra.

Bħala xhieda tal-kwalità speċifika tal-“Paška sol”, l-ilma baħar tal-Bajja ta’ Pag, li minnu jiġu prodotti l-melħ tal-baħar u l-fjura tal-melħ, jidħol fil-kategorija ta’ ilma baħar u ambjent tal-baħar ta’ kwalità għolja, peress li għandu valuri baxxi ħafna ta’ metalli tqal, u saru studji xjentifiċi fuq dik il-bażi. L-Institute for Oceanography and Fisheries skopra permezz tar-riċerka li l-valuri għall-metalli tqal fl-ilma baħar tal-Bajja ta’ Pag huma ferm inqas mill-valuri medji għall-metalli tqal fil-Baħar Mediterran. Konsegwentement, il-“Paška sol” għandu wkoll livelli konsiderevolment aktar baxxi ta’ metalli tqal u livelli ogħla ta’ minerali minn tipi oħra ta’ melħ (studju xjentifiku, l-Institute for Oceanography and Fisheries, Split, 2009, Kakvoća morske vode u Paškom zaljevu Kakvoća morske vode u Paškom zaljevu (Il-kwalità tal-ilma baħar fil-Bajja ta’ Pag)).

Barra minn hekk, il-ħiliet tal-bniedem jiżguraw ukoll il-kwalità għolja tal-prodott finali, peress li t-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-melħ tal-baħar u tal-fjura tal-melħ “Paška sol” hija bbażata fuq il-ħiliet u bosta snin ta’ esperjenza fil-manutenzjoni tal-għadajjar tal-melħ u l-ksib tas-salmura għall-prodott finali tal-“Paška sol”.

Referenza għall-indirizz elettroniku (url) tal-ispeċifikazzjoni ppubblikata

https://poljoprivreda.gov.hr/UserDocsImages/dokumenti/hrana/zoi-zozp-zts/dokumenti-zoi-zozp-zts/Izmijenjena%20Specifikacija%20proizvoda%202025.pdf


(1)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6455/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)