IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 10.10.2024
COM(2024) 650 final
2024/0252(BUD)
ABBOZZ TA' BAĠIT EMENDATORJU Nru 5
GĦALL-BAĠIT ĠENERALI 2024
Aġġustamenti fil-pagamanti ta' approprjazzjoni, aġġornament tad-dħul u aġġornamenti tekniċi oħra
Wara li kkunsidrat:
‒it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,
‒Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea
, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2021,
‒Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (riformulazzjoni)
, u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,
‒il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, kif adottat fit-22 ta’ Novembru 2023,
‒baġit emendatorju Nru 1/2024
, adottat fil-25 ta’ April 2024,
‒baġit emendatorju Nru 2/2024
, adottat fil-25 ta’ April 2024,
‒abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2024
, adottat fid-9 ta’ April 2024,
‒abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2024
, adottat fid-19 ta’ Lulju 2024,
Il-Kummissjoni Ewropea b’dan tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 5 għall-baġit tal-2024.
BIDLIET FID-DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL U N-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA
Il-bidliet fid-dikjarazzjoni ġenerali tad-dħul u fit-taqsima III individwali huma disponibbli fuq EUR-Lex (
https://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-mt.htm
).
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI
1.Introduzzjoni
L-iskop tal-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju (ABE) Nru 5 għas-sena 2024 huwa li jaġġorna kemm in-naħa tan-nefqa kif ukoll dik tad-dħul tal-baġit.
Il-bidliet proposti fuq in-naħa tan-nefqa tal-baġit jikkonċernaw l-elementi li ġejjin:
1.Żieda fil-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) għal ammont totali ta’ EUR 2.9 biljun, inkluż fir-rigward tar-riprogrammazzjoni relatata mal-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (STEP, Strategic Technologies for Europe Platform). Dawn l-ammonti ma setgħux jiġu inklużi fir-riallokazzjonijiet proposti fit-“Trasferiment globali” (DEC 11/2024) ippreżentati lill-Parlament u lill-Kunsill fit-3 ta’ Ottubru 2024;
2.Aġġornament tal-ħtiġijiet għall-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (SFPAs, Sustainable Fisheries Partnership Agreements), filwaqt li jitqies li diversi ftehimiet u l-protokolli relatati mhux se jiġu konklużi fl-2024;
3.Żieda fl-approprjazzjonijiet, marbuta mal-aktar stimi reċenti għall-aġġornament tar-remunerazzjoni, kif ġej:
Intestatura 7
-Żieda fil-livell tan-nefqa amministrattiva għall-Kumitat tar-Reġjuni b’EUR 1,3 miljun;
-Żieda ta’ EUR 67,2 miljun għall-pensjonijiet tal-istituzzjonijiet kollha, anke minħabba għadd akbar ta’ benefiċjarji tal-pensjoni;
-Għall-Kummissjoni u l-Istituzzjonijiet l-oħra, l-impatt tal-aġġornament ogħla milli mistenni tar-remunerazzjoni se jkun kopert minn riallokazzjonijiet interni;
Barra mill-Intestatura 7
-Żieda fil-kontribuzzjoni tal-UE għal diversi aġenziji deċentralizzati bi EUR 12,1 miljun. Ħtiġijiet addizzjonali oħra se jiġu koperti bil-mobilizzazzjoni tal-approprjazzjonijiet li fadal u l-flessibbiltajiet inkorporati.
4.Aġġustament tal-kontribuzzjoni tal-UE għal diversi aġenziji deċentralizzati marbuta mal-implimentazzjoni jew raġunijiet speċifiċi oħra, kif ġej:
-Żieda fil-kontribuzzjoni tal-UE lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) b’EUR 1 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn biex issaħħaħ iċ-ċibersigurtà tagħha, ikkumpensata minn tnaqqis tal-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF, Internal Security Fund);
-Żieda fil-kontribuzzjoni tal-UE lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA) bi EUR 17-il miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn. Wara implimentazzjoni aktar baxxa milli ppjanat, dan jista’ jiġi kkumpensat bi tnaqqis tal-kontribuzzjoni tal-UE lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (EUAA, European Union Agency for Asylum).
-Tnaqqis fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn allokati lill-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus (AMLA, Anti-Money Laundering Authority) minħabba l-ħtiġijiet riveduti għall-approprjazzjonijiet fl-ewwel sena tal-istabbiliment tagħha, wara dewmien fir-reklutaġġ.
-Redditu ta’ EUR 2,8 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament għall-programm LIFE. Minħabba d-dewmien fl-adozzjoni tal-Pakkett ta’ Tniġġis Żero, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA, European Chemicals Agency) u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA, European Environment Agency) mhux se jkollhom bżonn l-approprjazzjonijiet korrispondenti.
5.L-introduzzjoni tat-traduzzjoni awtomatika wasslet għal iffrankar sinifikanti f’xi operazzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, li jippermetti t-tnaqqis tal-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ impenn tal-linja baġitarja rilevanti.
6.Aġġustament tan-nomenklatura baġitarja kemm fuq in-naħa tan-nefqa kif ukoll fuq in-naħa tad-dħul u rimarki wara l-adozzjoni tal-proposta għall-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna (ULCM, Ukraine Loan Cooperation Mechanism)
.
B’mod ġenerali, l-impatt nett ta’ dan l-ABE fuq in-nefqa jammonta għal żieda ta’ EUR 44,5 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ EUR 2 954,8 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament.
Fuq in-naħa tad-dħul, dan l-ABE jinkorpora EUR 2 815 miljun ta’ multi definittivi u pagamenti ta’ penali mħallsa sat-30 ta’ Settembru 2024. B’riżultat ta’ dan, l-impatt globali fuq in-naħa tad-dħul huwa żieda netta fil-kontribuzzjonijiet tal-ING ta’ EUR 139,9 miljun.
2.Aġġornament tal-partiti tan-nefqa
2.1Żieda fil-ħtiġijiet fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament
It-“Trasferiment globali” huwa eżerċizzju annwali organizzat fi ħdan il-Kummissjoni li għalih id-Direttorati Ġenerali u s-Servizzi kollha huma mitluba jirrevedu sa kmieni f’Settembru l-implimentazzjoni tal-pagamenti rispettiva tagħhom tal-baġit attwali sal-aħħar tas-sena kkonċernata. Dan l-eżerċizzju għandu l-għan li jkopri l-ħtiġijiet eżatti u jiżgura l-implimentazzjoni massima tal-baġit f’approprjazzjonijiet ta’ pagament fi tmiem is-sena billi jqabbel il-ħtiġijiet addizzjonali mas-sottoimplimentazzjoni mistennija. B’riżultat ta’ dan, tiġi ppreżentata talba ad hoc għal trasferiment kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 31 tar-Regolament Finanzjarju.
L-eżerċizzju ta’ “Trasferiment globali” wera li l-baġit ivvutat li jifdal u d-dħul assenjat disponibbli mhux se jkunu biżżejjed biex ikopru l-ħtiġijiet ta’ pagament stmati sa tmiem is-sena għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), inkluż b’mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (STEP). Għalhekk, il-Kummissjoni tipproponi li ssaħħaħ il-programmi tal-FEŻR kif ġej:
·Programmi 2021–2027
F’konformità mar-Regolament STEP
, li daħal fis-seħħ f’Marzu 2024, l-Istati Membri talbu emendi għall-programmi ta’ koeżjoni tagħhom biex jinkorporaw il-prijoritajiet ta’ STEP, li jibbenefikaw minn prefinanzjament eċċezzjonali ta’ 30 % tal-allokazzjoni għall-prijoritajiet ta’ STEP, li jammontaw għal EUR 1,4 biljun. Il-pagament ta’ dan il-prefinanzjament huwa obbligu legali li ma ġiex ikkunsidrat matul l-adozzjoni tal-baġit tal-2024, peress li r-reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-QFP kienet għadha ma ġietx maqbula. Inkella, il-previżjonijiet ta’ Lulju mill-Istati Membri jikkonfermaw li l-baġit tal-2024 se jiġi eżegwit bis-sħiħ.
·Tlestija ta’ programmi u ta’ attivitajiet preċedenti
Ir-Regolament STEP introduċa wkoll l-għażla għal kofinanzjament volontarju ta’ 100 % għan-nefqa ddikjarata f’applikazzjonijiet għal pagament ippreżentati matul is-sena kontabilistika mill-1 ta’ Lulju 2023 sat-30 ta’ Ġunju 2024. Barra minn hekk, dan jinkludi limitu massimu ta’ 1 % fuq il-pagamenti interim fl-2025, li kien inċentiv għall-Istati Membri biex jissottomettu l-applikazzjonijiet għall-pagament tagħhom aktar kmieni fl-2024. Il-kombinazzjoni ta’ dawn iż-żewġ fatturi aċċellerat b’mod sinifikanti s-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għall-pagament. F’konformità mal-previżjonijiet ta’ Lulju, dan se jirriżulta fi ħtiġijiet ta’ pagament addizzjonali ta’ EUR 1,5 biljun għall-2024.
Iż-żieda dettaljata fl-approprjazzjonijiet ta’ pagament mitluba f’dan l-ABE 5/2024 tinsab hawn taħt:
|
EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
05 02 01
|
FEŻR — Nefqa operazzjonali
|
0
|
1 400 000 000
|
|
05 02 99 01
|
Tlestija tal-FEŻR — Nefqa operazzjonali (qabel l-2021)
|
0
|
1 500 000 000
|
|
Total
|
0
|
2 900 000 000
|
2.2Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (SFPAs)
Il-Kummissjoni tinnegozja, tikkonkludi u timplimenta Ftehimiet bilaterali ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (SFPAs) bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi sħab. Peress li bosta minnhom kienu għadhom soġġetti għal negozjati meta ġie stabbilit il-baġit tal-2024, ammont ta’ EUR 49,9 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 25,8 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament jibqa’ disponibbli fil-forma ta’ riżervi biex ikopru l-ftehimiet u l-protokolli fir-rigward tas-sajd bejn l-Unjoni u l-gvernijiet ta’ pajjiżi terzi sħab speċifiċi li għadhom ma ġewx adottati, f’konformità mal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju u mal-punt 20 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020
.
Filwaqt li kkunsidrat l-istatus tan-negozjati dwar il-protokolli futuri:
·In-negozjati ma’ São Tomé u Príncipe se jibdew fl-1 ta’ Ottubru 2024 filwaqt li n-negozjati mal-Gżejjer Cook huma mistennija li jibdew matul ir-raba’ trimestu tal-2024. Madankollu, l-iffirmar tal-protokolli l-ġodda mhuwiex mistenni qabel l-ewwel trimestru tal-2025;
·In-negozjati mal-Kosta tal-Avorju huma konklużi. Il-protokoll il-ġdid huwa mistenni li jiġi ffirmat matul l-ewwel trimestru tal-2025, ladarba l-proċeduri interni jiġu konklużi.
Fir-rigward tal-approprjazzjonijiet li fadal fir-riżerva, l-ebda wieħed mill-protokolli mal-Angola, il-Guinea, .il-Liberja, il-Marokk u s-Senegal mhu se jiġi konkluż din is-sena:
·Għall-Marokk, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi magħquda C-778/21 P Il-Kummissjoni vs Front Polisario u C-798/21 P Il-Kunsill vs Front Polisario tal-4 ta’ Ottubru 2024 kellha impatt fuq l-iskeda tan-negozjati;
·Għall-Angola, il-Guinea, il-Liberja u s-Senegal, id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar il-ftuħ ta’ negozjati għal protokoll ġdid għadhom ma ġewx adottati.
Il-Kummissjoni għalhekk tipproponi li tikkanċella l-ammont li mhux se jkun meħtieġ fl-2024. Dan jikkorrispondi fi EUR 32,9 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u EUR 25.8 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament, kif ġej:
|
EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
30 02 02
|
Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għall-artikolu baġitarju 08 05 01)
|
– 32 857 566
|
– 25 750 000
|
|
Total
|
– 32 857 566
|
– 25 750 000
|
2.3Aġġustamenti marbuta ma’ aġġustament ogħla tas-salarji għall-2024
2.3.1
Amministrazzjoni Pubblika Ewropea (Intestatura 7)
F’dan l-ABE 5/2024, il-Kummissjoni tipproponi aġġustamenti għall-intestatura 7 “Amministrazzjoni Pubblika Ewropea” fir-rigward tal-impatt taż-żieda fl-aġġustament tas-salarji fuq in-nefqa amministrattiva. Issa huwa previst aġġornament totali ta’ + 7,2 %
fl-2024, li jwassal għal aġġornament residwu ta’ + 4,1 %, minbarra l-ewwel aġġornament ta’ + 3,0 % mill-1 ta’ Jannar, filwaqt li l-baġit tal-2024 tfassal fuq is-suppożizzjoni ta’ aġġornament ta’ + 3,4 % li għandu jiġi applikat b’mod retroattiv mill-1 ta’ Lulju 2024. Barra minn hekk, huwa meħtieġ aġġustament għal għadd akbar ta’ benefiċjarji ġodda tal-pensjoni meta mqabbel mal-istimi meta ġie stabbilit il-baġit tal-2024.
Nefqa amministrattiva tal-Istituzzjonijiet
Mid-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal riveduti fl-2014, il-livell tal-aġġornament tas-salarji u tal-pensjonijiet għall-persunal tal-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-UE huwa bbażat fuq metodoloġija mhux diskrezzjonali li tinkludi żewġ elementi. L-ewwel element huwa l-evoluzzjoni netta tal-kapaċità tal-akkwist tal-ħaddiema taċ-ċivil nazzjonali minn grupp ta’ 10 Stati Membri
, li jirrappreżenta mill-inqas 75 % tal-PDG tal-UE. Dan jikkostitwixxi l-Indikatur Speċifiku Globali (GSI, Global Specific Indicator). It-tieni element — l-Indiċi Konġunt (JI, Joint Index) — iqis l-inflazzjoni fi Brussell u fil-Lussemburgu. L-awtomatiċità tal-metodu tal-aġġornament tas-salarji tiżgura li s-sistema tirrifletti kemm l-avvenimenti fl-ekonomija reali kif ukoll id-deċiżjonijiet mill-Istati Membri kif ikkonfermat mill-Eurostat bi qbil mal-istituti nazzjonali tal-istatistika.
Fil-baġit tal-2024, ir-rata ta’ aġġornament annwali tas-salarji prevista li għandha tiġi applikata retroattivament mill-1 ta’ Lulju 2024 kienet ta’ 3,4 % (impatt ta’ 6 xhur). Din ir-rata ġiet ikkalkulata mis-servizzi tal-Kummissjoni f’Novembru 2023, abbażi tal-evoluzzjoni stmata tal-kapaċità tal-akkwist u l-għoli tal-ħajja għall-perjodu ta’ referenza (1.7.2023–30.6.2024), skont il-metodu preskritt fir-Regolamenti tal-Persunal.
L-aħħar stima disponibbli dwar l-evoluzzjoni tal-kapaċità tal-akkwist fl-Istati Membri tal-kampjun turi żieda ta’ 3,2 %, filwaqt li l-indiċi konġunt tal-Belġju u tal-Lussemburgu (JBLI, joint Belgium and Luxembourg Index) għall-perjodu rilevanti (+ 5,1 %) huwa ogħla b’mod sinifikanti milli kien previst oriġinarjament. Għalhekk, l-aġġornament totali tas-salarji li għandu jiġi applikat fl-2024 għandu jilħaq + 7,2 %
. Wara l-aġġornament intermedju ta’ 3,0 %, se jiġi applikat aġġornament tas-salarju residwu ta’ 4,1 %
mill-1 ta’ Lulju 2024. Ir-rata ta’ aġġornament ta’ 1,2 % hija differita għall-1 ta’ April 2025, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-“klawżola ta’ moderazzjoni” f’konformità mal-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal.
F’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal, ir-rapport tal-Eurostat se jinħareġ fil-31 ta’ Ottubru 2024 u se jistabbilixxi l-aġġustament tar-remunerazzjoni netta nominali tal-uffiċjali tal-UE fi Brussell u fil-Lussemburgu b’effett minn Lulju 2024, bl-għan li jinżamm żvilupp parallel tal-kapaċità tal-akkwist mal-impjegati taċ-ċivil fl-Istati Membri.
Abbażi tar-rapport tal-Eurostat, ir-rapport tal-Kummissjoni
lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew imbagħad jiġi adottat f’Novembru. Peress li dan ikun tard wisq biex jiġi propost formalment baġit emendatorju wara li tiġi ffinalizzata r-rata ta’ aġġornament, huwa xieraq li tiġi rieżaminata s-sitwazzjoni fid-dawl tal-aħħar previżjonijiet disponibbli. Għalhekk, skont il-prinċipji baġitarji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u l-preċiżjoni baġitarja, proposta biex jiżdiedu l-approprjazzjonijiet baġitarji relatati mas-salarji u l-pensjonijiet hija ġġustifikata.
Il-Kummissjoni għamlet kull sforz biex trażżan in-nefqa amministrattiva tagħha billi żammet politika tal-persunal stabbli u stretta u billi applikat tnaqqis sostanzjali fin-nefqa mhux relatata mas-salarji, bħal għal-laqgħat u l-kumitati, kemm jista’ jkun possibbli. Bl-istess mod, l-istituzzjonijiet l-oħra għamlu l-isforzi kollha possibbli biex ikopru ħtiġijiet addizzjonali permezz tar-riallokazzjoni tar-riżorsi eżistenti u billi pposponew l-investimenti mhux obbligatorji.
Sar kull sforz mill-Istituzzjonijiet biex ikopru l-ħtiġijiet addizzjonali għan-nefqa fuq is-salarji permezz ta’ riallokazzjoni. Il-Kumitat tar-Reġjuni biss ma jistax jissodisfa dawn il-ħtiġijiet internament u għalhekk qed jitlob tisħiħ tal-linji tas-salarji. Madankollu, huwa meħtieġ li tissaħħaħ in-nefqa amministrattiva għall-pensjonijiet, li għaliha minbarra r-rata ogħla ta’ aġġornament tal-pensjonijiet, l-għadd reali ta’ pensjonanti huwa ogħla milli mistenni.
Pensjonijiet
Fir-rigward tan-nefqa tal-pensjonijiet, il-projezzjoni tal-ħtiġijiet sa tmiem l-2024 turi defiċit ta’ EUR 71 miljun, minħabba diversi elementi li jwasslu għal żieda fin-nefqa prevista għall-pensjonijiet għall-2024:
·Żieda ogħla ta’ benefiċjarji tal-pensjoni (+ 165) matul l-2024 meta mqabbla mas-suppożizzjonijiet użati fil-baġit tal-2024 (+ EUR 14,7 miljun).
·L-impatt tal-bidla fl-aġġustament annwali għall-pensjonijiet deskritt hawn fuq, inkluż il-ħtiġijiet addizzjonali għal 6 xhur minħabba l-aġġornament intermedju tal-pensjonijiet ta’ 3,0 % mill-1 ta’ Jannar 2024 (EUR 58,1 miljun).
Fl-istess ħin, huwa previst surplus ta’ madwar EUR 2 miljun għal-linji baġitarji għan-nefqa tal-pensjonijiet tal-eks Membri tal-Istituzzjonijiet.
L-elementi ta’ hawn fuq iwasslu għal defiċit globali ta’ EUR 71 miljun għan-nefqa fuq il-pensjonijiet. Qed jiġi propost li jiġu riallokati EUR 3,8 miljun minn linji baġitarji oħra fit-taqsima tal-baġit tal-Kummissjoni li fiha ġew identifikati xi bilanċi pożittivi. B’mod ġenerali, dan jippermetti li t-talba netta għal tisħiħ titniżżel għal EUR 67,2 miljun.
Impatt ġenerali u dettaljat skont it-Taqsimiet
B’mod ġenerali, il-proposta hija li tiżdied in-nefqa mhux differenzjata tal-intestatura 7 (Amministrazzjoni Pubblika Ewropea) bi EUR 68,5 miljun għall-2024. Dan jikkorrispondi għal żieda ta’ EUR 1,3 miljun għan-nefqa amministrattiva tal-Kumitat tar-Reġjuni u EUR 67,2 miljun għall-pensjonijiet tal-istituzzjonijiet kollha.
L-impatt globali fuq in-nefqa huwa kif ġej:
|
Ammonti f’EUR
|
|
|
Baġit 2024 (inkluż l-AB 1–2/2024 u l-ABE 2–4/2024)
|
Abbozz ta’ Baġit Emendatorju Nru 5/2024
|
Baġit 2024
|
|
Pensjonijiet u Skejjel Ewropej
|
2 812 624 762
|
67 200 000
|
2 879 824 762
|
|
Pensjonijiet
|
2 565 464 000
|
67 200 000
|
2 632 664 000
|
|
Skejjel Ewropej
|
247 160 762
|
|
247 160 762
|
|
Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet
|
9 175 375 841
|
1 300 000
|
9 176 675 841
|
|
Kummissjoni
|
4 221 841 225
|
|
4 221 841 225
|
|
Istituzzjonijiet oħra
|
4 953 534 616
|
1 300 000
|
4 954 834 616
|
|
Parlament Ewropew
|
2 382 263 574
|
|
2 382 263 574
|
|
Kunsill
|
676 881 123
|
|
676 881 123
|
|
Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
|
503 782 531
|
|
503 782 531
|
|
Qorti tal-Awdituri
|
185 655 890
|
|
185 655 890
|
|
Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
|
164 945 524
|
|
164 945 524
|
|
Kumitat tar-Reġjuni
|
121 878 345
|
1 300 000
|
123 178 345
|
|
Ombudsman Ewropew
|
13 667 466
|
|
13 667 466
|
|
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
|
24 329 460
|
|
24 329 460
|
|
Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
|
880 130 703
|
|
880 130 703
|
|
Total
|
11 988 000 603
|
68 500 000
|
12 056 500 603
|
L-impatt dettaljat imqassam skont it-Taqsimiet huwa kif ġej:
Taqsima III – Il-Kummissjoni Ewropea
|
Ammonti f’EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
21 01 01
|
Pensjonijiet u konċessjonijiet
|
67 200 000
|
67 200 000
|
|
Total
|
67 200 000
|
67 200 000
|
Taqsima – VII il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
|
Ammonti f’EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
1200
|
Remunerazzjoni u allowances
|
1 300 000
|
1 300 000
|
|
Total
|
1 300 000
|
1 300 000
|
Peress li ma hemm l-ebda marġni disponibbli taħt l-intestatura 7, ma jistax jiġi evitat li jsir rikors għall-Istrument ta’ Marġini Uniku taħt l-intestatura 7 għal ammont addizzjonali ta’ EUR 68,5 miljun, li jwassal għall-użu tal-Istrument ta’ Marġini Uniku fl-Artikolu 11(1)(a) għal ammont ta’ EUR 283,5 miljun fl-2024 sabiex ikun hemm konformità mal-obbligi legali.
2.3.2
Nefqa amministrattiva barra mill-Intestatura 7 – aġenziji deċentralizzati
Iż-żieda fl-aġġustament tas-salarji għall-2024 ippreżentata hawn fuq twassal ukoll għal ħtiġijiet addizzjonali għan-nefqa fuq is-salarji fir-rigward tan-nefqa amministrattiva taħt l-Intestaturi 1 sa 6, li l-Kummissjoni setgħet tkopri l-mobilizzazzjoni tal-approprjazzjonijiet li fadal u l-flessibbiltajiet inkorporati.
Min-naħa l-oħra, għall-aġenziji deċentralizzati, il-kamp ta’ applikazzjoni għar-riallokazzjonijiet interni huwa limitat u għalhekk il-Kummissjoni tipproponi li żżid il-kontribuzzjoni tal-UE b’1,7 %, applikata għat-Titolu 1 “Nefqa tal-persunal” tal-baġit tal-aġenziji filwaqt li jitqies il-proporzjon bejn il-kontribuzzjoni tal-UE u l-baġit totali tal-aġenziji. Din iż-żieda ta’ + 1,7 % tqis l-impatt kemm (1) tal-aġġornament tas-salarji tal-2023 aktar baxx milli mistenni (+ 2,7 %), u (2) ogħla mill-aġġornament tas-salarji previst għall-baġit 2024 (+ 7,2 %), meta mqabbel mas-suppożizzjonijiet sottostanti għall-Baġit tal-2024 (+ 4,4 % fl-2023 u + 3,4 % fl-2024). Biex jiġi limitat l-impatt, ir-riallokazzjonijiet interni l-ewwel ġew imfittxija biex ikopru l-ħtiġijiet li jirriżultaw mill-impatt tal-aġġornament tas-salarji. Għalhekk, għal xi wħud mill-aġenziji deċentralizzati ma hija meħtieġa l-ebda żieda fil-kontribuzzjoni tal-UE. Barra minn hekk, qed jiġi propost li l-FRONTEX ma tiġix inkluża fiż-żieda, b’mod partikolari minħabba rata ta’ postijiet tax-xogħol battala li għadha pjuttost sinifikanti u minħabba li s-salarji jirrappreżentaw porzjon aktar baxx tal-baġit totali tal-aġenzija, u dan iħalli aktar lok għal riallokazzjonijiet interni.
L-impatt globali fuq in-nefqa ta’ EUR 12,1 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament huwa dettaljat kif ġej:
·Intestatura 1 – Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali
|
Ammonti f’EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
02 10 01
|
Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA)
|
361 932
|
361 932
|
|
02 10 03
|
Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA)
|
354 714
|
354 714
|
|
02 10 04
|
Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA)
|
244 326
|
244 326
|
|
02 10 05
|
Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju BEREC)
|
81 594
|
81 594
|
|
02 10 06
|
Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER, Agency for the Cooperation of Energy Regulators)
|
193 651
|
193 651
|
|
03 10 01 01
|
Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi — Leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi
|
835 000
|
835 000
|
|
03 10 01 02
|
Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi — Attivitajiet fil-qasam tal-leġiżlazzjoni dwar il-bijoċidi
|
86 585
|
86 585
|
|
03 10 02
|
Awtorità Bankarja Ewropea (EBA, European Banking Authority)
|
231 319
|
231 319
|
|
03 10 03
|
Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA, EIOPA)
|
168 038
|
168 038
|
|
03 10 04
|
Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA, European Securities and Markets Authority)
|
216 832
|
216 832
|
|
04 10 01
|
Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Programm Spazjali
|
404 623
|
404 623
|
|
Total
|
3 178 614
|
3 178 614
|
·Sottointestatura 2b – Reżiljenza u Valuri
|
Ammonti f’EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
06 10 01
|
Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard
|
712 181
|
712 181
|
|
06 10 02
|
Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel
|
1 179 166
|
1 179 166
|
|
06 10 03 01
|
Kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini
|
254 425
|
254 425
|
|
07 10 01
|
Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound)
|
275 758
|
275 758
|
|
07 10 02
|
Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA)
|
137 647
|
137 647
|
|
07 10 03
|
Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP)
|
217 343
|
217 343
|
|
07 10 04
|
Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA, Fundamental Rights Agency)
|
287 922
|
287 922
|
|
07 10 06
|
Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF, European Training Foundation)
|
283 108
|
283 108
|
|
07 10 07
|
Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust)
|
594 629
|
594 629
|
|
07 10 08
|
Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE)
|
894 047
|
894 047
|
|
07 10 09
|
Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA, European Labour Authority)
|
266 861
|
266 861
|
|
Total
|
5 103 087
|
5 103 087
|
·Intestatura 3 – Riżorsi Naturali u Ambjent
|
Ammonti f’EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
08 10 01
|
Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd
|
209 032
|
209 032
|
|
09 10 01
|
Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi – Direttivi u Konvenzjonijiet internazzjonali ambjentali
|
55 915
|
55 915
|
|
09 10 02
|
Aġenzija Ewropea għall-Ambjent
|
646 569
|
646 569
|
|
Total
|
911 516
|
911 516
|
·Intestatura 4 – Migrazzjoni u Ġestjoni tal-Fruntieri
|
Ammonti f’EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
11 10 02
|
Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja
|
773 078
|
773 078
|
|
Total
|
773 078
|
773 078
|
·Intestatura 5 – Reżiljenza, Sigurtà u Difiża
|
Ammonti f’EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
12 10 01
|
Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (EUROPOL)
|
2 002 895
|
2 002 895
|
|
12 10 02
|
Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL)
|
89 938
|
89 938
|
|
Total
|
2 092 833
|
2 092 833
|
2.4Aġġustamenti addizzjonali għall-aġenziji deċentralizzati
2.4.1 Tisħiħ għall-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL)
Fil-bidu ta’ Ġunju 2024, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) kienet il-mira ta’ sensiela ta’ attakki ċibernetiċi. L-inċidenti ġew irrapportati minnufih lis-Servizz taċ-Ċibersigurtà kompetenti għall-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE (CERT-UE). Wara investigazzjoni sħiħa mnedija f’kollaborazzjoni mas-CERT-UE, l-aġenzija trid tipproċedi b’bini mill-ġdid sħiħ tal-infrastruttura tal-IT tagħha. Għalhekk, biex tkopri l-ispejjeż immedjati tal-attakki ċibernetiċi u l-impatt tagħhom fuq is-CEPOL, il-Kummissjoni tipproponi li ssaħħaħ il-baġit tas-CEPOL fl-2024.
It-tisħiħ propost tal-kontribuzzjoni tal-UE lis-CEPOL b’ammont ta’ EUR 1 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn huwa propost li jiġi paċut kontra l-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF). L-istess ammont f’approprjazzjonijiet ta’ pagament huwa trasferit mill-ISF għas-CEPOL permezz ta’ trasferiment awtonomu.
|
Ammonti f’EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
12 10 02
|
Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL)
|
1 064 000
|
0
|
|
12 02 01
|
Fond għas-Sigurtà Interna (ISF)
|
–1 064 000
|
0
|
|
Total
|
0
|
0
|
Flimkien maż-żieda relatata mal-aġġornament tas-salarji msemmija hawn fuq (EUR 89 938 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament), iż-żieda totali proposta għas-CEPOL hija ta’ EUR 1 153 938.
2.4.2
Tisħiħ għall-eu-LISA
Wara żidiet fil-kostijiet ogħla minn dawk ibbaġitjati relatati mal-istadju importanti “Wave 2” tal-eu-LISA u l-kuntratti qafas korrispondenti (b’mod partikolari s-sistema ta’ awtorizzazzjoni ta’ qabel l-ivvjaġġar għall-vjaġġaturi eżentati mill-viża (ETIAS) u r-rekwiżiti tal-interoperabbiltà), il-Kummissjoni tipproponi li l-baġit tal-eu-LISA jiżdied bi EUR 17 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn. It-tisħiħ tal-baġit huwa meħtieġ biex jiġi żgurat b’mod partikolari l-finanzjament taż-żewġ kuntratti qafas ewlenin użati mill-eu-LISA, jiġifieri l-Qafas tal-Inġinerija Trasversali u l-Qafas tal-Operazzjonijiet Trasversali, il-kostijiet tan-network u l-aġġustamenti kuntrattwali, l-espansjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tas-servizzi web u rekwiżiti akbar għall-fornituri esterni f’appoġġ dirett għall-operazzjonijiet tal-eu-LISA.
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (EUAA) identifikat surplus fil-baġit tagħha minħabba sottoimplimentazzjoni fil-linji operazzjonali tagħha (pjanijiet operazzjonali mal-Istati Membri) u reklutaġġi ġodda tal-persunal aktar bil-mod milli mistenni. Għalhekk, iż-żieda ta’ EUR 17 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn hija proposta li tiġi ffinanzjata permezz ta’ tnaqqis kumpensatorju tal-kontribuzzjoni tal-UE għall-EUAA. It-“Trasferiment Globali” jinkludi wkoll tnaqqis ulterjuri tal-baġit tal-EUAA b’EUR 10 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament, li jsaħħaħ il-linja ewlenija BMVI li tiffinanzja l-pagamenti interim pendenti.
Konsegwentement, l-aġġustamenti proposti — newtrali għall-baġit — huma kif ġej:
|
Ammonti f’EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
11 10 02
|
Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva ta’ Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja
|
17 000 000
|
0
|
|
10 10 01
|
Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil
|
–17 000 000
|
0
|
|
Total
|
0
|
0
|
Flimkien maż-żieda relatata mal-aġġornament tas-salarji msemmija hawn fuq (EUR 773 078 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament), iż-żieda totali proposta għall-eu-LISA hija ta’ EUR 17 773 078.
2.4.3 Tnaqqis għall-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus (AMLA)
L-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus (AMLA) għadha f’fażi ta’ stabbiliment u l-proċess qed jieħu aktar żmien milli kien antiċipat inizjalment. Dan huwa relatat b’mod partikolari mar-reklutaġġi. Għalhekk, wara l-ewwel xhur tal-iżvilupp tagħha, il-ħtieġa għall-approprjazzjonijiet fl-2024 ġiet riveduta ’l isfel. Għalhekk huwa propost li l-kontribuzzjoni tal-UE għall-AMLA titnaqqas b’EUR 0,75 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn, kif indikat hawn taħt.
|
Ammonti f’EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
30 02 02
|
Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għall-artikolu baġitarju 03 10 05)
|
–750 281
|
0
|
|
Total
|
–750 281
|
0
|
2.4.4 Ritorn ta’ riżerva għall-programm LIFE – L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)
Minħabba dewmien fl-adozzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni dwar il-“Pakkett ta’ Tniġġis Żero” li għalih għadhom għaddejjin in-negozjati, il-kompiti l-ġodda proposti assenjati lill-ECHA u lill-EEA mhux se jibdew fl-2024. Fil-baġit tal-2024, l-approprjazzjonijiet korrispondenti ta’ EUR 2,8 miljun, li joriġinaw mill-programm LIFE, tqiegħdu f’riżerva għall-benefiċċju ta’ dawn iż-żewġ aġenziji, sakemm isir progress fil-pakkett leġiżlattiv. Għalhekk, f’dan l-ABE 5/2024 il-Kummissjoni tipproponi li tirritorna l-approprjazzjonijiet korrispondenti għall-programm LIFE, kif ġej:
|
Ammonti f’EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
30 02 02
|
Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għall-artikolu baġitarju 09 10 01)
|
–1 596 375
|
–1 596 375
|
|
30 02 02
|
Approprjazzjonijiet differenzjati (Riżerva għall-artikolu baġitarju 09 10 02)
|
–1 187 476
|
–1 187 476
|
|
09 02 02
|
Ekonomija ċirkolari u kwalità tal-ħajja
|
2 783 851
|
0
|
|
09 02 99
|
Tlestija ta’ programmi preċedenti fil-qasam
tal-ambjent u l-azzjoni klimatika (LIFE)
|
0
|
2 783 851
|
|
Total
|
0
|
0
|
2.5
Tnaqqis fl-approprjazzjonijiet ta’ impenn – Proċeduri għall-għoti u r-reklamar ta’ kuntratti pubbliċi ta’ provvista, xogħlijiet u servizzi
Ġie identifikat surplus ta’ EUR 2,9 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn għal-linja baġitarja 03 20 03 01. Dan huwa dovut għal iffrankar sinifikanti wara d-deċiżjoni li tintuża traduzzjoni awtomatika fuq talba tal-avviżi tal-Istituzzjonijiet tal-UE. Ammont ta’ EUR 0,5 miljun se jiġi trasferit permezz ta’ trasferiment awtonomu għal miżuri oħra fil-qasam tas-suq intern, filwaqt li l-ammont li jifdal ta’ EUR 2,4 miljun huwa propost li jiġi kkanċellat f’dan l-ABE 5/2024.
|
Ammonti f’EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
03 20 03 01
|
Proċeduri għall-għoti u r-riklamar ta’ forniment pubbliku, kuntratti ta’ xogħol u servizzi
|
-2 420 000
|
0
|
|
Total
|
-2 420 000
|
0
|
2.6Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna (ULCM)
F’Ġunju 2024, il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli u lill-Kunsill biex imexxu ’l quddiem il-ħidma biex jipprovdu finanzjament addizzjonali lill-Ukrajna sa tmiem is-sena. F’konformità mar-riżultati tas-summit tal-G7 tat-13–15 ta’ Ġunju 2024 dan jieħu l-forma ta’ self servut u mħallas lura minn flussi futuri tad-dħul straordinarju li jirriżulta minn assi sovrani Russi immobilizzati. Konsegwentement, fl-20 ta’ Settembru 2024, il-Kummissjoni pproponiet Regolament li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna (ULCM) u li jipprovdi assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna
. L-ULCM se jappoġġa lis-sħab tal-G7 fil-ħruġ ta’ self lill-Ukrajna b’mod parallel mas-self eċċezzjonali tal-AMF tal-UE bil-ħsieb li jintlaħaq l-ammont totali previst fis-summit tal-G7. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ timmaniġġja l-operazzjonijiet baġitarji relatati fil-ħin mal-adozzjoni tar-Regolament ULCM, il-Kummissjoni tipproponi li tagħmel l-aġġustamenti addizzjonali kollha meħtieġa għan-nomenklatura tal-baġit u r-rimarki baġitarji għas-sena 2024 f’dan l-ABE 5/2024. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tipproponi li toħloq linja baġitarja ġdida fi ħdan kapitolu ddedikat ġdid 14 11 (mingħajr approprjazzjonijiet) kif ġej:
|
EUR
|
|
Linja baġitarja
|
Isem
|
Approprjazzjonijiet ta’ impenn
|
Approprjazzjonijiet ta’ pagament
|
|
14 11 01
|
Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna
|
p.m.
|
p.m.
|
|
Total
|
p.m.
|
p.m.
|
Ir-rimarki korrispondenti tal-baġit huma stabbiliti fl-anness baġitarju.
3.Aġġornament tad-dħul
L-ABE 5/2024 jipproponi li fil-baġit tal-2024 jiġi inkorporat ammont ta’ EUR 2 815-il miljun f’multi definittivi u pagamenti ta’ penali mħallsa sa Ottubru 2024. Qed jiġi propost ukoll li tinħoloq linja ta’ dħul ġdida għall-ULCM f’artikolu ġdid “Appoġġ għall-Ukrajna”.
Fid-data tal-adozzjoni ta’ dan l-ABE 5/2024, l-ebda dħul negattiv ma ġie inkluż fil-baġit tal-2024, wara l-ħolqien ta’ din il-possibbiltà fir-Regolament Finanzjarju (riformulazzjoni), japplika mit-30 ta’ Settembru 2024
. L-ammonti eżatti ta’ pagamenti ta’ mgħax kumpensatorju li għandhom isiru huma fil-proċess li jiġu stabbiliti. Riżerva suffiċjenti ta’ madwar EUR 1 200 miljun minn multi definittivi tibqa’ disponibbli biex tkopri dawn il-pagamenti sa tmiem is-sena. Ladarba jitħallas, id-dħul negattiv se jiġi inkluż fil-linja baġitarja speċifika 4 2 5 “Imgħax, imposti oħra dovuti u redditi negattivi fuq multi kkanċellati jew imnaqqsa”. Dettalji addizzjonali dwar l-ammonti u t-tranżazzjonijiet rilevanti se jiġu pprovduti wkoll fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
Qed jiġi propost ukoll li tinħoloq linja ta’ dħul ġdida għall-ULCM f’artikolu ġdid “Appoġġ għall-Ukrajna”.
3.1Multi u ħlasijiet ta’ penali
Meta jitqiesu l-multi definittivi u l-pagamenti ta’ penali mħallsa sa Ottubru 2024, huwa propost li jiddaħħlu l-ammonti li ġejjin fil-baġit tal-2024:
a)EUR 2 502 miljun ta’ multi tal-kompetizzjoni.
b)EUR 52 miljun ta’ pagamenti ta’ penali u somom f’daqqa imposti fuq Stati Membri li ma osservawx is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar in-nuqqas tagħhom li jissodisfaw obbligu skont it-Trattati.
c)EUR 257 miljun ta’ mgħax marbut ma’ multi u pagamenti ta’ penali.
d)EUR 4 miljun ta’ multi u pagamenti ta’ penali mhux assenjati oħrajn, prinċipalment għal primjums għall-eċċess ta’ emissjonijiet.
Għalhekk qed jiġi propost li jiżdiedu l-ammonti rrappurtati fl-ABE 4/2024 ta’ EUR 614 miljun b’EUR 2 815 miljun, u b’hekk jammontaw għal EUR 3 429 miljun.
Fit-tabella ta’ hawn taħt hemm id-dettalji għal kull linja baġitarja.
|
|
|
EUR
|
|
Linja tad-dħul
|
Isem
|
Baġit 2024
|
ABE 5/2024
|
Ammont ġdid
|
|
4 2 0
|
Multi b’rabta mal-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni
|
257 464 207
|
2 502 502 303
|
2 759 966 510
|
|
4 2 1
|
Pagamenti ta’ penali u somom f’daqqa imposti fuq Stat Membru
|
340 653 167
|
51 929 451
|
392 582 618
|
|
4 2 4
|
Imgħax konness mal-multi u mal-pagamenti ta’ penali
|
9 802 092
|
256 590 258
|
266 392 350
|
|
4 2 9
|
Pagamenti ta’ multi u penali oħrajn mhux assenjati
|
6 400 685
|
3 875 627
|
10 276 312
|
|
Total
|
614 320 151
|
2 814 897 639
|
3 429 217 790
|
3.2Impatt fuq il-kontribuzzjoni għar-riżorsa proprja bbażata fuq l-ING għall-2024
Il-kontribuzzjonijiet riveduti tar-riżorsi proprji bbażati fuq l-ING meta mqabbla mal-ABE 4/2024 huma stabbiliti fit-tabella li ġejja:
|
Stat Membru
|
ABE 4/2024
|
ABE 5/2024
|
Ammont ġdid
|
|
|
(1)
|
(2)
|
(3) = (1) +(2)
|
|
|
|
|
|
|
Il-Belġju
|
3 137 520 826
|
4 860 827
|
3 142 381 653
|
|
Il-Bulgarija
|
490 929 862
|
760 577
|
491 690 439
|
|
Ir-Repubbika Ċeka
|
1 524 718 132
|
2 362 181
|
1 527 080 313
|
|
Id-Danimarka
|
2 045 789 860
|
3 169 456
|
2 048 959 316
|
|
Il-Ġermanja
|
22 584 558 382
|
34 989 295
|
22 619 547 677
|
|
L-Estonja
|
192 975 003
|
298 968
|
193 273 971
|
|
L-Irlanda
|
2 070 413 423
|
3 207 603
|
2 073 621 026
|
|
Il-Greċja
|
1 163 139 703
|
1 802 003
|
1 164 941 706
|
|
Spanja
|
7 768 960 009
|
12 036 120
|
7 780 996 129
|
|
Franza
|
15 077 255 983
|
23 358 553
|
15 100 614 536
|
|
Il-Kroazja
|
425 510 887
|
659 226
|
426 170 113
|
|
L-Italja
|
10 942 787 228
|
16 953 195
|
10 959 740 423
|
|
Ċipru
|
145 650 292
|
225 650
|
145 875 942
|
|
Il-Latvja
|
212 177 297
|
328 717
|
212 506 014
|
|
Il-Litwanja
|
374 044 146
|
579 491
|
374 623 637
|
|
Il-Lussemburgu
|
275 312 135
|
426 529
|
275 738 664
|
|
L-Ungerija
|
1 035 987 565
|
1 605 011
|
1 037 592 576
|
|
Malta
|
95 647 207
|
148 182
|
95 795 389
|
|
In-Netherlands
|
5 464 910 293
|
8 466 554
|
5 473 376 847
|
|
L-Awstrija
|
2 527 403 838
|
3 915 600
|
2 531 319 438
|
|
Il-Polonja
|
4 123 400 650
|
6 388 210
|
4 129 788 860
|
|
Il-Portugall
|
1 388 121 069
|
2 150 557
|
1 390 271 626
|
|
Ir-Rumanija
|
1 745 902 426
|
2 704 853
|
1 748 607 279
|
|
Is-Slovenja
|
334 363 876
|
518 016
|
334 881 892
|
|
Ir-Repubblika Slovakka
|
647 634 542
|
1 003 353
|
648 637 895
|
|
Il-Finlandja
|
1 439 287 560
|
2 229 827
|
1 441 517 387
|
|
L-Iżvezja
|
3 074 333 659
|
4 762 935
|
3 079 096 594
|
|
|
|
|
|
|
Total
|
90 308 735 853
|
139 911 489
|
90 448 647 342
|
3.3
Bidla fin-nomenklatura wara l-adozzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-ULCM u li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna
Bħala konsegwenza tal-adozzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-ULCM u li jipprovdi assistenza makrofinanzjarja eċċezzjonali lill-Ukrajna (ara t-taqsima 3.1 hawn taħt), huwa propost li tinħoloq linja ta’ dħul ġdida f’artikolu għall-appoġġ tal-Ukrajna: 6 6 4 2 “Mekkaniżmu ta’ Kooperazzjoni ta’ Self għall-Ukrajna”. Barra minn hekk, qed jiġi propost li tiġi inkluża korrezzjoni teknika biex tiġi aġġustata r-referenza tal-linja baġitarja għall-Faċilità għall-Ukrajna minn “6 6 4” għal “6 6 4 0”.
Ir-rimarki korrispondenti tal-baġit huma stabbiliti fl-anness baġitarju.
4.Finanzjament
B’mod ġenerali, l-impatt nett ta’ dan l-ABE 5/2024 huwa żieda ta’ EUR 44,5 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ EUR 2 954,8 miljun f’approprjazzjonijiet ta’ pagament taħt il-baġit tal-2024.
Fir-rigward tal-impatt tal-aġġornament rivedut tas-salarji għall-2024, minħabba n-nuqqas ta’ marġnijiet u lok għar-riallokazzjoni taħt is-sottointestatura 2b u taħt l-intestatura 5, il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-Istrument ta’ Flessibbiltà f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093
f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament għal ammont ta’ EUR 5,1 miljun għas-sottointestatura 2b Reżiljenza u Valuri biex tiżdied il-kontribuzzjoni tal-UE għal diversi aġenziji deċentralizzati u għal ammont ta’ EUR 2,1 miljun għall-intestatura 5 biex tiżdied il-kontribuzzjoni tal-UE lill-Europol u lis-CEPOL. Barra minn hekk, iż-żieda fin-nefqa għall-intestatura 7 twassal għal żieda fl-ammonti proposti li jiġu mobilizzati mill-Istrument ta’ Marġini Uniku bi EUR 68,5 miljun.
L-approprjazzjonijiet ta’ pagament tal-2024 relatati mal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà fis-snin 2021 sal-2024 huma stmati għal EUR 1 758,3 miljun, fi prezzijiet attwali. L-iskeda ta’ pagamenti stmati tal-ammonti pendenti relatati għal dawn is-snin hija dettaljata fit-tabella li ġejja:
|
Strument ta’ Flessibbiltà – profil ta’ pagament (f’miljuni ta’ EUR)
|
|
Sena ta’ mobilizzazzjoni
|
2024
|
2025
|
2026
|
2027
|
Total
|
|
2021
|
7,6
|
0
|
0
|
0
|
7,6
|
|
2022
|
49,8
|
36,7
|
0
|
0
|
86,5
|
|
2023
|
279
|
120,6
|
83,2
|
0
|
482,8
|
|
2024
|
1 421,9
|
107,6
|
83,7
|
46,3
|
1 659,5
|
|
Total
|
1 758,3
|
264,9
|
166,9
|
46,3
|
2 236,4
|
5.Tabella fil-qosor skont l-intestatura tal-QFP
F’EUR
|
|
Baġit 2024 (inkluż l-AB 1–2/2024, l-ABE 2–4/2024)
|
Abbozz ta’ Baġit Emendatorju Nru 5/2024
|
Baġit 2024 (inkluż l-AB 1–2/2024, l-ABE 2–4-5/2024)
|
|
|
|
|
|
|
|
|
CA
|
PA
|
CA
|
PA
|
CA
|
PA
|
|
|
1
|
Suq Uniku, Innovazzjoni u Diġitali
|
21 492 216 821
|
20 826 810 837
|
8 333
|
3 178 614
|
21 492 225 154
|
20 829 989 451
|
|
|
|
Limitu Massimu
|
21 598 000 000
|
|
|
|
21 598 000 000
|
|
|
|
|
Marġini
|
105 783 179
|
|
–8 333
|
|
105 774 846
|
|
|
|
2
|
Koeżjoni, Reżiljenza u Valuri
|
74 577 476 949
|
33 732 782 204
|
5 103 087
|
2 905 103 087
|
74 582 580 036
|
36 637 885 291
|
|
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà
|
1 306 281 333
|
|
5 103 087
|
|
1 311 384 420
|
|
|
|
|
Limitu Massimu
|
73 289 000 000
|
|
|
|
73 289 000 000
|
|
|
|
|
Marġini
|
17 804 384
|
|
|
|
17 804 384
|
|
|
|
2a.
|
Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali
|
64 665 195 616
|
24 155 654 152
|
|
2 900 000 000
|
64 665 195 616
|
27 055 654 152
|
|
|
|
Limitu Massimu
|
64 683 000 000
|
|
|
|
64 683 000 000
|
|
|
|
|
Marġini
|
17 804 384
|
|
|
|
17 804 384
|
|
|
|
2b.
|
Reżiljenza u valuri
|
9 912 281 333
|
9 577 128 052
|
5 103 087
|
5 103 087
|
9 917 384 420
|
9 582 231 139
|
|
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà
|
1 306 281 333
|
|
5 103 087
|
|
1 311 384 420
|
|
|
|
|
Limitu Massimu
|
8 606 000 000
|
|
|
|
8 606 000 000
|
|
|
|
|
Marġini
|
|
|
|
|
|
|
|
|
3
|
Riżorsi Naturali u Ambjent
|
57 338 630 839
|
54 151 402 941
|
-31 946 050
|
-24 838 484
|
57 306 684 789
|
54 126 564 457
|
|
|
|
Limitu Massimu
|
57 449 000 000
|
|
|
|
57 449 000 000
|
|
|
|
|
Marġini
|
110 369 161
|
|
31 946 050
|
|
142 315 211
|
|
|
|
|
Li minnhom: Nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti
|
40 517 278 000
|
40 505 482 213
|
|
|
40 517 278 000
|
40 505 482 213
|
|
|
|
Sottolimitu tal-FAEG
|
41 649 000 000
|
|
|
|
41 649 000 000
|
|
|
|
|
Ittondjar tad-differenza eskluż għall-kalkolu tas-sottomarġini
|
722 000
|
|
|
|
722 000
|
|
|
|
|
Trasferimenti netti bejn l-FAEG u l-FAEŻR
|
–1 046 000 000
|
|
|
|
–1 046 000 000
|
|
|
|
|
Bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG (is-sottolimitu korrett bit-trasferimenti bejn l-FAEG u l-FAEŻR)
|
40 603 000 000
|
|
|
|
40 603 000 000
|
|
|
|
|
Sottomarġini tal-FAEG
|
85 722 000
|
|
|
|
85 722 000
|
|
|
|
4
|
Migrazzjoni u Ġestjoni tal-Fruntieri
|
3 892 705 671
|
3 248 967 443
|
773 078
|
773 078
|
3 893 478 749
|
3 249 740 521
|
|
|
|
Limitu Massimu
|
4 020 000 000
|
|
|
|
4 020 000 000
|
|
|
|
|
Marġini
|
127 294 329
|
|
–773 078
|
|
126 521 251
|
|
|
|
5
|
Sigurtà u Difiża
|
2 697 177 926
|
2 035 413 531
|
2 092 833
|
2 092 833
|
2 699 270 759
|
2 037 506 364
|
|
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà
|
317 177 926
|
|
2 092 833
|
|
319 270 759
|
|
|
|
|
Limitu Massimu
|
2 380 000 000
|
|
|
|
2 380 000 000
|
|
|
|
|
Marġini
|
|
|
|
|
|
|
|
|
6
|
Viċinat u d-Dinja
|
16 731 000 000
|
15 315 050 313
|
|
|
16 731 000 000
|
15 315 050 313
|
|
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà
|
28 828 204
|
|
|
|
28 828 204
|
|
|
|
|
Li minnhom skont l-Istrument ta’ Marġni Uniku 11(1)(a)
|
371 171 796
|
|
|
|
371 171 796
|
|
|
|
|
Limitu Massimu
|
16 331 000 000
|
|
|
|
16 331 000 000
|
|
|
|
|
Marġini
|
|
|
|
|
|
|
|
|
7
|
Amministrazzjoni Pubblika Ewropea
|
11 988 000 603
|
11 988 000 603
|
68 500 000
|
68 500 000
|
12 056 500 603
|
12 056 500 603
|
|
|
|
Li minnhom skont l-Istrument ta’ Marġni Uniku 11(1)(a)
|
215 000 603
|
|
68 500 000
|
68 500 000
|
283 500 603
|
|
|
|
|
Limitu Massimu
|
11 773 000 000
|
|
|
|
11 773 000 000
|
|
|
|
|
Marġini
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
li minnhom: Nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet
|
9 175 375 841
|
9 175 375 841
|
1 300 000
|
1 300 000
|
9 176 675 841
|
9 176 675 841
|
|
|
|
Sottolimitu
|
9 006 000 000
|
|
|
|
9 006 000 000
|
|
|
|
|
Sottomarġini
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Approprjazzjonijiet għal intestaturi
|
188 717 208 809
|
141 298 427 872
|
44 531 281
|
2 954 809 128
|
188 761 740 090
|
144 253 237 000
|
|
|
|
Limitu Massimu
|
186 840 000 000
|
170 543 000 000
|
|
|
186 840 000 000
|
170 543 000 000
|
|
|
|
Li minnhom taħt l-Istrument ta’ Flessibbiltà
|
1 652 287 463
|
1 751 178 297
|
7 195 920
|
7 195 920
|
1 659 483 383
|
1 758 374 217
|
|
|
|
Li minnhom skont l-Istrument ta’ Marġni Uniku 11(1)(a)
|
586 172 399
|
|
68 500 000
|
|
654 672 399
|
|
|
|
|
Marġini
|
361 251 053
|
30 995 750 425
|
31 164 639
|
|
392 415 692
|
28 048 137 217
|
|
|
|
Strumenti tematiċi speċjali
|
6 517 600 432
|
5 491 076 559
|
|
|
6 517 600 432
|
5 491 076 559
|
|
|
Total tal-approprjazzjonijiet
|
195 234 809 241
|
146 789 504 431
|
44 531 281
|
2 954 809 128
|
195 279 340 522
|
149 744 313 559
|
|