2003L0090 — MT — 24.12.2005 — 001.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2003/90/KE tas-6 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta' ċerti varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli (ĠU L 254, 8.10.2003, p.7) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/91/KE Test b'rilevanza għaz-ŻEE tas-16 ta’ Diċembru 2005 |
L 331 |
24 |
17.12.2005 |
|
ID-DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2003/90/KE
tas-6 ta' Ottubru 2003
li tistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta' ċerti varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli
(Test b'relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-katalogu komuni ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli ( 1 ), u partikolarment l-Artikolu 7 (2)(a) u (b) tagħha,
Billi:|
(1) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 72/180/KEE ta' l-14 ta' April 1972 li tistabbilixxi l-karatteristiċi u l-kondizzjonijiet minimi biex jiġu eżaminati speċi ta' pjanti agrikoli ( 2 ), kif emendata mid-Direttiva 2002/8/KE ( 3 ), stabbilixxiet, bil-għan li jkun hemm aċċettazzjoni ufficjali tal-varjetajiet fil-katalogi ta' l-Istati Membri, il-karatteristiċi li għandhom jigu koperti bħala minimu mill-eżamijiet ta' l-ispeċi varji, kif ukoll il-ħtiġijiet minimi għat-twettiq ta' dawn l-eżamijiet. |
|
(2) |
Linji gwida ta' prova fir-rigward tal-kondizzjonijiet għall-eżami tal-varjetajiet ġew maħruġa mil-Kunsill Amministrattiv ta' l-Uffiċju Komunitarju tal-Varjetà ta' Pjanti (CPVO) li ġie stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 tas-27 ta' Lulju 1994 dwar id-drittijiet Komunitarji fir-rigward tal-varjetà ta' pjanti ( 4 ), kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1650/2003 ( 5 ), fir-rigward ta' ċerti speċi. |
|
(3) |
Linji gwida ta' prova li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-eżamijiet tal-varjetajiet jeżistu fuq livell internazzjonali. L-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta' Varjetajiet Ġodda ta' Pjanti (UPOV) żviluppat linji gwida ta' prova. |
|
(4) |
Id-Direttiva 72/180/KEE ġiet emendata mid-Direttiva 2002/8/KE biex tiġi assigurata konsistenza bejn il-linji gwida ta' prova tal-CPVO u l-kondizzjonijiet biex jiġu eżaminati l-varjetajiet bil-għan ta' l-aċċetTazzjoni tagħhom fil-katalogi nazzjonali tal-varjetajiet ta' l-Istati Membri sa fejn il-linji gwida ta' prova tal-CPVO ġew stabbiliti. Minn dak inhar il-CPVO ħareġ linji gwida għal numru ta' speċi oħrajn. |
|
(5) |
Hu xieraq li tiġi assigurata l-konsistenza bejn il-linji gwida ta' prova tal-CPVO u l-kondizzjonijiet għall-varjetajiet bil-għan ta' l-aċċettazzjoni tagħhom fil-katalogi nazzjonali ta' l-Istati Membri. |
|
(6) |
Hu xieraq li s-sistema Komunitarja tiġi bbażata fuq il-linji gwida ta' prova ta' l-UPOV, peress li l-CPVO għadu ma żviluppax linji gwida speċifiċi. Il-liġi nazzjonali tapplika għal dawk l-ispeċi mhux koperti minn din id-Direttiva. |
|
(7) |
Id-Direttiva 72/180/KEE għandha għalhekk tiġi mħassra. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f'din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal Propaganti għall-Agrikoltura, l-Ortikoltura u l-Forestrija. |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-inklużjoni f'katalogu nazzjonali, fis-sens ta' l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2002/53/KE, tal-varjetajiet ta' l-speċi tal-pjanti agrikoli li jilħqu l-ħtiġijiet stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3.
2. Fir-rigward taċ-ċarezza, l-istabbiltà u l-uniformità:
(a) l-ispeċi mniżżlin fl-Anness I għandhom iħarsu l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-“Protokolli għall-provi għal ċarezza, uniformità u stabbiltà” tal-Kunsill Amministrattiv ta' l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetà ta' Pjanti (CPVO) imniżżlin f'dak l-Anness;
(b) l-ispeċi mniżżlin fl-Anness II għandhom iħarsu l-linji gwida ta' prova għat-tmexxija ta' provi għaċ-ċarezza, uniformità u stabbilità ta' l-Unjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni ta' Varjetajiet Ġodda ta' Pjanti (UPOV) imniżżlin f'dak l-Anness.
3. Fir-rigward tal-valur għall-koltivazzjoni jew użu, il-varjetajiet għandhom iħarsu l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(2) tad-Direttiva.
Artikolu 2
Il-karatteristiċi kollha tal-varjetà fis-sens ta' l-Artikolu 1(2)(a), u kwalunkwe karatteristiċi li huma mmarkati b'asterisk (*) fil-linji gwida ta' prova msejħin fl-Artikolu 1(2)(b) għandhom jigu użati, previst li l-osservazzjoni ta' karatteristika ma tkunx magħmula impossibbli minħabba l-espressjoni ta' kwalunkwe karatteristiċi oħra, u previst li l-espressjoni ta' karatteristika ma tkunx impossibbli minħabba l-kondizzjonijiet ambjentali li fihom hi mwettqa l-prova.
Artikolu 3
L-Istati Membri għandhom jassiguraw li fir-rigward ta' l-ispeċi mniżżlin fl-Annessi I u II, il-ħtiġijiet minimi għat-twettiq ta' l-eżamijiet li jirrigwardaw il-kondizzjonijiet ta' disinn ta' prova u ta' tkabbir, kif stabbiliti fil-linji gwida ta' prova msejħin f'dawk l-Annessi, jiġu sodisfatti fil-ħin ta' l-eżamijiet.
Artikolu 4
Id-Direttiva 72/180/KEE hi mħassra.
Artikolu 5
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, regolamenti jew dispoSizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-ħarsien ta' din id-Direttiva sal-31 ta' Marzu 2004 mill-aktar tard. Għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bihom minnufih.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandhom Ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom jiġu akkumpanjati b'tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha tiġi magħmula din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet prinċipali tal-liġi domestika li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 6
1. Fejn, mad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, hemm varjetajiet li ma ġewx aċċettati biex jagħmlu parti mil-Katalogu Komuni ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli, u eżamijiet uffiċjali bdew qabel dik id-data skond id-disposizzjonijiet ta' jew
(a) id-Direttiva 72/180/KEE jew
(b) tal-linji gwida CPVO mniżżlin fl-Anness I jew il-linji gwida UPOV mniżżlin fl-Anness II, skond l-ispeċi,
il-varjetajiet in kwistjoni għandhom jigu meqjusa li jilħqu l-ħtiġijiet ta' din id-Direttiva.
2. Il-Paragrafu 1 għandu japplika biss fejn il-provi wasslu għall-konklużjoni li l-varjetajiet iħarsu r-regoli stabbiliti jew
(a) fid-Direttiva 72/180/KEE jew
(b) fil-linji gwida CPVO mniżżlin fl-Anness I jew il-linji gwida UPOV mniżżlin fl-Anness II, skond l-ispeċi.
Artikolu 7
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Artikolu 8
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS I
Lista’ ta’ speċi li għandhom jikkonformaw mal-linjigwida tat-test CPVO
|
Speċi elenkati fil-Katalgu Komuni |
Protokoll CPVO |
|
Piżelli |
Piżelli, TP 7/1 tas-6.11.2003 |
|
Kolza |
Kolza, TP 36/1 tal-25.03.2004 |
|
Ġirasol |
Ġirasol, TP 81/1 tal-31.10.2002 |
|
Ħafur |
Ħafur, TP 20/1 tas-6.11.2003 |
|
Xgħir |
Xgħir, TP 19/2 tas-6.11.2003 |
|
Ross |
Ross, TP 16/1 tat-18.11.2004 |
|
Segala |
Segala, TP 58/1 tal-31.10.2002 |
|
Triticale |
Triticale, TP 121/1 tas-6.11.2003 |
|
Qamħ |
Qamħ, TP 3/3 tas-6.11.2003 |
|
Qamħ durum |
Qamħ durum, TP 12/02 tas-6.11.2003 |
|
Qamħirrum |
Qamħirrum, TP 2/2 tal-15.11.2001 |
|
Patata |
Patata, TP 23/1 tas-27.3.2002 |
It-test ta’ dawn il-protokolli jinsab fil-websajt tas-CPVO (www.cpvo.eu.int).
ANNESS II
Lista’ ta’ speċi li għandhom jikkonformaw mal-linjigwida tat-test UPOV
|
Speċi elenkati fil-Katalgu Komuni |
Linjigwida UPOV |
|
Żerriegħa tal-pitravi għall-għalf (Beta vulgaris var. alba) |
Żerriegħa tal-pitravi għall-għalf (Beta vulgaris var. alba), linjagwida TG 150/3 ta’ l-4.11.1994 |
|
Velvet bent |
Bent, linjagwida TG/30/6 tat-12.10.1990 |
|
Red top |
Bent, linjagwida TG/30/6 tat-12.10.1990 |
|
Creeping bent |
Bent, linjagwida TG/30/6 tat-12.10.1990 |
|
Brown top |
Bent, linjagwida TG/30/6 tat-12.10.1990 |
|
Rescue grass |
Rescue grass, linjagwida TG/180/3 ta’ l-4.4.2001 |
|
Alaska brome-grass |
Alaska brome-grass, linjagwida TG/180/3 ta' l-4.4.2001 |
|
Sieq is-serduk (Dactylis glomerata L.); |
Sieq is-serduk (Dactylis glomerata L.), linjagwida TG/31/8 tas-17.4.2002 |
|
Żwien twil |
Żwien twil, linjagwida TG/39/8 tas-17.4.2002 |
|
Żwien ovin (sheeps’ fescue) |
Żwien (sheep’s fescue), linjagwida TG/67/4 tat-12.11.1980 |
|
Żwien tal-bur |
Żwien tal-bur, linjagwida TG/39/8 tas-17.4.2002 |
|
Żwien aħmar |
Żwien aħmar, linjagwida TG/67/4 tat-12.11.1980 |
|
Sikrana Taljana |
Sikrana, linjagwida TG/4/7 tat-12.10.1990 |
|
Sikrana perenni |
Sikrana, linjagwida TG/4/7 tat-12.10.1990 |
|
Sikrana ibrida |
Sikrana, linjagwida TG/4/7 tat-12.10.1990 |
|
Timothy |
Timothy, linjagwida TG/34/6 tas-7.11.1984 |
|
Millieġ (biz-zokk lixx) |
Ħuxlief ikħal tal-Kentucky, linjagwida TG/33/6 tat-12.10.1990 |
|
Lupina bajda |
Lupina bajda, linjagwida TG/66/4 tal-31.3.2004 |
|
Lupina kaħla |
Lupina kaħla, linjagwida TG/66/4 tal-31.3.2004 |
|
Lupina safra |
Lupina safra, linjagwida TG/66/4 tal-31.3.2004 |
|
Xnien |
Xnien, linjagwida TG/6/5 tas-6.4.2005 |
|
Silla ħamra |
Silla ħamra, linjagwida TG/5/7 ta’ l-4.4.2001 |
|
Silla bajda |
Silla bajda, linjagwida TG/38/7 tad-9.4.2003 |
|
Fażola ta’ l-għelieqi |
Fażola ta’ l-għelieqi, linjagwida TG/8/6 tas-17.4.2002 |
|
Ġilbiena sewda |
Ġilbiena sewda, linjagwida TG/32/6 tal-21.10.1988 |
|
Swede |
Swede, linjagwida 89/6 ta’ l-4.4.2001 |
|
Ravanell għall-għalf |
Ravanell għall-għalf, linjagwida TG/178/3 ta’ l-4.4.2001 |
|
Karawett |
Karawett, linjagwida TG/93/3 tat-13.11.1985 |
|
Lift (turnip rape) |
Lift (turnip rape), linjagwida TG/185/3 tas-17.4.2002 |
|
Għosfor |
Għosfor, linjagwida TG/134/3 tat-12.10.1990 |
|
Qoton |
Qoton, linjagwida TG/88/6 ta’ l-4.4.2001 |
|
Kittien |
Kittien, linjagwida TG/57/6 ta’ l-20.10.1995 |
|
Xaħxieħ |
Xaħxieħ/Peprin, linjagwida TG/166/3 ta’ l-24.3.1999 |
|
Ġarġir abjad |
Ġarġir abjad, linjagwida TG/179/3 ta’ l-4.4.2001 |
|
Sojja |
Sojja, linjagwida TG/80/6 ta’ l-1.4.1998 |
|
Sorgu |
Sorgu, linjagwida TG/122/3 tas-6.10.1989 |
It-test ta’ dawn il-linjigwida jinsab fil-websajt ta’ l-UPOV (www.upov.eu.int).
ANNESS III
KARATTERISTIĊI FIR-RIGWARD TA' L-EŻAMI TAL-VALUR GĦAL KULTIVAZZJONI JEW UŻU
1. Produzzjoni.
2. Reżistenza għal organiżmi li jagħmlu l-ħsara.
3. Imġiba fir-rigward għal fatturi fl-ambjent fiżiku.
4. Karatteristiċi tal-kwalità.
Il-metodi użati għandhom jiġu speċifikati meta r-riżultati huma mogħtija.
( 1 ) ĠU L 193, ta’ l-20.07.02, pġ. 1.
( 2 ) ĠU L 108, tat-8.05.72, pġ. 8.
( 3 ) ĠU L 37, tas-7.02.02, pġ. 7.
( 4 ) ĠU L 227, ta’ l-1.09.94, pġ. 1.
( 5 ) ĠU L 245, tad-29.09.03, pġ. 28.