22.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/4


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10284 — KPS/Crown European Tinplate)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 292/03)

1.   

Fil-15 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

KPS Capital Partners, LP (“KPS”, l-Istati Uniti);

—

Negozju tal-imballaġġ tal-ikel, tal-ajrusol u imballaġġ promozzjonali fl-Ewropa, fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika (“Crown European Tinplate”), ikkontrollat minn Crown Holdings, Inc. (l-Istati Uniti).

KPS takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll waħdani ta’ Crown European Tinplate. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

għal KPS: fond ta’ investiment ta’ ekwità attiv f’firxa varjata ta’ industriji, inklużi dawk tal materjali bażiċi, prodotti tal-konsumatur tad-ditta, tal-kura tas-saħħa u lussużi, parts tal-karozzi, tagħmir kapitali u manifattura ġenerali. Dan l-aħħar KPS akkwistat Hydro Rolling, kumpanija attiva fil-produzzjoni u l-provvista ta’ prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti, inkluża folja tal-aluminju għall-bottijiet tal-ikel;

—

għal Crown European Tinplate: attiva fid-disinn, il-manifattura u l-bejgħ ta’ prodotti tal-ippakkjar għal oġġetti tal-konsum inkluż dan li ġej: bottijiet tal-ajrusol u t-truf tagħhom; bottijiet tal-ikel u t-truf tagħhom; għeluq tal-metall; u imballaġġ promozzjonali.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:

M.10284 — KPS/Crown European Tinplate

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 122964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).