|
14.10.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
121 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-23 ta' Diċembru 2004
li temenda d-Deċiżjoni 2003/828/KE dwar iċ-ċaqlieq ta' l-annimali minn u ġewwa żona ristretta fi Spanja u l-Portugall, fir-rigward tat-tifqigħ tal-bluetongue fi Spanja.
(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2005) 5212)
(Test b' rilevanza għaż-ŻEE)
(2005/898/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi il-Komunitajiet Ewropej,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE ta' l-20 ta' Novembru 2000 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-kontroll u l-qerda tal-bluetongue (1), u b' mod partikolari fl-Artikolu 8(2)d, u l-Artikolu 12 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/762/KE (2) emendat id-Deċiżjoni 2003/828/KE tal-25 ta' Novembru 2003 dwar iż-żoni ta' protezzjoni u sorveljanza marbuta mal- bluetongue (3) billi stabbiliet żona ristretta (żona F) li tikkorrispondi għas-sitwazzjoni tal-bluetongue li hemm fi Spanja. |
|
(2) |
Data ġdida epidjomoloġika, ekoloġika, u ġeografika tippermetti l-esklużjoni ta' ċerti reġjuni Spanjoli minn din iż-żona ristretta. |
|
(3) |
Il-miżuri previsti f' din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni Nru 2003/828/KE hija emendata kif ġej:
|
|
F' Anness I, iż-żona F tinbidel b' dan li ġej: “Żona F SPANJA:
IL-PORTUGALL:
|
Artikolu 2
Din id-deċiżjoni tibda tapplika minn 27 ta' Diċembru 2004 [daħħal 3 ijiem wara d-data ta' pubblikazzjoni fil-ĠU].
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, fit-23 ta' Diċembru 2004.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 327, tat-22.12.2000, p. 74.
(2) ĠU L 337, tat-13.11.2004, p. 70.
(3) ĠU L 311, tas-27.11.2003, p. 41. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2004/550/KE (ĠU L 244, tas-16.7.2004, p. 51).