|
24.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 208/9 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10623 – REPSOL / TELEFONICA / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 208/08)
1.
Fit-13 ta’ Mejju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Repsol Customer Centric, S.L. (“Repsol CC”, Spankja), sussidjarja ta’ Repsol, S.A (“Repsol”, Spanja), |
|
— |
Telefónica de España, S.A.U. (“Telefónica”, Spanja), sussidjarja ta’ Telefónica S.A (“TEF”, Spanja). |
Repsol CC u Telefónica jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ impriża bi sħab (joint venture, JV).
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab.
2.
L-attivtajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati u tal-joint venture li għadha kemm twaqqfet huma dawn li ġejjin:|
— |
Repsol: Il-kummerċjalizzazzjoni u t-trasport taż-żejt u tal-gass, il-produzzjonu u l-kummerċjalizzazzjoni tal-asfalt, tal-fuels, prodotti speċjalizzati, librikanti u kimiċi għal użi differenti, kif ukoll l-iżvilupp u l-ġestjoni ta’ service stations u l-ġenerazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-elettriċità u tal-gass, |
|
— |
TEF: operatur globali tat-telekomunikazzjonijiet u fornitur ta’ networks tat-telefonija ċellulari, li topera b’għadd ta’ marki tad-ditta, inklużi Movistar, Virgin Media O2 u Vivo, li jirrappreżentaw servizzi tat-telekommunikazzjoni ta’ telefonija ċellulari, linji fissi, internet u televiżjoni. |
|
— |
Il-Joint Venture l-implimentazzjoni ta’ proġetti fotovoltajċi fi Spanja li prinċipalment jikkonsistu fl-akkwist, l-installazzjoni u l-manutenzjoni ta’ pannelli solari fuq l-art jew fuq il-bjut kemm għall-awtokonsum mid-djar u kemm min-negozji, u attivitajiet relatati. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.10623 – REPSOL / TELEFONICA / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).