|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/7083 |
21.11.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ.11768 – TELIA COMPANY / CAPMAN AIFM / KOTIKUITU TARGET ASSETS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/7083)
1.
Fit-13 ta’ Novembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Telia Company AB (“Telia”, l-Iżvezja), |
|
— |
CapMan AIFM Oy (“CapMan”, il-Finlandja), li jappartjenu għal CapMan Group (il-Finlandja), |
|
— |
L-assi tal-fibra li jappartjenu għan-negozju Kotikuitu ta’ Telia Finland Oyj (l-“Assi Kotikuitu fil-Mira”), ikkontrollati minn Telia. |
Telia u CapMan se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-Assi Kotikuitu fil-Mira.
Il-konċentrazzjoni ssir bix-xiri tal-assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Telia tipprovdi servizzi tat-telekomunikazzjoni mobbli u fissa, servizzi tal-broadband u tat-televiżjoni fl-Iżvezja, fil-Finlandja, fin-Norveġja, fil-Litwanja, fl-Estonja u fil-Latvja. |
|
— |
CapMan hija maniġer ta’ fondi ta’ investiment alternattiv fil-CapMan Group, li hija kumpanija privata tal-immaniġġjar tal-assi attiva fir-reġjun Nordiku. |
|
— |
L-Assi Kotikuitu fil-Mira jinkludu networks tal-fibra passivi għall-forniment tal-aċċess għall-internet fiss fil-livell tal-operaturi fil-Finlandja permezz tal-marka Kotikuitu ta’ Telia Finland Oyj. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11768 – TELIA COMPANY / CAPMAN AIFM / KOTIKUITU TARGET ASSETS
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7083/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)