02001L0081 — MT — 31.12.2016 — 005.001


Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument

►B

ID-DIRETTIVA 2001/81/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta' Ottubru 2001

dwar il-livelli nazzjonali massimi ta' l-emissjonijiet ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi

(ĠU L 309 27.11.2001, p. 22)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  Nru

Paġna

Data

 M1

DIRETTIVA KUNSILL 2006/105/KE ta' l-20 ta’ Novembru 2006

  L 363

368

20.12.2006

►M2

REGOLAMENT (KE) Nru 219/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta' Marzu 2009

  L 87

109

31.3.2009

►M3

DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2013/17/UE tat-13 ta’ Mejju 2013

  L 158

193

10.6.2013

►M4

DIRETTIVA (UE) 2016/2284 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL Test b'rilevanza għaż-ŻEE tal-14 ta' Diċembru 2016

  L 344

1

17.12.2016


Emendat bi:

 A1

ATT li jirrigwarda l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea

  L 236

33

23.9.2003




▼B

ID-DIRETTIVA 2001/81/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta' Ottubru 2001

dwar il-livelli nazzjonali massimi ta' l-emissjonijiet ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi



Artikolu 1

Għan

L-għan ta' din id-Direttiva hu li jkunu limitati l-emissjonijiet ta' aċidifikazzjoni u inkwinanti ewtrofiċi u l-prekursuri tal-ożonu sabiex tkun imtejba l-protezzjoni fil-Komunità ta' l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem kontra r-riskji ta' l-effetti ħżiena minn aċidifikazzjoni, ewtrofikazzjoni tal-ħamrija u ożonu fil-livell ta' l-art u biex wieħed jersaq lejn l-għanijiet fit-tul li ma jinqabżuz il-livelli kritiċi u t-tgħabijiet u biex ikun hemm protezzjoni effettiva tal-poplu kollu kontra riskji tas-saħħa magħrufa kkaġunati minn tniġġis ta' l-arja billi jkunu stabbiliti limiti nazzjonali ta' emissjonijiet, fejn is-snin 2010 u 2020 jitqiesu bħala benchmarks, u permezz ta' reviżjonijiet suċċessivi kif stabbilit fl-Artikoli 4 u 10.

Artikolu 2

Kamp ta' Applikazzjoni

Din id-Direttiva tkopri l-emissjonijiet fit-territorju ta' l-Istati Membri u ż-żoni esklussivi tagħhom mis-sorsi kollha ta' inkwinanti msemmija fl-Artikolu 4 li jirriżultaw minn attivitajiet umani.

Din ma tkoprix:

(a) emissjonijiet minn traffiku marittimu internazzjonali;

(b) emissjonijiet mill-ajruplani lil hinn miċ-ċiklu ta' landing u take-off;

(ċ) għal Spanja, l-emissjonijiet fil-Gżejjer Kanarji;

(d) għal Franza, l-emissjonijiet fid-dipartimenti overseas;

(e) għall-Portugal, l-emissjonijiet fil-Madejra u fl-Ażores.

Artikolu 3

Tifsir

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva:

(a) “AOT 40” tfissr is-somma tad-differenza bejn il-konċentrazzjonijiet kull siegħa ta' ożonu fil-livell ta'l-art li jkun aktar minn 80 μ/m3 (= 40 ppb) u 80 μg/m3 matul is-sigħat tal-jum akkumulati minn Mejju sa Lulju kull sena;

(b) “AOT 60” tfisser is-somma tad-differenza bejn il-konċentrazzjonijiet kull siegħa tal-ożonu fil-livell ta' l-art li jkunu aktar minn 120μg/m3 (= 60 ppb) u 120μg/m3 akkumulati matul is-sena;

(ċ) “tgħabija kritika” tfisser stima kwantitattiva ta' xi espożizzjoni lil xi wieħed jew aktar inkwinanti li inqas minn hekk ma jseħħux effetti ħżiena sinifikanti fuq elementi sensittivi speċifiċi ta' l-ambjent, skond informazzjoni preżenti;

(d) “livell kritiku” tfisser il-konċentrazzjoni ta' inkwinanti fl-atmosfera li aktar minn hekk jistgħu jseħħu effetti ħżiena fuq ir-riċevituri, bħalma huma l-bnedmin, il-pjanti, l-ekosistemi jew il-materjali, skond l-informazzjoni preżenti;

(e) “emissjoni” tfisser ir-rilaxx ta' xi sustanza minn xi punt jew sors imferrex ġewwa l-atmosfera;

(f) “grid cell” tfisser kwadrant ta' 150 km × 150 km, li hu r-resolution użat meta jkunu rintraċċati tgħabijiet kritiċi fuq skala Ewropea, u wkoll meta jkunu sorveljati l-emissjonijiet u d-depożizzjonijiet ta' inkwinanti ta' l-arja skond il-Porgramm Koperattiv għas-Sorveljar u l-Evalwazzjoni tat-Trasmissjoni fuq medda twila ta' Inkwinanti ta' l-Arja fl-Ewropa (EMEP);

(g) “landing and take-off cycle” tfisser ċiklu rappreżentat mill-ħin li ġej f'kull mod ta' operazzjoni: approċċ 4,0 minuti; taxi/ground idle 26,0 minuti, take-off 0,7 minuti; climb 2,2 minuti;

(h) “limitu nazzjonali ta' emissjoni” tfisser l-ammont massimu ta' xi sustanza espress f'kilotunellati, li tista' tkun maħruġa minn xi Stat Membru f'xi sena kalendarja;

(i) “ossidi nitroġeni” u “NOx” tfisser nitric oxide u nitrogen dioxide, espressi bħala nitrogen dioxide;

(j) “ożonu fil-livell ta' l-art” tfisser l-ożoni fil-parti l-aktar baxxa ta' l-atmosfera;

(k) “komposti organiċi volatili” u “VOC” tfisser l-komposti organiċi kollha li jirriżultaw minn attivitajiet umani, minbarra methane, li huma kapaċi li jipproduċu ossidanti fotokemikali permezz ta' reazzjonijiet ma' ossidi nitroġeni fil-preżenza tad-dawl tax-xemx.

Artikolu 4

Limiti nazzjonali ta' emissjonijiet

1.  Sa mhux aktar tard mis-sena 2010, l-Istati Membri għandhom jagħmlu limitu fuq l-emissjonijiet annwali nazzjonali tagħhom ta' inkwinanti permezz tad-dijossidju tal-kubrit (SO2), nitrogen oxides (NOx), komposti organiċi volatili (VOC) u ammonja (NH3) għal ammonti li ma jkunux aktar mil-limitu ta' emissjoni stabbilit fl-Anness I, billi jkunu kkunsidrati xi modifiki magħmula permezz tal-miżuri tal-Komunità adottati wara r-rapporti msemmija fl-Artikolu 9.

2.  L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-limiti ta' emissjonijiet stabbiliti fl-Anness I ma jkunux maqbuza f'xi sena wara l-2010.

Artikolu 5

Għanijiet ambjentali interim

Il-limiti nazzjonali ta' emissjonijiet fl-Anness I għandu jkollhom bħala l-għan tagħhom li b'mod wiesa' jilħqu l-għanijiet ambjentali temporanji li ġejjin, għall-Komunità b'mod globali, sa l-2010:

(a)  Aċidifikazzjoni

Iż-żoni fejn jinqabżu t-tgħabijiet kritiċi għandhom ikunu mnaqqsa b'mill-inqas 50 % (f'kull grid cell) komparati mas-sitwazzjoni fl-1990.

(b)  Exposure relatata mas-saħħa għall-ożonu fil-livell ta' l-art

Il-piż ta' l-ożonu fil-livell ta' l-art 'il fuq mil-livell kritiku għas-saħħa tal-bniedem (AOT60 = 0) għandu jkun imnaqqas b'żewġ terzi fil-grid cells kollha meta komparat mas-sitwazzjoni fl-1990. B'żieda ma' dan, il-piż ta' l-ożonu fil-livell ta' l-art m'għandux jaqbeż il-limitu assolut ta' 2,9 ppm.h f'kull grid cell.

(ċ)  Espożizzjoni tal-ożonu fil-livell tal-art relatat mal veġetazzjoni

Il-piż ta' l-ożonu fil-livell ta' l-art 'il fuq mil-livell kritiku għal-ħxejjex u veġetazzjoni semi-naturali (AOT40 = 3 ppm.h) għandu jkun imnaqqas b'terz fil-grid cells kollha meta komparat mas-sitwazzjoni fl-1990. B'żieda ma' dan, il-piż ta' l-ożonu fil-livell ta' l-art m'għandux jaqbeż il-limitu assolut ta' 10 ppm.h espress bħala eċċess tal-livell kritiku ta' 3 ppm.h f'kull grid cell.

Artikolu 6

Programmi nazzjonali

1.  L-Istati Membri għandhom, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Ottubru 2002, jiddisinjaw programmi għat-tnaqqis progressiv ta' l-emissjonijiet nazzjonali ta' l-inkwinanti msemmija fl-Artikolu 4 bil-għan li jkun hemm konformità mill-inqas mal-limiti nazzjonali ta' l-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness I sa mhux aktar tard mill-2010.

2.  Il-programmi nazzjonali għandhom jinkludu l-informazzjoni dwar politika adottata u dik maħsuba u l-miżuri u stimi kwantifikati ta' l-effett ta' dawn il-politiki u l-miżuri dwar emissjonijiet ta' l-inkwinanti fl-2010. Bidliet sinifikanti antiċipati fid-distribuzzjoni ġeografika ta' l-emissjonijiet nazzjonali għandhom ikunu indikati.

3.  L-Istati Membri għandhom jaġġornaw u jirrevedu l-programmi nazzjonali kif meħtieġ sa l-1 ta' Ottubru 2006.

4.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku u lill-organizzazzjonijiet xierqa bħalma huma organizzazzjonijiet ambjentali il-programmi magħmula skond il-paragrafi 1, 2 u 3. L-informazzjoni magħmula disponibbli lill-pubbliku u lill-organizzazzjonijiet skond dan il-paragrafu għandha tkun ċara, komprensibbli u faċli biex tkun aċċessibbli.

▼M4 —————

▼B

Artikolu 9

Rapporti mill-Kummissjoni

1.  Fl-2004 u l-2008 il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress ta' l-implimentazzjoni tal-limiti ta' l-emissjonijiet nazzjonali stabbiliti fl-Anness I u dwar sa fejn l-għanijiet ambjentali temporanji stabbiliti fl-Artikolu 5 x'aktarx jintlaħqu sa l-2010 u dwar il-limiti li għalih l-għanijiet fit-tul stabbiliti fl-Artikolu 1 jistgħu jintlaħqu sa l-2020. Ir-rapporti għandhom jinkludu stima ekonomika, inklużi cost-effectiveness, benefiċċji, stima ta' spejjeż marġinali u l-impatt soċjo-ekonomiku ta' l-implimentazzjoni tal-limiti nazzjonali fuq Stati Membri u setturi partikolari. Dawn għandhom jinkludu wkoll reviżjoni tal-limitazzjonijiet ta' l-għan ta' din id-Direttiva kif imfisser fl-Artikolu 2 u stima tal-limitu li għalih aktar tnaqqis ta' emissjonijiet jistgħu jkunu meħtieġa sabiex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali temporanji stabbiliti fl-Artikolu 5. Dawn għandhom jikkunsidraw ir-rapporti magħmula mill-Istati Membri skond l-artikolu 8(1) u (2), kif ukoll, fost l-oħrajn:

(a) kull leġislazzjoni ġdida tal-Komunità li setgħet ġiet adottata li tistabbilixxi l-limiti ta' l-emissjonijiet u l-istandards tal-prodotti għas-sorsi rilevanti ta' l-emissjonijiet;

(b) l-iżviluppi ta' l-aqwa metodi ta' teknika disponibbli fil-qafas tal-bdil ta' l-informazzjoni skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva 96/61/KE;

(ċ) għanijiet dwar tnaqqis ta' emissjonijiet għall-2008 għall-emissjonijiet ta' dijossidju tal-kubrit u ossidi nitroġeni minn impjanti ta' kombustjoni kbar, rapportati mill-Istati Membri bis-saħħa tad-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni ta' l-emissjonijiet ta' ċerti inkwinanti fl-arja minn impjanti kbar ta' kombustjoni ( 1 );

(d) tnaqqis ta' l-emissjoni u obbligazzjonijiet ta' tnaqqis minn pajjiżi terzi, b'enfasi partikolari fuq il-miżuri li għandhom jittieħdu fil-pajjiżi kandidati għas-sħubija, u l-possibilità għal tnaqqis ieħor ta' emissjoni fir-reġjuni fil-viċinanza tal-Komunità;

(e) kull leġislazzjoni ġdida tal-Komunità u kull regolamenti internazzjonali li jirregolaw l-emissjonijiet minn vapuri u ajruplani;

(f) l-iżvilupp tat-trasport u kull azzjoni oħra biex tikkontrolla l-emissjonijiet mit-trasport;

(g) l-iżviluppi fil-qasam ta' l-agrikoltura, proġettazzjonijiet ġodda ta' annimali u titjib fil-metodi ta' tnaqqis ta' emissjonijiet fis-settur agrarju;

(h) kull bdil prinċipali fis-suq tal-provvista ta' enerġija ġewwa Stat Membru u tbassir ġdid li jirrifletti l-azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri biex iħarsu l-obbligi internazzjonali dwar il-bdil fil-klima;

(i) stima tal-eċċessi preżenti u dawk proġettati tat-tgħabijiet kritiċi u l-valuri tal-linji gwida tal-WHO għall-ożonu fil-livell ta' l-art;

(j) il-possibiltà ta' identifikazzjoni ta' xi għan propost interim għat-tnaqqis tal-ewtrofikazzjoni tal-ħamrija;

(k) informazzjoni teknika u xjentifika ġdida li tinkludi stima tal-inċertezzi fi:

(i) inventarji nazzjonali dwar l-emissjonijiet;

(ii)  input reference data;

(iii) l-informazzjoni tat-trasport li jaqsam il-fruntieri u d-depożizzjoni ta' inkwinanti;

(iv) tgħabijiet kritiċi u livelli;

(v) il-mudell użat;

u stima tal-inċertezzi li jirriżultaw fil-limiti nazzjonali ta' l-emissjonijiet meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali temporanji imsemmija fl-Artikolu 5.

(l) jekk hemmx il-ħtieġa li jkunu evitati spejjeż eċċessivi għal xi Stat Membru individwali;

(m) paragun ta' kalkolazzjonijiet mudell bl-osservazzjonijiet ta' aċidifikazzjoni, ewtrofikazzjoni u ożonu fil-livell ta' l-art bil-għan li jkunu mtejjba l-mudelli;

(n) l-użu possibbli, meta xieraq, ta' l-istrumenti ekonomiċi rilevanti.

2.  Fl-2012 il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-konformità mal-limiti fl-Anness I u dwar il-progress għar-rigward l-għanijiet ambjentali temporanji fl-Artikolu 5 u l-għanijiet fit-tul stabbiliti fl-Artikolu 1. Ir-rapport tagħha għandu jikkunsidra r-rapporti magħmula mill-Istati Membri skond l-Artikolu 8(1) u (2) kif ukoll il-materji elenkati fil-punti (a) sa (n) tal-paragrafu 1.

Artikolu 10

Reviżjoni

1.  Ir-rapporti msemmija fl-Artikolu 9 għandhom jikkunsidraw il-fatturi elenkati fl-Artikolu 9(1). Fid-dawl ta' dawn il-fatturi, il-progress lejn il-ksib tal-limiti ta' l-emissjonijiet sas-sena 2010, tal-progress xjentifiku u tekniku, u tas-sitwazzjoni dwar il-progress biex jintlaħqu l-għanijiet temporanji ta' din id-Direttiva u l-għan fit-tul li ma jinqabżux il-critical loads u l-livelli u tal-linji gwida tad-WHO dwar l-ożonu, il-Kummissjoni għandha tagħmel reviżjoni ta' din id-Direttiva bi preparazzjoni għal kull rapport.

2.  Sabiex ir-reviżjoni tkun lesta sa l-2004 għandha ssir stima fil-limiti ta' l-emissjonijiet indikattivi għall-Komunità globali stabbiliti fl-Anness II. L-istima ta' dawn il-limiti indikattivi għandha tkun fattur għall-konsiderazzjoni matul l-analiżi ta' aktar azzjonijiet cost-effective li jistgħu jittieħdu sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' l-inkwinanti kollha rilevanti, bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet ambjentali temporanji stabbiliti fl-Artikolu 5, għall-Komunità globali sa l-2010.

3.  Ir-reviżjonijiet kollha għandhom jinkludu investigazzjoni oħra ta' l-istima ta' l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-limiti nazzjonali ta' l-emissjonijiet, maħduma fuq mudelli ta' l-aħħar teknoloġija u bl-użu ta' l-aqwa informazzjoni disponibbli biex tintlaħaq l-inqas possibbiltà ta' inċertezza u billi jkun ikkunsidrat il-progress fit-tkabbir ta' l-Unjoni Ewropea, u tal-merti tal-metodoloġiji, fid-dawl tal-fatturi elenkati fl-Artikolu 9.

4.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 18 tad-Direttiva 96/61/KE, bil-għan li jkun evitat tgħawwiġ tal-kompetizzjoni, u meta jkunu kkunsidrati il-benefiċċji u l-ispejjeż tal-azzjoni, il-Kummissjoni għandha teżamina aktar il-ħtieġa li tiżviluppa miżuri armonizzati tal-Komunità, għas-setturi ekonomiċi l-aktar rilevanti u prodotti li jikkontribwixxu għall-aċidifikazzjoni, l-ewtrofikazzjoni u l-formazzjoni tal-ożonu fil-livell ta' l-art.

5.  Ir-rapporti msemmija fl-Artikolu 9 ser, jekk xieraq, ikunu akkumpanjati bi proposti għal:

(a) modifiki tal-limiti nazzjonali fl-Anness I bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet ambjentali temporanji ta' l-Artikolu 5 u/jew għall-modifiki lejn dawk l-għanijiet ambjentali temporanji;

(b) tnaqqis aktar possibbli ta' emissjonijiet bil-għan li jintlaħqu, preferibbilment sa l-2020, l-għanijiet ta' din id-Direttiva fuq medda twila ta' żmien;

(ċ) miżuri li jassiguraw konformità mal-limiti.

Artikolu 11

Koperazzjoni ma' pajjiżi terzi

Biex tippromwovi l-ksib ta' l-għanijiet stabbilit fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni u l-Istati Membri, kif jixraq, għandhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 300 tat-Trattat, ifittxu li jagħmlu koperazzjoni bilaterali u multilaterali ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti bħalma hi l-Kummissjoni Ekonomika Ewropea tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE), l-Organizzazzjoni Internazzjonali Marittima (IMO) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta' l-Avjazzjoni Ċivili (ICAO), inkluż permezz tal-bdil ta' informazzjoni, dwar ir-riċerka u żvilupp tekniċi u xjentifiċi u bil-għan li titjieb il-bażi biex ikunu faċilitati t-tnaqqis ta' l-emissjonijiet.

Artikolu 12

Rapporti dwar l-emissjonijiet minn vapuri u ajruplani

1.  Sa l-aħħar ta' l-2002 Il-Kummissjoni għandha tirraporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kemm l-emissjonijiet minn traffiku internazzjonali marittimu jikkontribwixxi għall-aċidifikazzjoni, ewtrofikazzjoni u l-formazzjoni ta' l-ożonu fil-livell ta' l-art ġewwa l-Komunità.

2.  Sa l-aħħar ta' l-2004 il-Kummissjoni għandha tirraporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kemm l-emissjonijiet minn ajruplani lil hinn miċ-ċiklu ta' nżul u tluq jikkontribwixxu għall-aċidifikazzjoni, ewtrofikazzjoni u l-formazzjoni ta' l-ożonu fil-livell ta' l-art ġewwa l-Komunità.

3.  Kull rapport għandu jispeċifika programm ta' azzjonijiet li għandu jsir fuq livell internazzjonali u tal-Komunità kif jixraq biex inaqqas l-emissjonijiet mis-settur interessat, bħala bażi għal aktar konsiderazzjoni mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Artikolu 13

Kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat imwaqqaf permezz ta' l-Artikolu 12 tad- Direttiva 96/62/KE, hawnhekk iżjed “il quddiem magħruf bħala” il-Kumitat.

2.  Meta ssir riferenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom jgħoddu, billi jkunu kkunsidrati d-disposizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.

Il-perjodu taż-żmien imsemmi fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jiġi stabbilit għal tliet xhur.

▼M2

3.  Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikolu 5a(1) sa (4) u l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.

▼B

Artikolu 14

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabilixxu l-penali applikabbli għall-ksur tad-disposizzjonijiet nazzjonali adottati bis-saħħa ta' din id-Direttiva. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u preventivi.

Artikolu 15

Trasposizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva qabel is-27 ta' Novembru 2002. Dawn għandhom mill-ewwel jgħarrfu lill-Kummissjoni b'dan.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-disposizzjonijiet, dawn għandhom jagħmlu riferenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'dik ir-riferenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif trid issir din ir-riferenza.

2.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-disposizzjonijiet ewlenijja tal-liġijiet nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert b'din id-Direttiva.

Artikolu 16

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 17

L-indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

▼M3




ANNESS I



IL-LIVELLI NAZZJONALI MASSIMI TA’ EMISSJONIJIET GĦAL SO2, NOx, VOC U NH3 LI GĦANDHOM JINTLAĦQU SAL-2010 (1)

Pajjiż

SO2

Kilo-tunnellati

NOx

Kilo-tunnellati

VOC

Kilo-tunnellati

NH3

Kilo-tunnellati

Il-Belġju

99

176

139

74

Il-Bulgarija (2)

836

247

175

108

Ir-Repubblika Ċeka

265

286

220

80

Id-Danimarka

55

127

85

69

Il-Ġermanja

520

1 051

995

550

L-Estonja

100

60

49

29

L-Irlanda

42

65

55

116

Il-Greċja

523

344

261

73

Spanja

746

847

662

353

Franza

375

810

1 050

780

Il-Kroazja (3)

70

87

90

30

L-Italja

475

990

1 159

419

Ċipru

39

23

14

9

Il-Latvja

101

61

136

44

Il-Litwanja

145

110

92

84

Il-Lussemburgu

4

11

9

7

L-Ungerija

500

198

137

90

Malta

9

8

12

3

Il-Pajjiżi l-Baxxi

50

260

185

128

L-Awstrija

39

103

159

66

Il-Polonja

1 397

879

800

468

Il-Portugall

160

250

180

90

Ir-Rumanija (2)

918

437

523

210

Is-Slovenja

27

45

40

20

Is-Slovakja

110

130

140

39

Il-Finlandja

110

170

130

31

L-Isvezja

67

148

241

57

Ir-Renju Unit

585

1 167

1 200

297

UE 28

8 367

9 090

8 938

4 324

(1)   Dawn il-limiti nazzjonali tal-emissjonijiet huma mfassla bl-għan li b’mod ġenerali jkunu konformi mal-objettivi interim dwar l-ambjent tal-Artikolu 5. L-issodisfar ta’ dawk l-objettivi mistenni li jirriżulta fi tnaqqis fl-ewtrifikazzjoni tal-ħamrija sa tali punt li ż-żona tal-Unjoni b’depożiti ta’ nitroġenu nutrijenti ogħla mit-tagħbijiet kritiċi titnaqqas b’madwar 30 % meta mqabbla mas-sitwazzjoni fl-1990.

(2)   Dawn il-limiti nazzjonali massimi ta’ emissjonijiet huma temporanji u bla ħsara għar-reviżjoni skont l-Artikolu 10 ta’ din id-Direttiva, li għandha titlesta fl-2008.

(3)   Il-limiti nazzjonali tal-emissjonijiet għall-Kroazja għandhom jinkisbu sad-data tal-adeżjoni tagħha mal-Unjoni.

▼B




ANNESS II

Limitu ta' l-emissjoni għall-SO2, NOx u VOC (elf tunnellata)

▼M3



 

SO2

Kilo-tunnellati

NOx

Kilo-tunnellati

VOC

Kilo-tunnellati

UE 28 (1)

7 902

8 267

7 675

(1)   Dawn il-limiti nazzjonali massimi ta’ emissjonijiet huma temporanji u mingħajr preġudizzju għar-reviżjoni skont l-Artikolu 10 ta’ din id-Direttiva, li għandha titlesta fl-2008.

▼B

Dawn il-limiti ta' emissjonijiet huma disinjati bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet ambjentali temporanji stabbiliti fl-Artikolu 5 għall-Komunità b'mod globali sa l-2010.

▼M4 —————



( 1 ) Ara p. 1 ta' din l-edizzjoni tal-Ġurnal Uffiċjali.