|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/111 |
24.1.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/111
tat-23 ta’ Jannar 2025
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 fir-rigward tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għal inġenji tal-ajru bi propulsjoni elettrika u ibrida u inġenji tal-ajru oħra mhux konvenzjonali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(1), il-punt (b) u l-punti (d) sa (f) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà tal-inġenji tal-ajru, inklużi l-kwalifiki u l-liċenzji tal-persunal responsabbli għar-rilaxx għall-użu tal-prodotti wara l-manutenzjoni. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 jispeċifika b’mod espliċitu l-kategoriji tal-inġenji tal-ajru li għalihom japplikaw ir-rekwiżiti, jiġifieri l-ajruplani, il-ħelikopters jew l-inġenji tal-ajru li jaħdmu bir-rotors, is-sailplanes, il-blalen tal-arja u l-iġfna tal-ajru. Jeżistu ċerti inġenji tal-ajru mhux konvenzjonali, li jirriżultaw primarjament minn żviluppi industrijali reċenti, imsejħa inġenji tal-ajru ġodda tal-mobbiltà tal-ajru, li ma jidħlu fl-ebda waħda mill-kategoriji ta’ inġenji tal-ajru msemmija hawn fuq. Dan joħloq inċertezza legali rigward l-applikabbiltà ta’ aspetti speċifiċi tal-qafas regolatorju attwali għal dawn l-inġenji tal-ajru. Barra minn hekk, il-mitigazzjonijiet eżistenti koperti mir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 applikabbli għall-inġenji tal-ajru ta’ riskju komparabbli għas-sikurezza jenħtieġ li b’analoġija jiġu estiżi wkoll għall-inġenji tal-ajru mhux konvenzjonali. |
|
(3) |
Bl-istess mod, hemm lakuni regolatorji li jirriżultaw mill-fatt li r-Regolament (UE) Nru 1321/2014 xi drabi huwa preskrittiv fuq l-impjant tal-enerġija tal-inġenji tal-ajru, u jqis biss il-magni bil-pistuni u bit-turbini bħala impjanti tal-enerġija għall-ajruplani u għall-ħelikopters. Dan mhuwiex konformi ma’ żviluppi industrijali ġodda li jqisu impjanti oħra tal-enerġija, bħal magni elettriċi jew dawk ibridi. Jeħtieġ ukoll li jkun hemm tranżizzjoni bla xkiel għar-regoli l-ġodda sabiex dawn ma jfixklux l-introduzzjoni ta’ ajruplani elettriċi żgħar, b’mod partikolari fir-rigward tal-liċenzja tal-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru tagħhom. |
|
(4) |
Sabiex jiġu indirizzati dawk il-lakuni regolatorji, jenħtieġ li r-rekwiżiti japplikaw għal kwalunkwe żvilupp attwali jew futur tal-inġenji tal-ajru u għall-impjanti tal-enerġija tagħhom. |
|
(5) |
Billi t-tilt rotors kollha jitqiesu bħala inġenji tal-ajru motorizzati kumplessi, ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 ma kienx proporzjonat għal dawk l-aktar sempliċi peress li r-rekwiżiti stretti applikabbli għal kwalunkwe inġenju tal-ajru motorizzat kumpless kienu applikabbli wkoll għall-aktar tilt rotors sempliċi, li għalihom jenħtieġ li japplikaw rekwiżiti inqas stretti meta mqabbla ma’ inġenji tal-ajru sempliċi ta’ kategoriji oħra, jiġifieri l-ajruplani u l-ħelikopters. Għaldaqstant, id-definizzjoni ta’ inġenji tal-ajru motorizzati kumplessi jenħtieġ li tiġi emendata. |
|
(6) |
Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 jenħtieġ li jiġi emendat kif xieraq. |
|
(7) |
L-emendi huma bbażati fuq l-Opinjoni Nru 04/2024 (3) tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 75(2), il-punt (b), u l-Artikolu 76(1) tar-Regolament (UE) 2018/1139. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-kumitat stabbilita bl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 3, il-paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej: “2. Ir-rekwiżiti tal-Anness Vb (Parti-ML) għandhom japplikaw għall-inġenji tal-ajru li ġejjin għajr l-inġenji tal-ajru motorizzati kumplessi:
Meta inġenju tal-ajru msemmi fl-ewwel subparagrafu jkun elenkat fiċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru ta’ trasportatur tal-ajru liċenzjat f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1008/2008, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Anness I (Parti-M) ta’ dan ir-Regolament. 3. Sabiex jiġi elenkat fiċ-ċertifikat tal-operatur tal-ajru ta’ trasportatur tal-ajru liċenzjat f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1008/2008, inġenju tal-ajru msemmi fil-paragrafu 2, l-ewwel subparagrafu, għandu jikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:
|
|
(3) |
fl-Artikolu 5, jiżdied il-paragrafu 8 li ġej: “8. B’deroga mill-punti 66.A.3(1)(b) u 66.A.45(a) tal-Anness III (Parti-66), sat-13 ta’ Frar 2028, ajruplan b’impjant tal-enerġija elettrika u MTOM ta’ inqas minn 5 700 kg jista’ jiġi approvat f’liċenzja bis-subkategorija B1.1 jew B1.2 meta:
|
|
(4) |
l-Anness I (Parti-M) huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament; |
|
(5) |
l-Anness II (Parti-145) huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament. |
|
(6) |
l-Anness III (Parti-66) huwa emendat f’konformità mal-Anness III ta’ dan ir-Regolament. |
|
(7) |
l-Anness IV (Parti-147) huwa emendat f’konformità mal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament. |
|
(8) |
l-Anness Vb (Parti-ML) huwa emendat f’konformità mal-Anness V ta’ dan ir-Regolament; |
|
(9) |
l-Anness Vd (Parti-CAO) huwa emendat f’konformità mal-Anness VI ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-13 ta’ Frar 2026.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1139/oj.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1321/2014 tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar il-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà ta’ inġenji tal-ajru u prodotti, partijiet u tagħmir ajrunawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u persunal involut f’dan ix-xogħol ( ĠU L 362, 17.12.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/1321/oj ).
(3) L-Opinjoni Nru 04/2024 tad-19 ta’ Ġunju 2024 tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, Mobbiltà ġdida tal-ajru – Regoli tal-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà għall-inġenji tal-ajru bi propulsjoni elettrika u ibrida u inġenji tal-ajru oħra mhux konvenzjonali (Sottokompitu 1)
ANNESS I
Fl-Appendiċi VII tal-ANNESS I (Parti-M) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014, jiddaħħlu l-punti 3a u 3b li ġejjin:
|
“3a. |
It-twettiq tal-manutenzjoni fuq l-impjant tal-enerġija li tkun teħtieġ żarmar tal-magna/i, il-batteriji ewlenin jew iċ-ċellola/i tal-fjuwil, minbarra t-tneħħija tagħhom mill-inġenju tal-ajru u l-installazzjoni mill-ġdid tagħhom (inkluż it-tneħħija/l-installazzjoni ta’ berings tal-magna). |
|
3b. |
It-twettiq tal-manutenzjoni fuq riżervi ta’ pressjoni għolja u komponenti li jappartjenu għal linji/sistemi ta’ pressjoni għolja relatati mal-impjant tal-enerġija.”. |
ANNESS II
L-ANNESS II (Parti-145) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-punt (h)(2) tal-punt 145.A.30, il-punt (ii) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
fl-Appendiċi II, il-punti (l) u (m) huma sostitwiti b’dan li ġej:
Għandu jiġi nnotat li din l-organizzazzjoni tista’ tkompli tiġi limitata mill-awtorità kompetenti fit-termini tal-approvazzjoni skont il-kompetenzi tal-organizzazzjoni partikolari.”. |
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(*1) – Ħassar kif xieraq
ANNESS III
L-ANNESS III (il-Parti-66) tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-punt 66.1, il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
il-punt 66.A.3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(3) |
fil-punt 66.A.5, il-punti (1) u (2) huma sostitwiti b’dan li ġej:
|
|
(4) |
fil-punt 66.A.20(a), jiżdied il-punt 8 li ġej:
|
|
(5) |
il-punt 66.A.30 huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
il-punt 66.A.45 huwa emendat kif ġej:
|
|
(7) |
fl-Appendiċi I, il-punt 2. huwa emendat kif ġej:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(8) |
l-Appendiċi II huwa emendat kif ġej:
|
|
(9) |
l-Appendiċi III huwa emendat kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(10) |
l-Appendiċi IV huwa sostitwit b’dan li ġej: “Appendiċi IV Moduli jew moduli parzjali tal-esperjenza u tal-għarfien bażiku meħtieġa għall-estensjoni ta’ liċenzja tal-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru tal-Parti-66 “A. Rekwiżiti tal-esperjenza It-tabella A ta’ hawn taħt turi r-rekwiżiti tal-esperjenza, f’xhur, għaż-żieda ta’ kategorija jew subkategorija ġdida ma’ liċenzja eżistenti tal-Parti-66. Ir-rekwiżiti tal-esperjenza jistgħu jitnaqqsu b’50 % jekk l-applikant ikun lesta kors ta’ taħriġ bażiku approvat skont il-Parti-147 rilevanti għal subkategorija partikolari. Tabella A
B. Moduli jew moduli parzjali ta’ għarfien bażiku meħtieġa Il-fini ta’ din it-tabella huwa li tiddeskrivi l-eżamijiet meħtieġa biex tiżdied (sub)kategorija bażika ġdida ma’ AML mogħtija f’konformità ma’ dan l-Anness. Is-sillabi mħejjija f’konformità mal-Appendiċi I u mal-Appendiċi VII jeħtieġu livelli differenti ta’ għarfien għal kategoriji differenti ta’ liċenzji fi ħdan modulu; għalhekk, hemm eżamijiet addizzjonali applikabbli għal ċerti moduli għad-detenturi ta’ liċenzja li jixtiequ jestendu AML mogħtija f’konformità ma’ dan l-Anness biex tinkludi (sub)kategorija oħra, u għandha titwettaq analiżi tal-modulu biex jiġu ddeterminati s-suġġetti neqsin jew li għaddew minnhom f’livell aktar baxx. Tabella B
SQ = jiddependi fuq il-kwalifika tas-sistema.
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(11) |
l-Appendiċi V, il-Formola 19 tal-EASA, hija emendata kif ġej:
|
|
(12) |
l-Appendiċi VI, il-Formola 26 tal-EASA, hija emendata kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(*1) Ajruplan b’magna bil-pistuni jew bit-turbini jew impjant tal-enerġija elettrika jew ħelikopter b’magna bil-pistuni jew bit-turbini.
(*2) (**)Għal ajruplani mhux pressurizzati b’MTOM ta’ inqas minn 2 000 kg b’magni bil-pistuni, id-durata minima tista’ titnaqqas b’50 %.
(*3) (***)Għal ħelikopters fil-Grupp 2 (kif definit fil-punt 66.A.5), id-durata minima tista’ titnaqqas bi 30 %.
(*4) L-esperjenza tista’ titnaqqas b’50 % iżda tkun tippermetti liċenzja b’limitazzjonijiet f’konformità mal-punt 66.A.45(h)(ii)(3).
ANNESS IV
L-Anness IV (Parti-147) [tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014] huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-tabella fl-Appendiċi I, ir-ringiela li ġejja tiddaħħal bejn ir-ringiela li tikkorrispondi għas-subkategorija B1.2 u r-ringiela li tikkorrispondi għas-subkategorija B1.3:
|
|
(2) |
l-Appendiċi II, il-Formola 11 tal-EASA, hija emendata kif ġej:
|
|
(3) |
fil-punt 2 tal-Appendiċi III, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Iċ-ċertifikat għandu jindika f’liema kombinazzjoni tal-qafas tal-inġenju tal-ajru/magna (jew impjant tal-enerġija) kien ingħata t-taħriġ.”; |
ANNESS V
L-Anness Vb (Parti-ML) [tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014] huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fil-punt ML.1, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(2) |
il-punt (d) tal-punt ML.A.302 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
fl-Appendiċi III, jiddaħħlu l-punti (ca) u (cb) li ġejjin:
|
ANNESS VI
L-Anness Vd (il-Parti-CAO) [tar-Regolament (UE) Nru 1321/2014] huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-punt CAO.A.020(a) huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fil-punt CAO.A.105, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(3) |
l-Appendiċi I huwa emendat kif ġej:
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/111/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)