Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-20 ta’ Jannar 2011 – Chihabi et vs Vandendriessche, bħala amministratur tal-proċedura ta’ falliment ta’ Anneessen

(Kawża C‑432/10)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Inammissibbiltà manifesta”

Domandi preliminari - Ammissibbiltà - Domandi magħmula mingħajr informazzjoni suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv (Artikolu 267 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 23; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 92(1) u 103(1)) (ara l-punti 18-23)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen - Interpretazzjoni tal-Artikoli 5, 38 sa 41, u 43, tat-tieni inċiż tal-Artikolu 177, tal-Artikoli 202(1) u (3) u 221(1) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307) u tal-Artikolu 199(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6, p. 3) - Irkupru a posteriori ta’ dazji fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni - Notifika lid-debitur - Tnissil ta’ dejn doganali wara l-importazzjoni irregolari ta’ merkanzija

Dispożittiv

 

It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank van eerste aanleg te Antwerpen, bid-deċiżjoni tal-31 ta’ Mejju 2007, hija manifestament inammissibbli.