<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑589/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CJ0589</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:303">EU:C:2013:303</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20130516">16.5.2013</DATE> — KAWŻA C-589/10</P><P>WENCEL</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20130516">16 ta’ Mejju 2013</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Artikolu 45 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KEE) Nru 1408/71</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 10</KEYWORD><KEYWORD>Benefiċċji tax-xjuħija</KEYWORD><KEYWORD>Residenza abitwali f’żewġ Stati Membri differenti</KEYWORD><KEYWORD>Benefiċċju ta’ pensjoni tas-superstiti f’wieħed minn dawn l-Istati u ta’ pensjoni tal-irtirar fl-ieħor</KEYWORD><KEYWORD>Tħassir ta’ wieħed minn dawn il-benefiċċji</KEYWORD><KEYWORD>Irkupru ta’ benefiċċji allegatament indebiti</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑589/10,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Sąd Apelacyjny – Sąd Pracy i Ubezpieczeń Społecznych w Białymstoku (il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20101202">2 ta’ Diċembru 2010</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20101214">14 ta’ Diċembru 2010</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Janina Wencel</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Zakład Ubezpieczeń Społecznych w Białymstoku,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn A. Tizzano, President tal-Awla, M. Ilešič, J.‑J. Kasel (Relatur), M. Safjan, u M. Berger, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Cruz Villalón,</P><P>Reġistratur: K. Malacek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20120301">1 ta’ Marzu 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>Għaz-Zakład Ubezpieczeń Społecznych w Białymstoku, minn K. M. Kalinowska, U. Kulisiewicz u A. Szybkie, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn M. Szpunar kif ukoll minn J. Faldyga u A. Siwek, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u J. Möller, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn V. Kreuschitz u M. Owsiany-Hornung, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fis-seduta tal-<DATE ISO="20120524">24 ta’ Mejju 2012</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 20(2) TFUE u 21 TFUE, kif ukoll ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-<DATE ISO="19710614">14 ta’ Ġunju 1971</DATE>, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni tiegħu kif emendat u aġġornat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-<DATE ISO="19961202">2 ta’ Diċembru 1996</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 3), kif emendat fl-aħħar nett bir-Regolament Nru 592/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE), tas-<DATE ISO="20080617">17 ta’ Ġunju 2008</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="1" NO.OJ="117" DATE.PUB="2008">ĠU L 117, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Regolament Nru 1408/71<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn J. Wencel u z-Zakład Ubezpieczeń Społecznych w Białymstoku (istituzzjoni tas-sigurtà soċjali, sezzjoni ta’ Białystok, iktar ’il quddiem iz-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>ZUS<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) dwar id-dritt tagħha għal pensjoni tal-irtirar.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(h) tar-Regolament Nru 1408/71 jiddefinixxi r-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>residenza<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> bħala l-post fejn wieħed joqgħod abitwalment.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6(b) tar-Regolament Nru 1408/71, dan jissostitwixxi, fl-ambitu tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-persuni u tal-kamp ta’ applikazzjoni materjali ta’ dan ir-regolament, kull konvenzjoni tas-sigurtà soċjali li torbot mill-inqas żewġ Stati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1408/71, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Dispożizzjonijiet internazzjonali mhux affettwati minn dan ir-Regolament<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, jibqgħu applikabbli <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>ċerti dispożizzjonijiet tal-konvenzjonijiet dwar is-sigurtà soċjali konklużi mill-Istati Membri qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament kemm-il darba jkunu aktar favorevoli għall-benefiċjarji jew jekk jinħolqu minn ċirkostanzi storiċi speċifiċi u l-effett tagħhom hu limitat fiż-żmien jekk dawn id-dispożizzjonijiet huma elenkati fl-Anness III<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Fost il-konvenzjonijiet tas-sigurtà soċjali li jibqgħu applikabbli skont l-Anness III tar-Regolament Nru 1408/71 hemm, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, il-Konvenzjoni konkluża bejn ir-Repubblika Popolari tal-Polonja u r-Repubblika Federali tal-Ġermanja dwar l-assigurazzjoni soċjali fil-każ ta’ inċidenti tax-xogħol u l-benefiċċji tal-invalidità, tax-xjuħija u tal-mewt (umowa r. między Polską Rzeczpospolitą Ludową a Republiką Federalną Niemiec o zaopatrzeniu emerytalnym i wypadkowym) tad-<DATE ISO="19751009">9 ta’ Ottubru 1975</DATE> (Dz. U. tal-1976, Nru 16, Entrata 101), kif emendata (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Konvenzjoni tad-<DATE ISO="19751009">9 ta’ Ottubru 1975</DATE><QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), taħt il-kundizzjonijiet u skont il-modalitajiet iddefiniti fl-Artikolu 27(2) sa (4) tal-Konvenzjoni bejn il-Ġermanja u l-Polonja dwar is-sigurtà soċjali (umowa polsko-niemiecka o zabezpieczeniu społecznym) tat-<DATE ISO="19901208">8 ta’ Diċembru 1990</DATE> (Dz. U. tal-1991, Nru 108, Entrata 468).</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tar-Regolament imsemmi, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Rinunzja għall-klawsoli dwar residenza — L-effett ta’ assigurazzjoni obbligatorja fuq il-ħlas lura tal-kontribuzzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprovdi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Għajr fejn provdut xorta oħra f’dan ir-Regolament, il-benefiċċji fi flus għall-invalidità, ix-xjuħija jew is-sopravivenza, il-pensjonijiet għall-inċidenti fuq ix-xogħol jew għall-mard kawżat mix-xogħol u għotjiet għall-imwiet miksuba skond il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru wieħed jew iktar għandhom<?PAGE NO="3"?> ikunu bla ħsara għal kull tnaqqis, modifika, żamma, treġġigħ lura jew konfiska minħabba l-fatt illi min jirċevihom jirrisjedi fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għajr dak li fih tinsab l-istituzzjoni responsabbli għall-ħlas.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 1408/71:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament la jista’ jagħti u lanqas iżomm id-dritt għal diversi benefiċċji ta’ l-istess tip għall-istess perjodu ta’ assigurazzjoni […].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Barra fejn hu pprovdut mod ieħor f’dan ir-Regolament, id-dispożizzjonijiet tal-leġislazzjonijiet ta’ Stat Membru li jikkontrollaw ir-riduzzjoni, is-sospensjoni jew it-tneħħija tal-benefiċċji f’każijiet ta’ taħwid ma’ benefiċċji tas-sigurtà soċjali oħra jew kwalunkwe forma ta’ dħul jistgħu jinvokaw anke fejn tali benefiċċji kienu akkwistati taħt leġislazzjoni ta’ Stat Membru ieħor jew fejn tali dħul kien akkwistat fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 1408/71, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>persuni li għalihom japplika dan ir-Regolament għandhom ikunu soġġetti għall-liġijiet ta’ Stat Membru wieħed biss. Dawk il-liġijiet għandhom jiġu stabbiliti skond id-dispożizzjonijiet ta’ […] Titolu [II]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 13(2)(f) tar-Regolament Nru 1408/71:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Suġġetti għall-Artikoli 14 sa 17:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>persuna li għaliha tispiċċa li tkun valida il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru, mingħajr ma ssir applikabbli għaliha leġislazzjoni ta’ Stat ieħor […], tkun suġġetta għal-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun tabita skond id-dispożizzjonijiet ta’ dik il-leġislazzjoni biss.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 46a tar-Regolament Nru 1408/71:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="046A.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-iskopijiet tal-Kapitolu, l-irkib (overlapping) ta’ benefiċċji ta’ l-istess tip ikollhom it-tifsira segwenti: l-irkib (overlapping) tal-benefiċċji rigward l-invalidità, ix-xjuħija u s-superstiti kkalkulat jew ipprovdut abażi ta’ perjodi ta’ assigurazzjoni u/jew residenza mwettqa minn waieħed u l-istess persuna.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="046A.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-iskopijiet tal-Kapitolu, l-irkib (overlapping) ta’ benefiċċji ta’ tipi differenti tfisser kull irkib (overlapping) ta’ benefiċċji li ma jistgħux ikunu meqjusa ta’ l-istess tip fl-ambitu tat-tifsira tal-paragrafu 1.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="046A.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Ir-regoli segwenti jkunu applikabbli għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar ir-riduzzjoni, is-sospensjoni u t-tneħħija stipulati mil-leġislazzjoni ta’ l-Istat Membru fil-każ ta’ irkib (overlapping) ta’ benefiċċju fejn jidħlu l-invalidità, ix-xjuħija jew is-superstiti ma benefiċċju ta’ l-istess tip jew benefiċċju ta’ tip differenti jew ma dħul ieħor:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>Fejn id-dispożizzjonijiet dwar ir-riduzzjoni, is-sospensjoni jew it-tneħħija huma applikabbli taħt il-leġislazzjoni ta’ Stat Membru wieħed biss minħabba l-fatt li l-persuna kkonċernata tirċievi benefiċċji ta’ tip simili jew differenti pagabbli taħt il-leġislazzjoni ta’ Stati Membri oħra jew dħul<?PAGE NO="4"?> ieħor akkwistat fit-territorju ta’ Stati Membri oħra, il-benefiċċju pagabbli taħt il-leġislazzjoni ta’ l-ewwel Stat Membru jista’ jkun imnaqqas biss fil-limiti ta’ l-ammont tal-benefiċċji pagabbli taħt il-leġislazzjoni jew id-dħul akkwistat fit-territorju ta’ Stati Membri oħra.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-konvenzjonijiet bejn il-Ġermanja u l-Polonja</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni tad-<DATE ISO="19751009">9 ta’ Ottubru 1975</DATE> jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-pensjonijiet tal-irtirar għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni tal-assigurazzjoni tal-Istat li fih ikun qed jgħix il-benefiċjarju, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għat-tali istituzzjoni”.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Meta ssir il-likwidazzjoni tal-pensjoni skont ir-regoli applikabbli għall-istituzzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-perijodi tal-assigurazzjoni, il-perijodi tal-impjieg u perijodi oħra simili mwettqa fl-Istat l-ieħor għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni minn din l-istituzzjoni daqslikieku dawn twettqu fit-territorju tal-ewwel Stat.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-pensjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 huma dovuti biss matul il-perijodu li fih il-persuna kkonċernata tkun qiegħda tirresjedi fit-territorju tal-Istat li fih l-istituzzjoni tal-assigurazzjoni stabbilixxiet il-pensjoni. Matul dan il-perjodu, il-benefiċjarju ta’ pensjoni ma jibbenefika, mill-istituzzjoni tal-assigurazzjoni tal-Istat l-ieħor, minn ebda dritt fuq il-bażi tal-perijodi ta’ assigurazzjoni, tal-perijodi tal-impjieg u perijodi oħra simili mwettqa f’dan l-Istat l-ieħor […]<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 27(2) tal-Konvenzjoni bejn il-Ġermanja u l-Polonja dwar is-sigurtà soċjali tat-<DATE ISO="19901208">8 ta’ Diċembru 1990</DATE>, id-drittijiet u l-prerogattivi miksuba sal-<DATE ISO="19910101">1 ta’ Jannar 1991</DATE> f’wieħed mill-Istati, partijiet għall-Konvenzjoni tad-<DATE ISO="19751009">9 ta’ Ottubru 1975</DATE> ma humiex affettwati, sakemm il-benefiċjarji huma residenti fit-territorju ta’ dan l-Istat.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni Pollakka</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fil-Polonja, il-pensjonijiet tal-irtirar u pensjonijiet oħra huma rregolati permezz tal-liġi dwar il-pensjonijiet tal-irtirar u pensjonijiet oħra mogħtija mill-fond tas‑sigurtà soċjali (ustawa o emeryturach i rentach z Funduszu Ubezpieczeń Społecznych) tas‑<DATE ISO="19981217">17 ta’ Diċembru 1998</DATE>, fil-verżjoni kkonsolidata tagħha (Dz. U. tal‑2009, Nru 153, Entrata 1227, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Liġi dwar il‑pensjonijiet tal-irtirar<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 114(1) ta’ din il-liġi, id-dritt għall-benefiċċji jew l-ammont tagħhom għandu jiġi kkalkolat mill-ġdid fuq talba tal-persuna kkonċernata jew <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jekk, wara l-implementazzjoni tad-deċiżjoni dwar il-benefiċċji, jiġu ppreżentati provi ġodda jew inkella jiġu rrilevati ċirkustanzi ġodda li kienu jeżistu qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni u li jista’ jkollhom effett fuq id-dritt għall-benefiċċji jew l-ammont tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) u (2) tal-imsemmija liġi, il-persuna li rċeviet indebitament benefiċċji hija marbuta tħallashom lura. Huma kkunsidrati benefiċċji riċevuti indebitament dawk li jkunu saru minkejja ċirkustanzi li jiġġustifikaw l-estinzjoni jew is-sospensjoni tad-dritt għall-benefiċċji, jew it-terminazzjoni tal-ħlas tal-benefiċċji kollha jew parti minnhom, jekk il-persuna li tagħhom hija benefiċjarja tkun ġiet informata li ma kellhiex dritt għalihom.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>J. Wencel, ċittadina Pollakka, imwielda fil-<DATE ISO="19300225">25 ta’ Frar 1930</DATE>, hija rreġistrata, mill-1954, fir-reġistru tal-belt ta’ Białystok (il-Polonja). Żewġha, li kellu wkoll nazzjonalità Pollakka, stabbilixxa ruħu, wara ż-żwieġ tagħhom fl-1975, fi Frankfurt am Main (il-Ġermanja), fejn kien irreġistrat bħala resident u fejn kellu relazzjoni ta’ xogħol li kienet tinvolvi l-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. Mill-1984, huwa rċieva pensjoni tal-invalidità fil-Ġermanja. J. Wencel spiss żaret lil żewġha f’dan l-Istat Membru u dan tal-aħħar għadda l-vaganzi u l-festi fil-Polonja.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Skont ċertifikat tad-dikjarazzjoni ta’ residenza maħruġ mill-muniċipalità ta’ Frankfurt am Main, J. Wencel kienet toqgħod fuq bażi permanenti mill-1984 fil-Ġermanja. Hemmhekk hija kisbet permess ta’ residenza iżda qatt ma eżerċitat attività professjonali. Madankollu, mill-1984 sal-1990, hija kienet impjegata bħala nanny ma’ bintha tar-rispett fil-Polonja. Permezz ta’ deċiżjoni taz-ZUS tal-<DATE ISO="19901024">24 ta’ Ottubru 1990</DATE>, hija kisbet, fuq il-bażi ta’ perijodi mwettqa fil-Polonja, dritt għal pensjoni tal-irtirar Pollakka. Sa mill-mewt ta’ żewġha fl-2008, l-istituzzjoni tal-assigurazzjoni Ġermaniża tħallasha pensjoni tas-superstiti, mogħtija, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, minħabba r-residenza tagħha fil-Ġermanja. Fil-preżent, hija tgħix fil-Polonja ma’ binha, bintha tar-rispett u n-neputijiet tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Fl-2009, iz-ZUS ġiet informata li J. Wencel kienet irreġistrata bħala residenti kemm fil-Polonja u kif ukoll fil-Ġermanja. Fuq il-bażi ta’ dikjarazzjoni tal-<DATE ISO="20091124">24 ta’ Novembru 2009</DATE>, li fiha J. Wencel iddikjarat li kienet tirrisjedi fil-Ġermanja, filwaqt li tgħaddi l-vaganzi u l-festi kollha tagħha fil-Polonja, iz-ZUS adottat żewġ deċiżjonijiet ibbażati fuq l-Artikoli 114 u 138 tal-Liġi dwar il-pensjonijiet tal-irtirar.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel deċiżjoni tagħha, tas-<DATE ISO="20091126">26 ta’ Novembru 2009</DATE>, iz-ZUS annullat id-deċiżjoni li tingħata l-pensjoni tal-irtirar tal-<DATE ISO="19901024">24 ta’ Ottubru 1990</DATE> u ssospendiet il-ħlas. Skont iz-ZUS, fuq il-bażi tal-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni tad-<DATE ISO="19751009">9 ta’ Ottubru 1975</DATE>, l-istituzzjoni tal-assigurazzjoni tal-Istat ta’ residenza tal-applikant hija unikament kompetenti sabiex tiddeċiedi dwar applikazzjoni għal pensjoni tal-irtirar. Peress li J. Wencel għexet b’mod permanenti fil-Ġermanja sa mill-1975, hija ma setgħetx titlob pensjoni tal-irtirar taħt is-sistema tal-assigurazzjoni Pollakka. Permezz tat-tieni deċiżjoni tagħha, tat-<DATE ISO="20091223">23 ta’ Diċembru 2009</DATE>, iz-ZUS talbet lil J. Wencel tħallas lura l-ammonti li hija rċeviet indebitament matul it-tliet snin preċedenti.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20100104">4 ta’ Jannar 2010</DATE>, J. Wencel ikkontestat dawn iż-żewġ deċiżjonijiet quddiem is-Sąd Okręgowy – Sąd Pracy i Ubezpieczeń Społecznych w Białymstoku (Qorti reġjonali – Qorti tax-xogħol u tas-sigurtà soċjali ta’ Białystok) billi invokat ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar il-libertà ta’ moviment u ta’ residenza. Fil-fatt, il-fatt li għandha żewġ postijiet ta’ residenza abitwali ma għandux, skont J. Wencel, iċaħħadha mid-dritt tagħha għal pensjoni tal-irtirar fil-Polonja. Barra minn hekk, hija ssostni li d-dikjarazzjoni tal-<DATE ISO="20091124">24 ta’ Novembru 2009</DATE> saret b’urġenza u taħt pressjoni mill-impjegati taz-ZUS, b’mod li din ma tirriflettix ir-realtà.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>B’sentenza tal-<DATE ISO="20100915">15 ta’ Settembru 2010</DATE>, din il-qorti ċaħdet l-azzjoni ta’ J. Wencel minħabba li, għalkemm individwu jista’ jiġi rreġistrat bħala resident f’żewġ Stati Membri differenti, l-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni tad-<DATE ISO="19751009">9 ta’ Ottubru 1975</DATE> jeskludi li tali individwu jista’ jkollu żewġ ċentri tal-interessi distinti. It-trasferiment taċ-ċentru tal-interessi ta’ J. Wencel lejn il-Ġermanja kellu l-effett li jrendi lill-istituzzjoni tal-assigurazzjoni Ġermaniża kompetenti. Barra minn hekk, minkejja t-twissija fid-deċiżjoni dwar l-għoti tal-pensjoni tal-irtirar tagħha, J. Wencel naqset milli tinforma liz-ZUS bid-deċiżjoni tagħha li titlaq mill-Polonja.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>J. Wencel ressqet appell minn din is-sentenza quddiem is-Sąd Apelacyjny – Sąd Pracy i Ubezpieczeń Społecznych w Białymstoku.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Skont din il-qorti, mill-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1408/71 jirriżulta li persuna residenti fit-territorju ta’ Stat Membru ma tistax tiġi mċaħħda mid-drittijiet tagħha għal benefiċċji miksuba taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor. Għalkemm is-sitwazzjoni ta’ persuna li jkollha fl-istess ħin żewġ<?PAGE NO="6"?> residenzi abitwali ma hijiex prevista, għandu jiġi aċċettat li tali persuna taqa’ wkoll taħt dan l-Artikolu. Wara li elenkat il-fatti kollha li jsostnu l-konstatazzjoni li J. Wencel kellha fl-istess ħin żewġ postijiet ta’ residenza abitwali u li, mill-1975 sal-2008, hija għaddiet nofs iż-żmien tagħha fil-Polonja u n-nofs l-ieħor fil-Ġermanja, il-qorti tar-rinviju kkonkludiet li s-sitwazzjoni ta’ J. Wencel hija atipika u li n-nuqqas ta’ dikjarazzjoni min-naħa tagħha dwar trasferiment taċ-ċentru tal-interessi tagħha huwa spjegat mill-fatt li hija kienet tqis li hija kellha fil-fatt żewġ postijiet ta’ residenza ekwivalenti fis-sens tal-Artikolu 1(h) tar-Regolament Nru 1408/71.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Għalhekk, il-qorti tal-appell għandha dubji dwar jekk J. Wencel tistax tiġi mċaħħda mid-drittijiet tagħha għal benefiċċji sempliċement minħabba li hija għandha żewġ postijiet ta’ residenza abitwali. Skont din il-qorti, id-deċiżjonijiet taz-ZUS jidhru li jmorru kontra l-prinċipju tal-moviment liberu fl-Unjoni Ewropea.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil-fatt, sa fejn, wara l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Polonja mal-Unjoni fl-2004, id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tad-<DATE ISO="19751009">9 ta’ Ottubru 1975</DATE> għandhom japplikaw biss, skont l-Artikolu 7(2)(b) tar-Regolament Nru 1408/71, jekk dawn ma jkunux inqas favorevoli mid-dispożizzjonijiet ta’ dan tal-aħħar, J. Wencel ma għandha tbati, skont l-Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE, kif ukoll l-Artikolu 10 tal-imsemmi regolament, l-ebda tnaqqis mid-drittijiet tagħha għal benefiċċju minħabba li hija kellha, matul iktar minn 30 sena, żewġ postijiet ta’ residenza ekwivalenti.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-għoti tal-pensjoni tal-irtirar jistax jiġi rtirat b’mod retroattiv meta l-persuna kkonċernata ma tkunx ġiet informata bl-obbligu li tirrapporta l-okkorrenza ta’ kwalunkwe ċirkustanza li tista’ tinfluwenza d-deċiżjoni tal-istituzzjoni tal-assigurazzjoni kompetenti sabiex teżamina applikazzjonijiet għall-pensjonijiet tal-irtirar.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li s-Sąd Apelacyjny – Sąd Pracy i Ubezpieczeń Społecznych w Białymstoku ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1)</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, stipulat fl-Artikoli 21 u 20(2) TFUE, iwassal għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 […] fis-sens li l-benefiċċji tax-xjuħija inkwistjoni, miksuba skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, ma jista’ jkollhom ebda modifika, sospensjoni, tneħħija jew konfiska lanqas minħabba l-fatt li l-benefiċjarju rresjeda fl-istess ħin (kellu żewġ postijiet ta’ residenza abitwali tal-istess importanza) fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri, li wieħed minnhom huwa Stat differenti minn dak fejn l-istituzzjoni responsabbli għall-ħlas [tal-pensjoni tal-irtirar] tinsab?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikoli 21 u 20(2) TFUE u l-Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 […] għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li r-regoli nazzjonali previsti fl-Artikolu 114(1) tal-[Liġi dwar il-pensjonijiet tal-irtirar], flimkien mal-Artikolu 4 tal-konvenzjoni […] [tad-]<DATE ISO="19751009">9 ta’ Ottubru 1975</DATE> […], jiġu applikati b’mod li l-organizzazzjoni tal-irtirar Pollakka għandha teżamina mill-ġdid il-każ u ċċaħħad mid-dritt tagħha għal pensjoni ta’ rtirar persuna li, matul diversi snin, kellha fl-istess ħin żewġ postijiet ta’ residenza abitwali (żewġ ċentri tal-interessi) f’żewġ Stati li llum il-ġurnata huma membri tal-Unjoni Ewropea u li, qabel l-2009, ma ppreżentat ebda dikjarazzjoni u lanqas talba li tindika li hija kellha l-intenzjoni li tittrasferixxi ċ-ċentru tal-interessi tagħha f’xi wieħed minn dawn il-pajjiżi?</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Fil-każ ta’ risposta negattiva:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-Artikoli 20(2) u 21 TFUE, kif ukoll l-Artikolu 10 tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 […] għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li r-regola nazzjonali prevista fl-Artikolu 138(1) u (2) tal-[Liġi dwar il-pensjonijiet tal-irtirar] tiġi applikata b’mod li l-organizzazzjoni tal-irtirar Pollakka għandha teżiġi r-rimbors ta’ pensjonijiet imħallsa matul l-aħħar tliet snin lil persuna li,<?PAGE NO="7"?> mill-1975 sal-2009, kellha fl-istess ħin żewġ postijiet ta’ residenza abitwali (żewġ ċentri tal-interessi) f’żewġ pajjiżi li huma, fil-preżent, membri tal-Unjoni Europea, jekk, fl-eżami tat-talba għal pensjoni ta’ rtirar, u wara l-għoti tagħha, l-istituzzjoni tal-assigurazzjoni Pollakka ma avżatx lil din il-persuna bin-neċessità li hija tinformaha biż-żamma ta’ żewġ postijiet ta’ residenza abitwali f’żewġ pajjiżi u n-neċessità li tippreżenta talba jew dikjarazzjoni fir-rigward tal-għażla tal-istituzzjoni tal-assigurazzjoni ta’ wieħed minn dawn il-pajjiżi bħala istituzzjoni kompetenti sabiex teżamina t-talbiet li jirrigwardaw il-pensjonijiet ta’ rtirar?<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fir-rigward taċ-ċirkustanzi partikolari ta’ din il-kawża u sabiex tingħata risposta utli lill-qorti tar-rinviju, huwa meħtieġ li preliminarjament jiġi ddeterminat jekk u, jekk ikun il-każ, sa fejn għandhom id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1408/71 ikunu applikabbli f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fir-rigward, fl-ewwel lok, tal-applikabbiltà <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT> tar-Regolament Nru 1408/71, għandu jitfakkar li dan ir-regolament daħal fis-seħħ għar-Repubblika tal-Polonja mal-adeżjoni ta’ din tal-aħħar mal-Unjoni Ewropea, jiġifieri fl-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, minkejja li J. Wencel kienet kisbet id-dritt tagħha għal pensjoni tal-irtirar Pollakka fuq il-bażi ta’ deċiżjoni taz-ZUS tal-<DATE ISO="19901024">24 ta’ Ottubru 1990</DATE>, xorta waħda jibqa’ l-fatt li huwa fuq il-bażi ta’ deċiżjonijiet tas-26 ta’ Novembru u tat-<DATE ISO="20091223">23 ta’ Diċembru 2009</DATE> li dan id-dritt ġie annullat u li J. Wencel ġiet mitluba l-ħlas lura ta’ ammonti allegatament riċevuti indebitament matul it-tliet snin preċedenti.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Konsegwentement, huma dawn iż-żewġ deċiżjonijiet tal-aħħar, li ngħataw wara l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Polonja mal-Unjoni li jikkostitwixxu s-suġġett tal-tilwima fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont ġurisprudenza stabbilita, minkejja li r-Regolament Nru 1408/71, bħala leġiżlazzjoni ġdida fil-qasam tas-sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti applikabbli fil-Polonja mill-<DATE ISO="20040501">1 ta’ Mejju 2004</DATE>, japplika biss, fil-prinċipju, għall-futur, jibqa’ xorta waħda l-fatt li dan jista’ japplika għall-effetti futuri ta’ sitwazzjonijiet li nħolqu taħt il-liġi preċedenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20020418">18 ta’ April 2002</DATE>, Duchon, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-290/00" PAGE.ECR="I-3567" YEAR="2002">C-290/00, Ġabra p. I-3567</REF.DOC.ECR>, punt 21 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>B’dan il-mod, il-legalità tad-deċiżjonijiet tas-26 ta’ Novembru u tat-<DATE ISO="20091223">23 ta’ Diċembru 2009</DATE> għandha tiġi evalwata fid-dawl tar-Regolament Nru 1408/71, sa fejn id-dispożizzjonijiet tal-konvenzjonijiet dwar is-sigurtà soċjali ma humiex applikabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fir-rigward, fit-tieni lok, tal-applikabbiltà <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> tar-Regolament Nru 1408/71, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 7(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1408/71, id-dispożizzjonijiet tal-konvenzjonijiet dwar is-sigurtà soċjali msemmija fl-Anness III ta’ dan ir-regolament għandhom jibqgħu fis-seħħ, minkejja l-Artikolu 6 tal-istess regolament, li jipprovdi li dan jissostitwixxi, fl-ambitu tal-kampijiet ta’ applikazzjoni personali u materjali tiegħu, lill-konvenzjonijiet dwar is-sigurtà soċjali li jorbtu żewġ Stati Membri jew iktar (sentenza tat-<DATE ISO="20071218">18 ta’ Diċembru 2007</DATE>, Habelt <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-396/05+C-419/05+C-450/05" PAGE.ECR="I-11895" YEAR="2007">C-396/05, C-419/05 u C-450/05, Ġabra p. I-11895</REF.DOC.ECR>, punt 87).</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Peress li l-Konvenzjoni tad-<DATE ISO="19751009">9 ta’ Ottubru 1975</DATE> tinsab fl-Anness III tar-Regolament Nru 1408/71, hija tibqa’, bħala prinċipju, applikabbli anki wara d-dħul fis-seħħ fil-Polonja tar-Regolament Nru 1408/71, jekk waħda miż-żewġ kundizzjonijiet l-oħra stipulati fl-Artikolu 7(2)(ċ) tar-Regolament Nru 1408/71<?PAGE NO="8"?> tkun sodisfatta, jiġifieri kemm-il darba l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tad-<DATE ISO="19751009">9 ta’ Ottubru 1975</DATE> tkun iktar favorevoli għall-benefiċjarji jew jekk din il-konvenzjoni tkun ir-riżultat ta’ ċirkustanzi storiċi u jkollha effett limitat fiż-żmien.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-Regolament Nru 1408/71 huwa applikabbli biss sa fejn il-konvenzjonijiet bilaterali konklużi qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu ma jipprekludux l-applikazzjoni tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<DATE ISO="19690507">7 ta’ Mejju 1969</DATE>, Torrekens <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="28/68" PAGE.ECR="125" YEAR="1969">28/68, Ġabra p. 125</REF.DOC.ECR>, punti 19 sa 21). Madankollu, dispożizzjoni tal-Unjoni, bħall-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-regolament li jagħti prijorità lill-applikazzjoni ta’ konvenzjoni bilaterali ma jistax ikollha portata li tmur kontra l-prinċipji li jikkostitwixxu l-bażi tal-leġiżlazzjoni li minnha hija tifforma parti (ara, bħala analoġija, is-sentenza tal-<DATE ISO="20100504">4 ta’ Mejju 2010</DATE>, TNT Express Nederland, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-533/08" PAGE.ECR="I-4107" YEAR="2010">C-533/08, Ġabra p. I-4107</REF.DOC.ECR>, punt 51).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li d-dritt tal-Unjoni jista’ japplika mhux biss għas-sitwazzjonijiet kollha li, taħt il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1408/71, ma humiex koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Konvenzjoni tad-<DATE ISO="19751009">9 ta’ Ottubru 1975</DATE>, iżda wkoll meta d-dispożizzjonijiet ta’ din tal-aħħar ma humiex konformi mal-prinċipji li fuqhom huwa bbażat dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Tali prinċipji, li jsostnu r-regoli ta’ koordinazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali tas-sigurtà soċjali, jikkorrispondu għal dawk inerenti għall-qasam tal-moviment liberu tal-persuni, li l-prinċipju fundamentali tiegħu huwa dak li jipprovdi li l-azzjoni tal-Unjoni tinvolvi, b’mod partikolari, it-tneħħija, bejn l-Istati Membri, tal-ostakoli għall-moviment liberu tal-persuni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<DATE ISO="20130307">7 ta’ Marzu 2013</DATE>, van den Booren, C-127/11, punt 43 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Barra minn hekk, sa fejn J. Wencel għamlet użu mid-dritt għal moviment liberu tagħha, is-sitwazzjoni tagħha taqa’ taħt il-prinċipji li fuqhom ir-Regolament Nru 1408/71 huwa bbażat. Issa, minħabba l-fatt li l-konvenzjoni internazzjonali inkwistjoni ma ġietx adottata sabiex timplementa dawn il-prinċipji, din tista’, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tippreġudika tali prinċipji.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat jekk is-sitwazzjoni ta’ J. Wencel għandhiex tiġi evalwata fuq il-bażi tar-Regolament Nru 1408/71.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Permezz tad-domandi preliminari tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-dritt tal-Unjoni għandux jiġi interpretat fis-sens li istituzzjoni tas-sigurtà soċjali tista’ tneħħi b’mod retroattiv id-dritt għal pensjoni tal-irtirar li minnu jibbenefika assigurat li jkollu fl-istess ħin, matul diversi snin, żewġ postijiet ta’ residenza abitwali f’żewġ Stati Membri differenti, u teżiġi r-rimbors tal-pensjonijiet allegatament imħallsa b’mod indebitu minħabba li l-assigurat jirċievi pensjoni tas-superstiti fi Stat Membru ieħor li fit-territorju tiegħu huwa kellu wkoll residenza.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi vverifikat jekk persuna tistax validament, għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1408/71, u b’mod partikolari tal-Artikolu 10 tiegħu, ikollha fl-istess ħin żewġ postijiet ta’ residenza abitwali fit-territorji ta’ żewġ Stati Membri differenti.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-imsemmi Artikolu 10, għandu jiġi speċifikat li dan jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet marbuta mar-rinunzja għall-klawżoli tar-residenza fis-sens li dan jiggarantixxi t-tgawdija tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali mħallsa mill-Istat kompetenti meta l-assigurat ikollu r-residenza tiegħu jew jittrasferixxi r-residenza tiegħu fi Stat Membru li ma jkunx dak li fih tkun tinsab l-istituzzjoni debitriċi.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Sa fejn il-kliem tal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1408/71 ma jippermettix, madankollu, risposta għad-domanda dwar jekk l-eżistenza ta’ żewġ residenzi abitwali f’żewġ Stati Membri differenti hijiex aċċettata taħt dan ir-regolament, għandu jitfakkar li dan tal-aħħar jimplementa sistema ta’ koordinazzjoni tal-iskemi nazzjonali tas-sigurtà soċjali u jistabbilixxi, fit-Titolu II tiegħu, regoli għad-determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li dawn id-dispożizzjonijiet tal-aħħar, ma humiex intiżi biss sabiex jiġi evitat li l-persuni kkonċernati, fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni li tkun applikabbli għalihom, jibqgħu mingħajr protezzjoni fil-qasam tas-sigurtà soċjali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<DATE ISO="19640609">9 ta’ Ġunju 1964</DATE>, Nonnenmacher, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="92/63" PAGE.ECR="557" YEAR="1964">92/63, Ġabra p. 557, 572</REF.DOC.ECR> u 573), iżda wkoll sabiex il-persuni kkonċernati jkunu suġġetti għall-iskema ta’ sigurtà soċjali ta’ Stat Membru wieħed biss, b’mod li jkun evitat it-taħwid fil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali applikabbli u l-kumplikazzjonijiet li jistgħu jirriżultaw minħabba f’hekk (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="19860710">10 ta’ Lulju 1986</DATE>, Luijten, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="60/85" PAGE.ECR="2365" YEAR="1986">60/85, Ġabra p. 2365</REF.DOC.ECR>, punt 12).</TXT></NP><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Dan il-prinċipju tal-uniċità tal-leġiżlazzjoni applikabbli huwa espost, b’mod partikolari, fl-Artikolu 13(1) (ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenza Luijten, punt 13) u (2)(f) tar-Regolament Nru 1408/71, kif irrilevat mill-Avukat Ġenerali fil-punt 28 tal-konklużjonijiet tiegħu, kif ukoll fl-Artikolu 14a(2) tal-istess regolament (sentenza tad-<DATE ISO="20060309">9 ta’ Marzu 2006</DATE>, Piatkowski, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-493/04" PAGE.ECR="I-2369" YEAR="2006">C-493/04, Ġabra p. I-2369</REF.DOC.ECR>, punt 21).</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Sa fejn is-sistema stabbilita mir-Regolament Nru 1408/71 iżżomm għalhekk ir-residenza bħala fattur ta’ konnessjoni għad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli, ma jistax jiġi aċċettat, mingħajr ma jitneħħa kull effett utli tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt preċedenti, li, għall-finijiet tar-Regolament Nru 1408/71, persuna jkollha, fl-istess ħin, diversi domiċilji fi Stati Membri differenti.</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Din il-konstatazzjoni hija kkonfermata mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>residenza<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> fis-sens tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli għall-iskemi tas-sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti. Fil-fatt, meta s-sitwazzjoni ġuridika ta’ persuna tista’ tintrabat mal-leġiżlazzjoni ta’ diversi Stati Membri, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat li l-kunċett ta’ Stat Membru li fih persuna tirrisjedi jipprevedi l-Istat li fih hija tirrisjedi abitwalment u li fih ikun jinsab ukoll iċ-ċentru abitwali tal-interessi tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<DATE ISO="19990225">25 ta’ Frar 1999</DATE>, Swaddling, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-90/97" PAGE.ECR="I-1075" YEAR="1999">C-90/97, Ġabra p. I-1075</REF.DOC.ECR>, punt 29 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>L-iżvilupp mill-ġurisprudenza ta’ lista ta’ elementi li għandhom jiġu kkunsidrati fid-determinazzjoni tal-post ta’ residenza abitwali ta’ persuna, lista li attwalment tinsab ikkodifikata fl-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20090916">16 ta’ Settembru 2009</DATE>, li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" PAGE.FIRST="1" NO.OJ="284" DATE.PUB="2009">ĠU L 284, p. 1</REF.DOC.OJ>), jirrifletti l-ħtieġa impellanti tad-determinazzjoni ta’ post ta’ residenza uniku.</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jiġi konkluż li l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1408/71 għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, persuna ma jistax ikollha, fl-istess ħin, żewġ postijiet ta’ residenza abitwali fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri differenti.</TXT></NP><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, sabiex tiġi ddeterminata l-istituzzjoni kompetenti sabiex tillikwida d-drittijiet tal-pensjoni ta’ persuna li tinsab f’sitwazzjoni bħal dik ta’ J. Wencel, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina, fid-dawl tal-elementi rilevanti kollha tal-proċess, f’liema Stat Membru tinsab, fis-sens tal-ġurisprudenza hawn fuq imsemmija, ir-residenza abitwali tal-persuna kkonċernata.</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jiġi ppreċiżat, qabelxejn, li r-rikorrenti eżerċitat attività professjonali biss fit-territorju Pollakk u li din l-attività kienet marbuta mar-relazzjonijiet familjari li hija kellha hemm.</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Imbagħad, hija ngħatat, sa mis-sena 1990, pensjoni tal-irtirar minħabba kontribuzzjonijiet li hija ħallset għal dan il-għan fil-Polonja.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Fl-aħħar lok, hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk id-dikjarazzjoni magħmula matul is-sena 2009 mill-parti kkonċernata, fuq talba taz-ZUS, li pprovdiet li r-residenza tagħha kienet fil-Ġermanja, tmurx kontra r-realtà, speċjalment minħabba l-fatt li, għall-inqas sa mill-mewt ta’ żewġha fis-sena 2008, jidher li ċ-ċentru tal-interessi tagħha ġie ttrasferit lejn il-Polonja.</TXT></NP><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>Jekk wieħed jassumi li l-istituzzjoni kompetenti tinsab f’dan l-Istat Membru minħabba r-residenza tal-parti kkonċernata, għandu, fit-tielet lok, jiġi ddeterminat jekk din l-istituzzjoni tistax validament tneħħilha b’mod retroattiv id-dritt tagħha għal pensjoni tal-irtirar u teżiġi minnha r-rimbors tal-pensjonijiet allegatament imħallsa b’mod indebitu minħabba li hija tirċievi pensjoni tas-superstiti fi Stat Membru ieħor li fit-territorju tiegħu hija kellha wkoll residenza.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-akkumulazzjoni tal-benefiċċji, għandu jitfakkar li, minn naħa, skont l-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 1408/71, dan tal-aħħar ma jistax, fil-prinċipju, jagħti jew iżomm id-dritt għal diversi benefiċċji tal-istess tip marbuta mal-istess perijodu ta’ assigurazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Issa, sa fejn jirriżulta, kif jirriżulta mill-osservazzjonijiet bil-miktub sottomessi lill-Qorti tal-Ġustizzja, li l-pensjoni tal-irtirar Pollakka riċevuta minn J. Wencel fil-Polonja ġiet ikkalkolata fuq il-bażi tal-karriera professjonali li hija stess wettqet f’dan l-Istat Membru u li l-pensjoni tas-superstiti Ġermaniża tħallset lilha minħabba l-attività mwettqa mid-<HT TYPE="ITALIC">decuius</HT> konjuġi tagħha fil-Ġermanja, dawn iż-żewġ benefiċċji ma jistgħux jitqiesu bħala benefiċċji tal-istess natura (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<DATE ISO="19871006">6 ta’ Ottubru 1987</DATE>, Stefanutti, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="197/85" PAGE.ECR="3855" YEAR="1987">197/85, Ġabra p. 3855</REF.DOC.ECR>, punt 13; tat-<DATE ISO="19980212">12 ta’ Frar 1998</DATE>, Cordelle, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-366/96" PAGE.ECR="I-583" YEAR="1998">C-366/96, Ġabra p. I-583</REF.DOC.ECR>, punti 20 u 21, kif ukoll tas-<DATE ISO="20130307">7 ta’ Marzu 2013</DATE>, van den Booren, C‑127/11, punti 32 u 33).</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, jirriżulta mill-Artikolu 12(2) tar-Regolament Nru 1408/71 li d-dispożizzjonijiet ta’ tnaqqis previsti mil-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru huma, sakemm ma huwiex ipprovdut mod ieħor f’dan ir-regolament, infurzabbli kontra persuni li jirċievu benefiċċju mħallas minn dan l-Istat Membru meta dawn ikunu jistgħu jibbenefikaw minn benefiċċji oħra tas-sigurtà soċjali, u dan anki jekk dawn il-benefiċċji jinkisbu taħt il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor (sentenza tas-<DATE ISO="20020307">7 ta’ Marzu 2002</DATE>, Insalaca, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-107/00" PAGE.ECR="I-2403" YEAR="2002">C-107/00, Ġabra p. I-2403</REF.DOC.ECR>, punt 22).</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-Regolament Nru 1408/71 ma jipprekludix l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li għandha l-effett li tnaqqas l-ammont tal-pensjoni li l-assigurat jista’ jitlob minħabba l-fatt li huwa jgawdi minn benefiċċju tax-xjuħija fi Stat Membru ieħor, sakemm, madankollu, jiġu osservati l-limiti imposti mir-Regolament Nru 1408/71.</TXT></NP><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>Dawn il-limiti jinkludu, b’mod partikolari, l-Artikolu 46a(3)(d) tar-Regolament Nru 1408/71, li fuq il-bażi tiegħu l-benefiċċju dovut taħt il-leġiżlazzjoni tal-ewwel Stat Membru jista’ jitnaqqas biss fil-limitu tal-ammont tal-benefiċċji dovuti taħt il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru l-ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-pensjoni tax-xjuħija Pollakka tal-parti kkonċernata ma tistax titneħħa b’mod retroattiv minħabba l-eżistenza ta’ benefiċċju tas-superstiti Ġermaniż. Madankollu, din tista’ tkun suġġetta għal tnaqqis fil-limitu tal-ammont tal-benefiċċji Ġermaniżi skont kwalunkwe regola Pollakka li jista’ jkun hemm kontra l-akkumulazzjoni ta’ benefiċċji. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika l-eżistenza ta’ tali regola fil-każ ineżami.</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Fil-każ tal-eżistenza ta’ tali regola kontra l-akkumulazzjoni ta’ benefiċċji fl-ordinament ġuridiku Pollakk, li r-Regolament Nru 1408/71 ma jipprekludix, għandu jiġi vverifikat ukoll jekk id-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE jipprekluduhiex.</TXT></NP><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif diġà tfakkar fil-punt 37 ta’ din is-sentenza, l-interpretazzjoni tar-Regolament Nru 1408/71 hekk mogħtija għandha tinftiehem mingħajr ħsara għas-soluzzjoni li tirriżulta mill-applikabbiltà eventwali ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt primarju. Il-konstatazzjoni li miżura nazzjonali tista’ tkun konformi ma’ dispożizzjoni ta’ att ta’ dritt derivat, f’dan il-każ ir-Regolament Nru 1408/71, ma<?PAGE NO="11"?> għandhiex neċessarjament l-effett li tneħħi din il-miżura mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat (sentenzi tas-<DATE ISO="20090716">16 ta’ Lulju 2009</DATE>, von Chamier-Glisczinski, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-208/07" PAGE.ECR="I-6095" YEAR="2009">C-208/07, Ġabra p. I-6095</REF.DOC.ECR>, punt 66 u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll van den Booren, iċċitata iktar ’il fuq, punt 38).</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li l-qorti tar-rinviju tagħmel id-domandi preliminari fid-dawl tad-dritt primarju tal-Unjoni, u, b’mod partikolari, tal-Artikoli 20(2) TFUE u 21 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>Issa, jidher ċar li s-sitwazzjoni ta’ J. Wencel hija koperta mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 45 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>Sa fejn il-kawża prinċipali taqa’ taħt din id-dispożizzjoni, ma huwiex neċessarju li tingħata deċiżjoni dwar l-interpretazzjoni tal-Artikoli 20(2) TFUE u 21 TFUE. Fil-fatt, dawn id-dispożizzjonijiet tal-aħħar, li jistabbilixxu b’mod ġenerali d-dritt, għal kull ċittadin tal-Unjoni, li jmur minn post għal ieħor u li joqgħod liberament fit-territorju tal-Istati Membri, hija espressa b’mod speċifiku fl-Artikolu 45 TFUE fir-rigward tal-moviment liberu tal-ħaddiema (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20121213">13 ta’ Diċembru 2012</DATE>, Caves Krier Frères, C-379/11, punt 30 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa suffiċjenti li jitfakkar li l-Artikolu 45 TFUE jimplementa l-prinċipju fundamentali li jipprovdi li l-azzjoni tal-Unjoni tinvolvi, b’mod partikolari, it-tneħħija, bejn l-Istati Membri, tal-ostakli għall-moviment liberu tal-persuni (sentenza van den Booren, iċċitata iktar ’il fuq, punt 43 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Konsegwentement, id-dritt tal-Unjoni jipprekludi kull miżura nazzjonali li, anki jekk applikabbli mingħajr diskriminazzjoni bbażata fuq in-nazzjonalità, tista’ tfixkel jew tagħmel inqas attraenti l-eżerċizzju, min-naħa taċ-ċittadini tal-Unjoni, tal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat (ara s-sentenza van den Booren, iċċitata iktar ’il fuq, punt 44 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>Miżuri nazzjonali ta’ dan it-tip jistgħu jkunu ammessi biss bil-kundizzjoni li jkollhom għan ta’ interess ġenerali, li jkunu adegwati sabiex jiggarantixxu li dan l-għan jintlaħaq u li ma jeċċedux dak li huwa neċessarju sabiex l-għan imfittex jintlaħaq (sentenza van den Booren, iċċitata iktar ’il fuq, punt 45 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Għalhekk, hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa l-kompatibbiltà mar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni billi tivverifika jekk ir-regola li tordna t-tħassir tad-dritt għal pensjoni tal-irtirar kif ukoll ir-rimbors ta’ ammonti allegatament indebiti, li hija applikabbli mingħajr distinzjoni għaċ-ċittadini nazzjonali u għal dawk ta’ Stati Membri oħra, twassalx fil-fatt, fil-konfront tal-parti kkonċernata, għal sitwazzjoni ta’ żvantaġġ meta mqabbla ma’ dik li fiha tkun tinsab persuna li s-sitwazzjoni tagħha ma jkollha ebda element transkonfinali, u, fil-każ li l-eżistenza ta’ tali żvantaġġ tiġi kkonstata f’dan il-każ, jekk ir-regola nazzjonali inkwistjoni hijiex iġġustifikata minn kunsiderazzjonijiet oġġettivi u jekk din hijiex proporzjonali għall-għan leġittimament imfittex mid-dritt nazzjonali (sentenza van den Booren, iċċitata iktar ’il fuq, punt 46).</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ dan l-eżami, il-qorti tar-rinviju għandha wkoll tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li l-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali, stipulat fl-Artikolu 4 TFUE, jobbliga lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jimplementaw il-mezzi kollha għad-dispożizzjoni tagħhom sabiex jintlaħaq l-għan tal-Artikolu 45 TFUE (ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq van Munster, punt 32, u Leyman, punt 49).</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha premessi, għad-domandi mressqa għandha tingħata r-risposta li ġejja:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 1408/71 għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, persuna ma jistax ikollha, fl-istess ħin, żewġ postijiet ta’ residenza abitwali fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri differenti;</P></ITEM><?PAGE NO="12"?><ITEM><P>fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1408/71, u b’mod partikolari tal-Artikoli 12(2) u 46a tiegħu, istituzzjoni kompetenti ta’ Stat Membru ma tistax validament, f’ċirkustanzi bħalma huma dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tneħħi b’mod retroattiv id-dritt għal pensjoni tal-irtirar tal-benefiċjarju u teżiġi r-rimbors ta’ pensjonijiet allegatament imħallsa b’mod indebitu minħabba li dan jieħu pensjoni tas-superstiti fi Stat Membru ieħor li fit-territorju tiegħu huwa kellu wkoll residenza. Madankollu, l-ammont ta’ din il-pensjoni tal-irtirar riċevut fl-ewwel Stat Membru jista’ jitnaqqas fil-limitu tal-ammont tal-benefiċċji riċevuti fl-Istat Membru l-ieħor fuq il-bażi ta’ kwalunkwe regola nazzjonali kontra l-akkumulazzjoni ta’ benefiċċji;</P></ITEM><ITEM><P>l-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, deċiżjoni li tordna t-tnaqqis tal-ammont tal-pensjoni tal-irtirar riċevut fl-ewwel Stat Membru fil-limitu tal-ammont tal-benefiċċji riċevuti fl-Istat Membru l-ieħor fuq il-bażi ta’ kwalunkwe regola kontra l-akkumulazzjoni ta’ benefiċċji, sakemm din ma twassalx, fir-rigward tal-benefiċjarju ta’ dawn il-benefiċċji, għal sitwazzjoni ta’ żvantaġġ meta mqabbla ma’ dik li fiha tkun tinsab persuna li s-sitwazzjoni tagħha ma jkollha l-ebda element transkonfinali u, fejn l-eżistenza ta’ tali żvantaġġ tiġi kkonstatata, din tkun iġġustifikata minn kunsiderazzjonijiet oġġettivi u tkun proporzjonali għall-għan leġittimu segwit mid-dritt nazzjonali, li huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal‑<DATE ISO="19710614">14 ta’ Ġunju 1971</DATE>, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni tiegħu kif emendat u aġġornat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-<DATE ISO="19961202">2 ta’ Diċembru 1996</DATE>, kif emendat fl-aħħar nett bir-Regolament (KE) Nru 592/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20080617">17 ta’ Ġunju 2008</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, persuna ma jistax ikollha, fl-istess ħin, żewġ postijiet ta’ residenza abitwali fit-territorju ta’ żewġ Stati Membri differenti.</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament Nru 1408/71, u b’mod partikolari tal-Artikoli 12(2) u 46a tiegħu, istituzzjoni kompetenti ta’ Stat Membru ma tistax validament, f’ċirkustanzi bħalma huma dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tneħħi b’mod retroattiv id-dritt għal pensjoni tal-irtirar tal-benefiċjarju u teżiġi r-rimbors ta’ pensjonijiet allegatament imħallsa b’mod indebitu minħabba li dan jieħu pensjoni tas-superstiti fi Stat Membru ieħor li fit-territorju tiegħu huwa kellu wkoll residenza. Madankollu, l-ammont ta’ din il-pensjoni tal-irtirar riċevut fl-ewwel Stat Membru jista’ jitnaqqas fil-limitu tal-ammont tal-benefiċċji riċevuti fl-Istat Membru l-ieħor fuq il-bażi ta’ kwalunkwe regola nazzjonali kontra l-akkumulazzjoni ta’ benefiċċji.</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, deċiżjoni li tordna t-tnaqqis tal-ammont tal-pensjoni tal-irtirar riċevut fl-ewwel Stat Membru fil-limitu tal-ammont tal-benefiċċji riċevuti fl-Istat Membru l-ieħor fuq il-bażi ta’ kwalunkwe regola kontra l-akkumulazzjoni ta’ benefiċċji, sakemm din ma twassalx, fir-rigward tal-benefiċjarju ta’ dawn il-benefiċċji, għal sitwazzjoni ta’ żvantaġġ meta mqabbla ma’ dik li fiha tkun tinsab persuna li s-sitwazzjoni tagħha ma jkollha l-ebda element<?PAGE NO="13"?> transkonfinali u, fejn l-eżistenza ta’ tali żvantaġġ tiġi kkonstatata, din tkun iġġustifikata minn kunsiderazzjonijiet oġġettivi u tkun proporzjonali għall-għan leġittimu segwit mid-dritt nazzjonali, li huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>