28.2.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 56/16


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ Frar 2009

li taħtar membru Ġermaniż fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

(2009/168/KE, Euratom)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 259 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 167 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2006/524/KE, Euratom (1),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ġermaniż,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni,

Billi konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Erhard OTT sar vakanti siġġu ta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Huwa b'dan maħtur membru s-Sur Armin DUTTINÉ, Ver.di Bundesvorstand – Leiter EU Verbindungsbüro, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-20 ta’ Settembru 2010.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Frar 2009.

Għall-Kunsill

Il-President

I. LANGER


(1)   ĠU L 207, 28.07.2006, p. 30.