|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/2754 |
13.5.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11913 — H.I.G. EU MM / TIMETOACT)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/2754)
1.
Fit-28 ta’ April 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
H.I.G. Europe Middle Market Holdings, L.P. (“H.I.G. EU MM”, Canada), ikkontrollata minn H.I.G. Capital, LLC (“H.I.G. Capital”, l-Istati Uniti tal-Amerika), |
|
— |
TIMETOACT Holding GmbH (“TIMETOACT”, il-Ġermanja) ikkontrollata minn Equistone Partners Europe Limited (ir-Renju Unit). |
H.I.G. EU MM se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ TIMETOACT kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
H.I.G. EU MM hija fond ta’ investiment ġestit minn H.I.G. Capital, ditta globali tal-investiment ta’ ekwità privata u assi alternattivi, |
|
— |
TIMETOACT hija ditta ta’ konsultazzjoni tal-IT, li tiffoka fuq il-pjattaformi tal-cloud u s-soluzzjonijiet diġitali, u li s-servizzi tagħha jinkludu l-konsultazzjoni u t-trasformazzjoni tal-cloud kif ukoll l-inġinerija tas-software, tad-data u tas-sistemi. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.11913 — H.I.G. EU MM / TIMETOACT
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2754/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)