<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-308/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0308</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:911">EU:C:2018:911</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20181115">15.11.2018</DATE> – Kawża C‑308/17</HT></P><P><HT TYPE="SC">Kuhn</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20181115">15 ta’ Novembru 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 1215/2012</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 1(1)</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>materji ċivili u kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Bonds maħruġa minn Stat Membru</KEYWORD><KEYWORD>Parteċipazzjoni tas-settur privat fir-ristrutturazzjoni tad-dejn pubbliku ta’ dan l-Istat</KEYWORD><KEYWORD>Modifika unilaterali u retroattiva tal-kundizzjonijiet tas-self</KEYWORD><KEYWORD>Klawżoli ta’ azzjoni kollettiva</KEYWORD><KEYWORD>Rikors eżerċitat kontra l-imsemmi Stat minn kredituri privati detenturi ta’ dawn il-bonds bħala persuni fiżiċi</KEYWORD><KEYWORD>Responsabbilità tal-Istat għal atti jew ommissjonijiet imwettqa fl-eżerċizzju tal-awtorità tal-Istat</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑308/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20170425">25 ta’ April 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-<DATE ISO="20170529">29 ta’ Mejju 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Hellenische Republik</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Leo Kuhn</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta (Relatur), Viċi President, li qed taġixxi bħala President tal-Ewwel Awla, J.‑C. Bonichot, E. Regan, C. G. Fernlund u S. Rodin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: I. Illéssy, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20180419">19 ta’ April 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Hellenische Republik, minn K. Kitzberger, Rechtsanwältin,</P></ITEM><ITEM><P>għal L. Kuhn, minn M. Brand, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Elleniku, minn K. Boskovits, S. Charitaki, M. Vlassi u S. Papaioannou, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn P. Pucciariello, avoccato dello Stato,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes, M. Figueiredo u P. Lacerda, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Wilderspin u M. Heller, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20180704">4 ta’ Lulju 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-punt 1(a) tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="351" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 351, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn il-Hellenische Republik (ir-Repubblika Ellenika) u Leo Kuhn dwar talba għall-eżekuzzjoni tal-kundizzjonijiet tas-self relatati ma’ bonds maħruġa minn dan l-Istat Membru jew għal kumpens minħabba n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">It-Trattat MES</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20120202">2 ta’ Frar 2012</DATE> ġie konkluż, fi Brussell (il-Belġju), it-Trattat li jistabbilixxi l-mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka u r-Repubblika tal-Finlandja (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Trattat MES<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>). L-Artikolu 12(3) ta’ dan it-trattat jipprovdi li għandhom jiġu inklużi, mill-<DATE ISO="20130101">1 ta’ Jannar 2013</DATE>, klawżoli dwar azzjoni kollettiva fit-titoli tal-gvern ġodda kollha taż-żona tal-euro, li jkollhom maturità itwal minn sena, b’mod li jiżgura li l-impatt legali tagħhom ikun identiku.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-premessi 4, 15 u 16 tar-Regolament Nru 1215/2012 jistabbilixxu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>(4)</NO.P><TXT>Ċerti differenzi bejn regoli nazzjonali li jirregolaw il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent ta’ sentenzi jfixklu l-operat tajjeb tas-suq intern. Huma essenzjali dispożizzjonijiet biex jiġu unifikati r-regoli ta’ kunflitt ta’ ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, u sabiex jiżguraw għarfien u eżekuzzjoni malajr u sempliċi ta’ sentenzi mogħtija fi Stat Membru.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(15)</NO.P><TXT>Ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni għandhom ikunu prevedibbli ħafna u stabbiliti fuq il-prinċipju li l-ġurisdizzjoni hija ġeneralment ibbażata fuq id-domiċilju tal-konvenut. Il-ġurisdizzjoni għandha dejjem tkun disponibbli fuq il-bażi ta’ din ir-raġuni ħlief għal ftit sitwazzjonijiet definiti sewwa li fihom is-suġġett tat-tilwima jew [l-]awtonomija tal-partijiet ikunu jeħtieġu fattur ta’ konnessjoni differenti. Id-domiċilju ta’ persuna ġuridika għandu jiġi definit b’awtonomija u b’hekk jagħmel ir-regoli komuni aktar trasparenti u jevita kunflitti ta’ ġurisdizzjoni.</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(16)</NO.P><TXT>Barra d-domiċilju tal-konvenut, għandu jkun hemm raġunijiet alternattivi ta’ ġurisdizzjoni bbażati fuq konnessjoni mill-qrib bejn il-qorti u l-azzjoni jew sabiex tkun iffaċilitata l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja. L-eżistenza ta’ konnessjoni mill-qrib għandha tiżgura ċ-ċertezza legali u tevita l-possibbiltà li l-konvenut jiġi mħarrek f’qorti ta’ Stat Membru li dan il-konvenut ma setax raġonevolment jipprevedi. Dan hu importanti b’mod partikolari fir-rigward ta’ tilwim li jirriżulta minn obbligi mhux kuntrattwali li jirriżultaw minn ksur tal-privatezza u tad-drittijiet relatati mal-personalità, inkluża l-malafama.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Dan ir-Regolament għandu japplika fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, tkun xi tkun in-natura tal-qorti jew tat-tribunal. Huwa m’għandux jestendi, b’mod partikolari, għal kwistjonijiet ta’ dħul, dawk doganali jew amministrattivi jew għar-responsabbiltà tal-Istat għal atti u ommissjonijiet fl-eżerċitar tal-awtorità tal-Istat (<HT TYPE="ITALIC">acta iure imperii</HT>).<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) tal-imsemmi regolament jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Soġġetti għal dan ir-Regolament, persuni b’domiċilju fi Stat Membru għandhom, independentament min-nazzjonalità tagħhom, jitressqu quddiem il-qrati ta’ dak l-Istat Membru.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1)(a) tal-istess regolament huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Persuna domiċiljata fi Stat Membru tista’ tiġi mħarrka fi Stat Membru ieħor:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>fi kwistjonijiet relatati ma’ kuntratt, fil-qrati tal-post tat-twettiqtal-obbligazzjoni in kwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Grieg</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont id-deċiżjoni tar-rinviju, is-sistema tal-kontijiet kurrenti tal-Bank Ċentrali Grieg tinkludi kontijiet miftuħa f’isem kull parteċipant ammess mill-gvernatur ta’ dan il-bank ċentrali sabiex jipparteċipa f’din is-sistema.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6(2) tal-Liġi 2198/1994, il-parteċipanti fis-sistema tal-kontijiet kurrenti tal-Bank Ċentrali Grieg jistgħu jagħtu drittijiet fir-rigward ta’ bond lil investituri terzi, imma l-att ġuridiku li permezz tiegħu jingħataw dawn id-drittijiet jipproduċi effett biss fil-konfront tal-partijiet ikkonċernati, bl-esklużjoni espliċita ta’ kwalunkwe effett favur jew kontra r-Repubblika Ellenika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(4) ta’ din il-liġi jipprovdi li bond jiġi ttrasferit bir-reġistrazzjoni tiegħu fil-kreditu tal-kont ta’ parteċipant fl-imsemmija sistema.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Liġi Nru 4050/2012, tat-<DATE ISO="20120223">23 ta’ Frar 2012</DATE>, li tippreskrivi regoli li jemendaw, bil-kunsens tad-detenturi, it-titoli maħruġa jew iggarantiti mill-Istat Grieg (FEK A’ 36/<DATE ISO="20120223">23.2.2012</DATE>), tipprovdi, essenzjalment, li d-detenturi ta’ ċerti bonds sovrani Griegi jirċievu proposta ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>ristrutturazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, li permezz tagħha jintalbu mill-Istat Grieg jiddeċiedu jekk jaċċettawx l-emenda tat-titoli eliġibbli koperti minn din il-proposta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1(4) ta’ din il-liġi, l-emenda tat-titoli koperti tirrikjedi li jintlaħaq kworum li jirrappreżenta 50 % tat-total tal-ammont tal-investiment tal-bonds ikkonċernati, kif ukoll maġġoranza kkwalifikata li tikkorrispondi għal żewġ terzi tal-kapital parteċipanti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 1(9) tal-imsemmija liġi jipprevedi wkoll l-introduzzjoni ta’ klawżola ta’ ristrutturazzjoni jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>klawżola ta’ azzjoni kollettiva<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>KAK<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) li tippermetti l-emenda tal-kundizzjonijiet tas-self inizjali permezz ta’ deċiżjonijiet adottati bil-maġġoranza kkwalifikata tal-kapital li jkun hemm pendenti u li japplikaw ukoll għall-minoranza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont din id-dispożizzjoni, id-deċiżjoni adottata mid-detenturi ta’ bonds, li japprovaw jew li jirrifjutaw l-offerta ta’ ristrutturazzjoni sottomessa mill-Istat Grieg, tapplika <HT TYPE="ITALIC">erga omnes</HT>, hija vinkolanti għall-kredituri tal-bonds kollha kkonċernati u tħassar kull liġi ġenerali jew speċifika, kull deċiżjoni amministrattiva u kull kuntratt li jopponu tali deċiżjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>F’data mhux speċifikata, qabel l-2011, L. Kuhn, iddomiċiljat fi Vjenna (l‑Awstrija), akkwista, permezz ta’ bank depożitarju stabbilit fl-Awstrija, bonds b’valur nominali ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">35000</FT>, maħruġa mir-Repubblika Ellenika, suġġetti għal-liġi Griega u nnegozjati fil-Borża ta’ Ateni (il-Greċja) bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>titoli<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jiġifieri krediti rreġistrati fir-reġistru tat-titoli tad-dejn pubbliku. Dawn it-titoli ġew irreġistrati fis-sistema tal-kontijiet kurrenti tal-Bank Ċentrali Grieg.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Dawn il-bonds sovrani, b’data ta’ skadenza tal-<DATE ISO="20120220">20 ta’ Frar 2012</DATE>, ġew ikkreditati fil-kont tat-titoli fi ħdan il-bank depożitarju li tiegħu L. Kuhn huwa d-detentur. Dawn huma titoli bearer li jagħtu dritt, skont il-kundizzjonijiet ta’ self, għar-rimbors tal-kapital fil-maturità u għall-ħlas tal-interessi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li ma teżisti ebda relazzjoni kuntrattwali bejn L. Kuhn u r-Repubblika Ellenika</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Skont dik il-qorti, kemm mid-dispożizzjonijiet tal-Liġi Nru 2198/1994 kif ukoll mill-kundizzjonijiet tas-self relatati mal-bonds sovrani kkonċernati jirriżulta li kienu, l-ewwel nett, il-parteċipanti fl-imsemmija sistema ta’ kontijiet kurrenti tal-Bank Ċentrali Griega li saru detenturi u kredituri ta’ dawn il-bonds, trażmessi bir-reġistrazzjoni tagħhom fil-kreditu tal-kont ta’ dawn il-parteċipanti, u dan filwaqt li, għalkemm dawn tal-aħħar jistgħu jagħtu drittijiet marbuta mal-imsemmija bonds lil investituri terzi, l-att ġuridiku li permezz tiegħu jingħataw dawn id-drittijiet ikollu effett biss, madankollu, fir-rigward tal-persuni kkonċernati, bl-esklużjoni espliċita ta’ kull effett favur jew għad-detriment tar-Repubblika Ellenika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Wara l-adozzjoni tal-Liġi Nru 4050/2012, ir-Repubblika Ellenika biddlet il-bonds akkwistati minn L. Kuhn u ssostitwiethom b’bonds sovrani ġodda b’valur nominali iktar baxx.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tindika li, skont l-allegazzjonijiet ta’ L. Kuhn, ir-Repubblika Ellenika, sal-jum ta’ din il-konverżjoni, ħallset interessi fil-kont miftuħ f’ismu f’bank stabbilit fl-Awstrija. Hija tippreċiża li L. Kuhn kien biegħ il-bonds ikkonvertiti għal EUR 7 831.58, li kkawżawlu telf ta’ EUR 28 673.42, somma din li tikkorrispondi għall-valur nominali tal-bonds fid-data tal-maturità, jiġifieri l-<DATE ISO="20120220">20 ta’ Frar 2012</DATE>, flimkien mal-interessi u l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>L. Kuhn ippreżenta rikors quddiem il-Landesgericht für Zivilrechtssachen Wien (il-Qorti Reġjonali ta’ Vjenna għal Kwistjonijiet Ċivili, l-Awstrija) kontra r-Repubblika Ellenika bil-għan li jikseb l-eżekuzzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ self relatati mal-bonds inkwistjoni jew kumpens għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>B’digriet tat-<DATE ISO="20160108">8 ta’ Jannar 2016</DATE>, dik il-qorti ddikjarat li, fuq livell internazzjonali, ma kellhiex ġurisdizzjoni sabiex tisma’ dak ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Adita b’appell minn dak id-digriet, l-Oberlandesgericht Wien (il-Qorti Reġjonali Superjuri ta’ Vjenna, l-Awstrija), b’digriet tal-<DATE ISO="20160225">25 ta’ Frar 2016</DATE>, ċaħdet l-eċċezzjoni li l-qrati Awstrijaċi ma kellhomx ġurisdizzjoni għar-raġuni li t-talba ta’ L. Kuhn ma kinitx ibbażata fuq att leġiżlattiv Grieg, imma fuq<?PAGE NO="5"?> il-kundizzjonijiet ta’ self inizjali għall-bonds sovrani inkwistjoni u li l-qorti kompetenti hija indikata mid-dritt Grieg, f’dan il-każ dik tad-domiċilju tal-kreditur, il-post fejn id-dejn tal-flus kellu jiġi eżegwit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Ellenika ppreżentat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>appell straordinarju<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> minn dak id-digriet quddiem l-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema, l-Awstrija)..</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Skont din tal-aħħar, sa fejn L. Kuhn isostni li r-Repubblika Ellenika għandha tapplika l-kundizzjonijiet ta’ self tal-bonds sovrani kkonċernati, huwa ġustament jirreferi għal relazzjoni ġuridika allegata bejnu, bħala akkwirent ta’ dawn il-bonds, u r-Repubblika Ellenika, bħala l-emittenti tal-imsemmija bonds, b’tali mod li jeżisti dritt kuntrattwali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>sekondarju<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, skont il-punt 1 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Oberster Gerichtshof (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>L-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li,</P><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>il-post ta’ eżekuzzjoni fis-sens ta’ tali dispożizzjoni għandu jiġi identifikat fuq il-bażi tal-ftehim kuntrattwali inizjali, anki fil-każ – bħal dak ineżami – ta’ trasferiment ripetut ta’ kreditu fuq bażi kuntrattwali;</P></ITEM><ITEM><P>fil-każ li tintalab l-osservanza tal-kundizzjonijiet ta’ bond tal-gvern bħal dak maħruġ, f’dan il-każ, mir-Repubblika Ellenika, jew jintalab kumpens għal dannu għall-ineżekuzzjoni ta’ din l-osservanza, il-post ta’ eżekuzzjoni effettiv għandu jiġi stabbilit immedjatament mal-ħlas ta’ interessi li jirriżultaw minn dan il-bond tal-gvern f’kont bankarju ta’ persuna li għandha portafoll ta’ titoli nazzjonali;</P></ITEM><ITEM><P>il-fatt li l-ftehim kuntrattwali inizjali stabbilixxa post ta’ eżekuzzjoni legali fis-sens tal-Artikolu 7(1)(a) tal-imsemmi regolament jipprekludi li jiġi rrikonoxxut post ta’ eżekuzzjoni ieħor fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni fuq il-bażi tat-twettiq effettiv sussegwenti ta’ kuntratt?<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></P></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, meta persuna tkun kisbet, permezz ta’ bank depożitarju, bonds sovrani maħruġa minn Stat Membru, il-punt 1(a) tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1215/2012 għandux jiġi interpretat fis-sens li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>l-post tat-twettiq tal-obbligu inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> huwa ddeterminat mill-kundizzjonijiet ta’ self kif stabbiliti meta jinħarġu dawn il-bonds, jew jekk dan il-post huwiex il-post tal-eżekuzzjoni effettiva tal-imsemmija kundizzjonijiet, bħall-ħlas tal-interessi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Ellenika kif ukoll il-Gvern Grieg u dak Taljan isostnu li t-tilwima fil-kawża prinċipali ma taqax taħt <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>materji ċivili u kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 1215/2012, peress li dan l-artikolu jirrigwarda d-dritt sovran ta’ Stat Membru li jilleġiżla sabiex jirristruttura d-dejn pubbliku tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha preliminarjament tiddetermina jekk tilwima bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tistax tiġi kkwalifikata bħala li tikkonċerna <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>materji ċivili u kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> fis-sens tal-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Skont din id-dispożizzjoni, ir-Regolament Nru 1215/2012 ma japplikax, b’mod partikolari, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>għar-responsabbiltà tal-Istat għal atti u ommissjonijiet fl-eżerċitar tal-awtorità tal-Istat (<HT TYPE="ITALIC">acta iure imperii</HT>)<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Sa fejn ir-Regolament Nru 1215/2012 iħassar u jissostitwixxi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-<DATE ISO="20001222">22 ta’ Diċembru 2000</DATE> dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42), l-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-regolament tal-aħħar tgħodd ukoll għar-Regolament Nru 1215/2012 meta d-dispożizzjonijiet ta’ dawn iż-żewġ strumenti tad-dritt tal-Unjoni jistgħu jiġu kklassifikati bħala ekwivalenti (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161116">16 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Schmidt</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑417/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:881">EU:C:2016:881</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170309">9 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Pula Parking</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑551/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:193">EU:C:2017:193</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Dan huwa l-każ tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 44/2001 u tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 1215/2012, li jillimitaw il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>materji ċivili u kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, mingħajr madankollu ma jiddefinixxu l-kontenut u l-portata ta’ dan il-kunċett, liema kunċett il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet għandu jiġi kkunsidrat bħala wieħed awtonomu li għandu jiġi interpretat b’riferiment, minn naħa, għall-għanijiet u għas-sistema ta’ dawn ir-regolamenti u, min-naħa l-oħra, għall-prinċipji ġenerali li joħorġu mill-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150611">11 ta’ Ġunju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Fahnenbrock <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-226/13, C-245/13 u C-247/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:383">EU:C:2015:383</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170309">9 ta’ Marzu 2017</DATE>, <NAME.CASE>Pula Parking</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-551/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:193">EU:C:2017:193</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni twassal sabiex jiġu esklużi ċerti azzjonijiet jew deċiżjonijiet ġudizzjarji mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1215/2012 minħabba elementi li jikkaratterizzaw in-natura tar-relazzjonijiet ġuridiċi bejn il-partijiet fit-tilwima jew is-suġġett tagħha (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070215">15 ta’ Frar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Lechouritou <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑292/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:102">EU:C:2007:102</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>B’hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li, għalkemm ċertu tilwim bejn awtorità pubblika u persuna rregolata mid-dritt privat jista’ jidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, tkun ħaġa oħra meta l-awtorità pubblika taġixxi fl-eżerċizzju tas-setgħa pubblika (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070215">15 ta’ Frar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Lechouritou <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-292/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:102">EU:C:2007:102</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Dan ikun il-każ, b’mod partikolari, meta jkun hemm kontestazzjonijiet li jirriżultaw minn manifestazzjoni ta’ prerogattivi tas-setgħa pubblika minn waħda mill-partijiet fit-tilwima, minħabba l-eżerċizzju minnha ta’ setgħat li jeċċedu dawk tar-regoli tad-dritt komuni applikabbli fir-relazzjonijiet bejn l-individwi (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070215">15 ta’ Frar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Lechouritou <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-292/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:102">EU:C:2007:102</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tilwima fil-kawża prinċipali, huwa xieraq, għalhekk, li jiġi ddeterminat jekk din toriġinax minn atti tar-Repubblika Ellenika li jirriżultaw mill-eżerċizzju ta’ prerogattivi tas-setgħa pubblika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punti 62 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. tal-konklużjonijiet tiegħu, din il-manifestazzjoni ta’ dan l-eżerċizzju tirriżulta, f’dan il-każ, kemm min-natura u l-modalitajiet tal-emendi tar-relazzjoni eżistenti bejn ir-Repubblika Ellenika u s-sidien tat-titoli ta’ bonds sovrani inkwistjoni fil-kawża prinċipali kif ukoll miċ-ċirkustanzi eċċezzjonali li fih saru dawn l-emendi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-fatt, wara l-adozzjoni tal-Liġi Nru 4050/2012 mil-leġiżlatur Grieg u l-introduzzjoni retroattiva ta’ KAK permezz ta’ din il-liġi, dawn it-titoli ġew issostitwiti b’titoli ġodda ta’ valur nominali sinjifikattivament iktar baxx. Tali sostituzzjoni ta’ titoli la kienet prevista fil-kundizzjonijiet ta’ self inizjali u lanqas fid-dritt Grieg fis-seħħ mal-ħruġ tat-titoli rregolati b’dawn il-kundizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għalhekk, din l-introduzzjoni retroattiva ta’ KAK ippermettiet lir-Repubblika Ellenika timponi fuq id-detenturi kollha tat-titoli emenda sostanzjali fil-kundizzjonijiet finanzjarji ta’ dawn it-titoli, inkluż fuq dawk li kienu xtaqu joġġezzjonaw għal tali emenda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Barra minn hekk, dan l-użu ta’ introduzzjoni retroattiva ta’ KAK, użu li qatt ma kien sar qabel, u l-emenda konsegwenti tal-imsemmija kundizzjonijiet finanzjarji, seħħew f’kuntest u f’ċirkustanzi eċċezzjonali ta’ kriżi finanzjarja serja. B’mod partikolari, huma kienu ddettati mill-ħtieġa, fil-kuntest ta’ mekkaniżmu intergovernattiv ta’ assistenza, li jiġi rristrutturat id-dejn pubbliku tal-Istat Grieg u li jiġi<?PAGE NO="7"?> evitat ir-riskju ta’ falliment tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni tiegħu, sabiex tiġi evitata l-inadempjenza ta’ dan l-Istat kif ukoll sabiex tiġi ggarantita l-istabbiltà finanzjarja taż-żona tal-euro. Permezz ta’ dikjarazzjonijiet tal-21 ta’ Lulju u tas-<DATE ISO="20111026">26 ta’ Ottubru 2011</DATE>, il-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern taż-żona tal-euro kkonfermaw ukoll li, rigward l-involviment tas-settur privat, is-sitwazzjoni fir-Repubblika Ellenika kienet teħtieġ soluzzjoni eċċezzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>In-natura eċċezzjonali ta’ din is-sitwazzjoni tirriżulta wkoll mill-fatt li, skont l-Artikolu 12(3) tat-Trattat MES, mill-<DATE ISO="20130101">1 ta’ Jannar 2013</DATE>, għandhom jiġu inklużi KAK fit-titoli tal-gvern ġodda kollha taż-żona tal-euro, li jkollhom maturità itwal minn sena, b’mod li jiżgura li l-impatt legali tagħhom ikun identiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, fid-dawl tan-natura eċċezzjonali tal-kundizzjonijiet u taċ-ċirkustanzi li fihom ġiet adottata l-Liġi Nru 4050/2012, li bis-saħħa tagħha l-kundizzjonijiet ta’ self inizjali tal-bonds sovrani inkwistjoni fil-kawża prinċipali ġew unilateralment u retroattivament emendati bl-introduzzjoni ta’ KAK, kif ukoll tal-għan ta’ interess ġenerali mfittex minnha, it-tilwima fil-kawża prinċipali toriġina minn manifestazzjoni ta’ setgħa pubblika u hija r-riżultat ta’ atti tal-Istat Grieg fl-eżerċizzju ta’ din is-setgħa pubblika, b’tali mod li din it-tilwima ma taqax taħt <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>materji ċivili u kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 1215/2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-risposta li għandha tingħata għad-domanda magħmula hija li l-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li tilwima, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dwar azzjoni mressqa minn persuna fiżika li xtrat bonds maħruġa minn Stat Membru, kontra l-istess Stat Membru u intiża li tikkontesta skambju tal-imsemmija bonds b’bonds ta’ valur inqas, liema skambju kien impost fuq din il-persuna fiżika permezz ta’ liġi, adottata f’ċirkustanzi eċċezzjonali mil-leġiżlatur nazzjonali, li bis-saħħa tagħha dawn il-kundizzjonijiet ġew unilateralment u retroattivament emendati bl-introduzzjoni ta’ KAK li tippermetti lill-maġġoranza ta’ detenturi ta’ bonds ikkonċernati jimponu dan l-iskambju fuq il-minoranza, ma taqax taħt <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>materji ċivili u kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 1(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE> dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li tilwima, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dwar azzjoni mressqa minn persuna fiżika li xtrat bonds maħruġa minn Stat Membru, kontra l-istess Stat Membru u intiża li tikkontesta skambju tal-imsemmija bonds b’bonds ta’ valur inqas, liema skambju kien impost fuq din il-persuna fiżika permezz ta’ liġi, adottata f’ċirkustanzi eċċezzjonali mil-leġiżlatur nazzjonali, li bis-saħħa tagħha dawn il-kundizzjonijiet ġew unilateralment u retroattivament emendati bl-introduzzjoni ta’ klawżola ta’ azzjoni kollettiva li tippermetti lill-maġġoranza ta’ detenturi ta’ bonds ikkonċernati jimponu dan l-iskambju fuq il-minoranza, ma taqax taħt <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>materji ċivili u kummerċjali<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>