European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1275

27.6.2025

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1275

tas-17 ta’ Marzu 2025

li jikkoreġi ċerti veżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament Delegat (UE) 2024/857 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw metodoloġija standardizzata u metodoloġija standardizzata ssimplifikata biex jiġu evalwati r-riskji li jirriżultaw minn bidliet potenzjali fir-rati tal-imgħax li jaffettwaw kemm il-valur ekonomiku tal-ekwità kif ukoll l-introjtu mill-imgħax nett ta’ attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar ta’ istituzzjoni

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 84(5), it-tielet subparagrafu, tagħha,

Billi:

(1)

Il-verżjonijiet lingwistiċi biċ-Ċek, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Irlandiż, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bis-Slovakk u bis-Sloven tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/857 (2) fihom żball fl-Artikolu 1, punt (3) fir-rigward tad-definizzjoni tar-rata tal-imgħax mingħajr riskju. L-iżball ibiddel it-tifsira ta’ dik id-dispożizzjoni u jaffettwa s-sustanza tagħha.

(2)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, bl-Irlandiż, bil-Kroat, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Portugiż u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) 2024/857 fihom żball fl-Artikolu 1, punt (13) u (14) fir-rigward tar-rati tal-interessi applikabbli. L-iżball ibiddel it-tifsira ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u jaffettwa is-sustanza tagħhom.

(3)

Il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Irlandiż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) 2024/857 fihom żball fl-Artikolu 9(2), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza, u l-Artikolu 10(4), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza, fir-rigward tal-istruttura tat-terminu fis-seħħ tar-rati tal-imgħax. Barra minn hekk, il-verżjoni lingwistika bl-Irlandiż fiha żball f’dawk id-disposizzjonijiet li jirrigwardaw il-kontenut tal-portafoll rilevanti. L-iżbalji jibdlu it-tifsira ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u jaffettwa is-sustanza tagħhom.

(4)

Il-verżjoni lingwistika bl-Irlandiż tar-Regolament Delegat (UE) 2024/857 fiha wkoll żball fl-Artikolu 9(4), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), kif ukoll fl-Artikolu 10, il-paragrafu (6) u l-paragrafu (7), l-ewwel sentenza, fir-rigward tat-tip ta’ prodott ikkonċernat minn dawk id-dispożizzjonijiet. L-iżball ibiddel it-tifsira ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u jaffettwa is-sustanza tagħhom.

(5)

Il-verżjoni lingwistika bil-Pollakk tar-Regolament Delegat (UE) 2024/857 fiha żball fl-Artikolu 12(2), l-ewwel subparagrafu, il-frażi introduttorja, fir-rigward tal-kundizzjonijiet biex japplika l-obbligu. L-iżball ibiddel it-tifsira tad-dispożizzjoni u jaffettwa s-sustanza tagħha.

(6)

Għalhekk, il-verżjonijiet lingwistiċi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Irlandiż, bl-Iżvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven u bit-Taljan tar-Regolament Delegat (UE) 2024/857 jenħtieġ li jiġu kkoreġuti kif xieraq. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament Delegat (UE) 2024/857 huwa kkoreġut kif ġej:

(1)

l-Artikolu 1 huwa kkoreġut kif ġej:

(a)

il-punt 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(3)

‘rata tal-imgħax mingħajr riskju’ tfisser, għal munita partikolari, ir-rata tal-imgħax li tikkorrispondi għal maturità fuq kurva tar-rendiment, li ma tinkludix firxiet tal-kreditu jew firxiet tal-likwidità speċifiċi għall-istrument jew speċifiċi għall-entità;”;

(b)

il-punti 13 u 14 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“(13)

‘depożitu stabbli mingħajr maturità’ tfisser il-parti tad-depożitu mingħajr maturità li x’aktarx tibqa’ mhux prelevata skont ir-rati tal-imgħax fis-seħħ fi żmien l-applikazzjoni tal-metodoloġija standardizzata għall-ikklassifikar prudenzjali tal-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali;

(14)

‘rata pass-through’ tfisser il-perċentwal ta’ bidla fir-rata tal-imgħax tas-suq li istituzzjoni tassenja lil depożitu biex iżżomm l-istess livell ta’ depożiti stabbli skont ir-rati tal-imgħax fis-seħħ fi żmien l-applikazzjoni tal-metodoloġija standardizzata għall-ikklassifikar prudenzjali tal-ipprezzar mill-ġdid ta’ flussi tal-flus nozzjonali;”;

(2)

fl-Artikolu 9(2), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“L-istituzzjonijiet għandhom jistmaw dik ir-rata tal-prepagament medja b’mod separat għal kull portafoll ta’ pożizzjonijiet omoġenji fil-portafoll mhux tan-negozjar u skont l-istruttura tat-terminu fis-seħħ tar-rati tal-imgħax, fuq il-bażi tal-osservazzjonijiet interni disponibbli kollha.”;

(3)

(ma japplikax għal-lingwa Maltija);

(4)

fl-Artikolu 10(4), l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“L-istituzzjonijiet għandhom jistmaw dik ir-rata ta’ tifdija kumulattiva ta’ referenza tad-depożiti b’terminu b’mod separat għal kull portafoll ta’ prodotti omoġenji ddenominati f’munita u skont l-istruttura tat-terminu fis-seħħ tar-rati tal-imgħax, fuq il-bażi tal-osservazzjonijiet interni disponibbli kollha.”;

(5)

(ma japplikax għal-lingwa Maltija);

(6)

(ma japplikax għal-lingwa Maltija).

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2013/36/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2024/857 tal-1 ta’ Diċembru 2023 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw metodoloġija standardizzata u metodoloġija standardizzata ssimplifikata biex jiġu evalwati r-riskji li jirriżultaw minn bidliet potenzjali fir-rati tal-imgħax li jaffettwaw kemm il-valur ekonomiku tal-ekwità kif ukoll l-introjtu mill-imgħax nett ta’ attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar ta’ istituzzjoni (ĠU L, 2024/857, 24.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/857/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/1275/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)