<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-229/21</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021CJ0229</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:471">EU:C:2022:471</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>16</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas‑<DATE ISO="20220616">16.6.2022</DATE> – Kawża C‑229/21</HT></P><P><HT TYPE="SC">Port de Bruxelles u Région de Bruxelles-Capitale</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20220616">16 ta’ Ġunju 2022</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Netwerk trans-Ewropew tat-trasport</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) Nru 1315/2013</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 15(1)</KEYWORD><KEYWORD>Infrastruttura tat-trasport permezz ta’ passaġġi fuq l-ilma intern</KEYWORD><KEYWORD>Portijiet interni</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ Stat Membru li jiżgura l-konnessjoni bejn il-portijiet interni u l-infrastruttura ta’ trasport bit-triq u ta’ trasport ferrovjarju</KEYWORD><KEYWORD>Tneħħija tal-konnessjoni ma wieħed minn dawn iż-żewġ tipi ta’ infrastruttura ta’ trasport</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑229/21,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-cour d’appel de Bruxelles (il-Belġju), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20210323">23 ta’ Marzu 2021</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid‑<DATE ISO="20210409">9 ta’ April 2021</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Port de Bruxelles SA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Région de Bruxelles-Capitale</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Infrabel SA,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">FIF-FSI (Fonds d’Infrastructure Ferroviaire) SA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">État belge,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Région de Bruxelles-Capitale,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Port de Bruxelles SA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Lineas SA,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn E. Regan, President tal-Awla, I. Jarukaitis, M. Ilešič, D. Gratsias (Relatur) u Z. Csehi, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Richard de la Tour,</P><?PAGE NO="2"?><P>Reġistratur: C. Di Bella, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad‑<DATE ISO="20220119">19 ta’ Jannar 2022</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Port de Bruxelles SA, minn L. Depré u B. De Beys, avocats,</P></ITEM><ITEM><P>għar-Région de Brussell-Capitale, minn B. Cambier u T. Cambier, avocats,</P></ITEM><ITEM><P>għal Infrabel SA, minn M. Baetens-Spetschinsky u P.‑M. Louis, avocats,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Belġjan, minn S. Baeyens, P. Cottin, u C. Pochet, bħala aġenti, assistiti minn T. Eyskens, P. J. Geysens u A. Vandeburie, avocats,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn S. L. Kalėda, C. Vrignon u G. Wilms, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑<DATE ISO="20220331">31 ta’ Marzu 2022</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20131211">11 ta’ Diċembru 2013</DATE> dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="348" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 348, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ żewġ kawżi bejn, tal-ewwel, Port de Bruxelles SA u Infrabel SA, l-amministratur tal-infrastruttura ferrovjarja fil-Belġju, u tat-tieni, ir-Région de Bruxelles–Capitale (il-Belġju) u Infrabel, dwar talba mressqa minn Port de Bruxelles SA intiża sabiex jiġi ordnat lil Infrabel iżżomm fi stat perfett ta’ funzjonament l-uniku mezz ta’ aċċess ferrovjarju tal-port ta’ Brussell (il-Belġju) man-netwerk ferrovjarju Belġjan.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 7, 8 u 31 tar-Regolament Nru 1315/2013 jiddikjaraw:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>(7)</NO.P><TXT>Fil-parti l-kbira tiegħu, in-netwerk trans-Ewropew tat-trasport jikkonsisti f’infrastruttura eżistenti. Sabiex jintlaħqu b’mod sħiħ l-objettivi tal-politika l-ġdida għan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti uniformi dwar l-infrastruttura f’Regolament sabiex l-infrastruttura tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport tikkonforma magħhom.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>In-netwerk trans-Ewropew tat-trasport għandu jiġi żviluppat permezz tal-ħolqien ta’ infrastruttura ġdida tat-trasport, permezz tar-riabilitazzjoni u t-titjib tal-infrastruttura eżistenti u permezz ta’ miżuri li jippromwovu l-użu effiċjenti tiegħu mil-lat ta’ riżorsi. F’każijiet speċifiċi, minħabba n-nuqqas ta’ manutenzjoni regolari fl-imgħoddi, hija neċessarja<?PAGE NO="3"?> r-riabilitazzjoni tal-infrastruttura ferrovjarja. Ir-riabilitazzjoni hija proċess li jwassal għall-kisba tal-parametri tal-kostruzzjoni oriġinali ta’ faċilitajiet infrastrutturali ferrovjarji eżistenti kkumbinat mat-titjib fit-tul tal-kwalità tagħha meta mqabbla mal-istat attwali tiegħu f’konformità mal-applikazzjoni tar-rekwiżiti u d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(31)</NO.P><TXT>In-netwerk trans-Ewropew tat-trasport, minħabba l-iskala kbira tiegħu, għandu jipprovdi l-bażi għall-mobilizzazzjoni fuq skala kbira ta’ teknoloġiji ġodda u innovazzjoni, li, pereżempju, jistgħu jgħinu fit-titjib tal-effiċjenza ġenerali tas-settur Ewropew tat-trasport u jnaqqsu l-marka tal-karbonju tiegħu. Dan ser jikkontribwixxi għall-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 u għall-mira tal-White Paper [tal-Kummissjoni Ewropea tal‑<DATE ISO="20110701">1 ta’ Lulju 2011</DATE>, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> (COM(2011) 144 final)] ta’ tnaqqis ta’ 60 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal‑2050 (fuq bażi tal-livelli tal‑1990) u fl-istess ħin jikkontribwixxi biex jintlaħaq l-objettiv taż-żieda tas-sigurtà tal-karburanti għall-Unjoni. […]<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Suġġett<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprevedi fil-paragrafi 1 sa 3 tiegħu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament jistabbilixxi linji gwida għall-iżvilupp ta’ netwerk trans-Ewropew tat-trasport magħmul minn struttura b’żewġ livelli, li tikkonsisti min-netwerk komprensiv u min-netwerk ewlieni, fejn dan tal-aħħar jiġi stabbilit fuq il-bażi tan-netwerk komprensiv.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament jidentifika proġetti ta’ interess komuni u jispeċifika r-rekwiżiti li għandhom ikunu kkonformati għall-ġestjoni tal-infrastruttura tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-prijoritajiet għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament japplika għan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport kif jidher fil-mapep li jinsabu fl-Anness I. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-infrastruttura tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport, tikkonsisti mill-infrastruttura għat-trasport bil-ferrovija, għat-trasport f’passaġġi fuq l-ilma interni, għat-trasport bit-triq, għat-trasport marittimu, għat-trasport bl-ajru u għat-trasport multimodali, kif stabbilit fit-taqsimiet rilevanti tal-Kapitolu II.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>proġett ta’ interess komuni<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser kwalunkwe proġett imwettaq skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u f’konformità mad-dispożizzjonijiet tiegħu;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><?PAGE NO="4"?><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(n)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>trasport multimodali<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tfisser it-trasport ta’ passiġġieri jew merkanzija, jew tat-tnejn li huma, bl-użu ta’ żewġ mezzi ta’ trasport jew aktar;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(p)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>nodu urban<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> tfisser żona urbana fejn l-infrastruttura tat-trasport tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport, bħal portijiet li jinkludu terminals tal-passsiġġieri, ajruporti, stazzjonijiet ferrovjarji, pjattaformi loġistiċi u terminals tal-merkanzija li jinsabu f’żoni urbani, u madwarhom hija konnessa ma’ partijiet oħrajn ta’ dik l-infrastruttura u mal-infrastruttura għat-traffiku reġjonali u lokali;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(s)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>terminal tal-merkanzija<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/> tfisser struttura mgħammra għat-trasbord bejn tal-anqas żewġ mezzi ta’ trasport jew bejn żewġ sistemi ferrovjarji differenti, u għall-ħżin temporanju tal-merkanzija bħal portijiet, portijiet interni, ajruporti u terminals stradali-ferrovjarji;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1315/2003, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Objettivi tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>In-netwerk trans-Ewropew tat-trasport għandu jsaħħaħ il-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali tal-Unjoni u jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ żona unika ta’ trasport Ewropew li tkun effiċjenti u sostenibbli, li żżid il-benefiċċji għall-utenti tagħha u tappoġġa t-tkabbir inklussiv. Huwa għandu juri valur miżjud Ewropew billi jikkontribbwixxi għall-objettivi mniżżla fl-erba’ kategoriji li ġejjin:</P><P>[…]</P><P>(b) effiċjenza permezz ta’:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(iii)</NO.P><TXT>l-aħjar integrazzjoni u interkonnessjoni tal-mezzi kollha tat-trasport;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(v)</NO.P><TXT>użu effiċjenti ta’ infrastruttura ġdida u eżistenti;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><P>(c) sostenibbiltà permezz ta’:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>kontribut għall-objettivi ta’ emissjonijiet baxxi ta’ gassijiet serra, trasport nadif u b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju, sigurtà tal-karburant, tnaqqis ta’ kostijiet esterni u protezzjoni ambjentali;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><NP><NO.P>(iii)</NO.P><TXT>promozzjoni ta’ trasport b’karbonju baxx bil-għan li jintlaħaq it-tnaqqis sinifikanti tal-emissjonijiet CO<HT TYPE="SUB">2</HT> sal‑2050, f’konformità mal-miri rilevanti tal-Unjoni ta’ tnaqqis ta’ CO<HT TYPE="SUB">2</HT>;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></ALINEA></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Netwerk b’użu effiċjenti ta’ riżorsi<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>In-netwerk trans-Ewropew tat-trasport għandu jkun ippjanat, żviluppat u operat b’użu effiċjenti mil-lat ta’ riżorsi, permezz ta’:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-iżvilupp, it-titjib u l-manutenzjoni tal-infrastruttura tat-trasport eżistenti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>it-titjib tal-integrazzjoni u l-interkonnessjoni tal-infrastruttura;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Struttura tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport fuq żewġ livelli<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, huwa redatt b’dan il-kliem:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-iżvilupp gradwali tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport għandu jintlaħaq, b’mod partikolari, bl-implimentazzjoni ta’ struttura fuq żewġ livelli għal dak in-netwerk b’approċċ metodoloġiku koerenti u trasparenti, li jinkludi netwerk komprensiv u netwerk ewlieni.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>In-netwerk komprensiv għandu jikkonsisti mill-infrastrutturi kollha eżistenti u ppjanati tat-trasport tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport kif ukoll miżuri li jippromwovu l-użu effiċjenti u soċjalment u ambjentalment sostenibbli ta’ infrastrutturi bħal dawn. Għandu jiġi identifikat u żviluppat f’konformità mal-Kapitolu II.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>In-netwerk ewlieni għandu jikkonsisti f’dawk il-partijiet tan-netwerk komprensiv li huma tal-ogħla importanza strateġika għall-ilħuq tal-għanijiet għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropewt tat-trasport. Għandu jiġi identifikat u żviluppat f’konformità mal-Kapitolu III.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-Kapitolu II tar-Regolament Nru 1315/2013, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>In-netwerk komprensiv<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, jinkludi l-Artikoli 9 sa 37. L-Artikolu 9 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Dispożizzjonijiet ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, jiddikjara, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>In-netwerk komprensiv għandu:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>jissodisfa r-rekwiżiti għall-infrastrutturi tat-trasport stabbiliti f’dan il-Kapitolu;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Prijoritajiet ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, jipprevdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Fl-iżvilupp tan-netwerk komprensiv, għandha tingħata prijorità ġenerali lil miżuri li huma meħtieġa biex:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>tiġi żgurata l-aħjar integrazzjoni tal-mezzi ta’ trasport u interoperabbiltà fil-mezzi ta’ trasport;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Rekwiżiti għall-infrastruttura tat-trasport<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>It-terminals tat-trasport tal-merkanzija għandhom ikunu konnessi mal-infrastruttura tat-toroq jew, fejn possibbli, mal-infrastruttura tal-passaġġ fuq l-ilma intern tan-netwerk komprensiv.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></P></ALINEA></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1315/2013, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Prijoritajiet għall-iżvilupp tal-infrastruttura ferrovjarja<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Fil-promozzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni relatati mal-infrastruttura ferrovjarja u b’żieda mal-prijoritajiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 10, għandha tingħata prijorità lill-aspetti li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>fejn adatt, il-konnessjoni tal-infrastruttura tat-trasport ferrovjarju mal-infrastruttura ta’ port ta’ passaġġ fuq l-ilma intern.<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 14 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Komponenti tal-infrastruttura<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, jipprevedi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>L-infrastruttura tal-passaġġi fuq l-ilma interni għandha tinkludi b’mod partikolari:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>portijiet interni inkluża l-infrastruttura meħtieġa għall-operazzjonijiet tat-trasport fiż-żona tal-port;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Rekwiżiti għall-infrastruttura tat-trasport<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-portijiet interni jkunu konnessi mal-infrastruttura tat-toroq jew dik ferrovjarja.<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 16 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>Prijoritajiet għall-iżvilupp tal-infrastruttura tal-passaġġi fuq l-ilma interni<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>Fil-promozzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni relatati mal-infrastrutturi tal-passaġġi fuq l-ilma interni u b’żieda mal-prijoritajiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 10, għandha tingħata prijorità lill-dawn li ġejjin:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>il-konnessjoni tal-infrastruttura tal-portijiet interni mal-infrastruttura tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija u dik tat-trasport bit-triq.</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/></P></ALINEA></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 19 tar-Regolament Nru 1315/2013, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>Prijoritajiet għall-iżvilupp tal-infrastruttura tat-trasport bit-triq<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>Fil-promozzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni relatati mal-infrastruttura tat-toroq u b’żieda mal-prijoritajiet ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 10, għandha tingħata prijorità lil dawn li ġejjin:</P><P>[…]</P><P>(e) il-mitigazzjoni tal-konġestjoni fit-toroq eżistenti.<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/></P></ALINEA></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 28 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>Rekwiżiti għall-infrastruttura tat-trasport<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw, b’mod ġust u mhux diskriminatorju, li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-mezzi tat-trasport ikunu konnessi fi kwalunkwe post minn dawn li ġejjin: terminals tal-merkanzija, stazzjonijiet tal-passiġġieri, portijiet interni, ajruporti u portijiet marittimi li permezz tagħhom ikun possibbli t-trasport multimodali tal-passiġġieri u tal-merkanzija;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/></P></ALINEA></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Artikolu 30 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>Nodi urbani<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, jipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>Meta jkunu qegħdin jiżviluppaw in-netwerk komprensiv fin-nodi urbani, l-Istati Membri għandhom, fejn fattibbli, ikollhom l-għan li jiżguraw:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>għat-trasport tal-passiġġieri: interkonnessjoni bejn l-infrastruttura ferrovjarja, tat-toroq, tal-ajru u, kif xieraq, tal-passaġġi fuq l-ilma interni u dik marittima tan-netwerk komprensiv;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>għat-trasport tal-merkanzija: interkonnessjoni bejn l-infrastruttura ferrovjarja, tat-toroq, u kif xieraq, tal-passaġġi fuq l-ilma interni, u dik marittima u tal-ajru tan-netwerk komprensiv;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/></P></ALINEA></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>L-Artikolu 38 tar-Regolament Nru 1315/2013, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>Identifikazzjoni tan-netwerk ewlieni<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, jiddikjara, fil-paragrafu 1;</TXT><?PAGE NO="8"?><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>In-netwerk ewlieni, kif jidher fuq il-mapep li jinsabu fl-Anness I, għandu jikkonsisti minn dawk il-partijiet tan-netwerk komprensiv li huma tal-ogħla importanza mil-lat strateġiku sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport, u għandu jirrifletti d-domanda tat-traffiku li qed tevolvi u l-ħtieġa għal trasport multimodali. […]<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Mill-Annessi I u II ta’ dan ir-regolament jirriżulta li l-infrastruttura portwali tal-port ta’ Brussell tintegra ruħha fin-netwerk ewlieni fis-sens tal-Artikolu 6(1) u (3) tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kawża prinċipali u d‑domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Port de Bruxelles SA hija inkarigata mill-ġestjoni, mill-operat u mill-iżvilupp tal-kanal, tal-port ta’ Brussell, tal-avanport, tal-installazzjonijiet portwali u tad-dipendenzi tagħhom fir-Reġjun ta’ Bruxelles-Capitale.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Infrabel topera n-netwerk ferrovjarju Belġjan u hija l-proprjetarja tal-linji tal-ferrovija kif ukoll tal-assi neċessarji jew utli għal dan l-operat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>FIF-FSI SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>FIF<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>) hija inkarigata mill-ġestjoni u mill-valorizzazzjoni tal-artijiet u minn attivitajiet kummerċjali oħra fil-qasam tal-iżvilupp, tax-xiri u tal-bejgħ, tal-ġestjoni kif ukoll tal-finanzjament tal-proprjetà immobbli. Il-kapital kollu tagħha huwa indirettament miżmum mill-Istat Belġjan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Żewġ digrieti rjali tal‑<DATE ISO="20040614">14 ta’ Ġunju 2004</DATE> (Moniteur belge tal‑<DATE ISO="20040614">14 ta’ Ġunju 2004</DATE>, p. 51971) u tat‑<DATE ISO="20041230">30 ta’ Diċembru 2004</DATE> (Moniteur belge tat‑<DATE ISO="20041230">30 ta’ Diċembru 2004</DATE>, p. 87338) jimponu fuq Infrabel tipproċedi, sa mhux iktar tard mill‑<DATE ISO="20201231">31 ta’ Diċembru 2020</DATE>, għad-dekummissjonar tal-installazzjonijiet ferrovjarji li jinsabu fis-sit imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>Schaerbeek-Formation<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> fi Brussell (il-Belġju) u r-ripristinament tiegħu sabiex dan is-sit jiġi ttrasferit lil FIF liberu minn kull okkupazzjoni. Din tal-aħħar għandha d-dritt titlob kumpens finanzjarju fil-każ ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ dawn ix-xogħlijiet minn Infrabel fit-termini previsti. Fost l-installazzjonijiet li għandhom jiġu żmantellati hemm dawk li jikkostitwixxu l-unika konnessjoni ferrovjarja tal-installazzjonijiet portwali tal-port ta’ Brussell man-netwerk ferrovjarju Belġjan (iktar ’il quddiem is- <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>servizz ferrovjarja inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20181012">12 ta’ Ottubru 2018</DATE>, Port de Bruxelles SA ħarrket lil Infrabel quddiem it-tribunal de première instance francophone de Bruxelles (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Brussell bil-lingwa Franċiża, il-Belġju), sabiex din tal-aħħar tiġi pprojbita <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>milli twettaq kull att kuntrarju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1315/2013 […], inkluż li tipproċedi għad-dekummissjonar tal-bini u tal-installazzjonijiet imsemmija minn [dan ir-regolament] u b’mod partikolari s-servizz ferrovjarju [inkwistjoni]<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20181030">30 ta’ Ottubru 2018</DATE>, Infrabel ħarrket lil FIF f’intervent forzat. L-Istat Belġjan intervjena volontarjament għall-proċedura fit‑<DATE ISO="20181113">13 ta’ Novembru 2018</DATE>, sabiex is-sentenza li għandha tingħata tiġi invokata kontrih. Ir-Région de Bruxelles-Capitale u Lineas SA intervjenew ukoll fil-proċedura insostenn tat-talbiet ta’ Port de Bruxelles SA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20190314">14 ta’ Marzu 2019</DATE>, Port de Bruxelles SA talbet lit-tribunal de première instance francophone de Bruxelles (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Brussell bil-lingwa Franċiża), bħala miżura provviżorja, tipprojbixxi lil Infrabel, fl-istennija ta’ deċiżjoni definittiva fuq il-mertu tal-kawża, milli tipproċedi b’mod partikolari bit-twaqqif mis-servizz kif ukoll bid-dekummissjonar tas-servizz<?PAGE NO="9"?> ferrovjarju inkwistjoni, u biex tordnaha żżommu fi stat perfett ta’ funzjonament. Min-naħa tagħha, Infrabel talbet b’mod partikolari lit-tribunal de première instance francophone de Bruxelles (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Brussell bil-lingwa Franċiża), fil-każ li din tal-aħħar tilqa’ t-talba għal miżuri provviżorji u fejn Infrabel tiġi prekluża milli teżegwixxi x-xogħlijiet previsti mid-digriet irjali tat‑<DATE ISO="20041230">30 ta’ Diċembru 2004</DATE>, tipprojbixxi lil FIF milli titlobha kumpens sakemm tingħata deċiżjoni fuq il-mertu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20191105">5 ta’ Novembru 2019</DATE>, matul il-proċedura, FIF u Infrabel ikkonkludew ftehim li permezz tiegħu huma, b’mod partikolari, ipposponew għat‑<DATE ISO="20210630">30 ta’ Ġunju 2021</DATE> id-data li fiha d-dekummissjonar tas-servizz ferrovjarju inkwistjoni kellu jiġi konkluż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tal‑<DATE ISO="20191220">20 ta’ Diċembru 2019</DATE>, it-tribunal de première instance francophone de Bruxelles (il-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Brussell bil-lingwa Franċiża) iddikjara l-azzjoni ta’ Port de Bruxelles SA inammissibbli, ħlief sa fejn din tal-aħħar tinvoka l-eżistenza ta’ servitù insostenn ta’ din l-azzjoni. Barra minn hekk, hija ċaħdet it-talba għal miżuri provviżorji ta’ Port de Bruxelles SA, għar-raġuni li l-impenn meħud minn Infrabel fil-ftehim konkluż ma’ FIF fil‑<DATE ISO="20191105">5 ta’ Novembru 2019</DATE> kien biżżejjed sabiex jirregola provviżorjament is-sitwazzjoni tal-partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Port de Bruxelles SA u r-Région de Bruxelles-Capitale kull waħda appellaw minn din is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju, il-cour d’appel de Bruxelles (il-Qorti tal-Appell ta’ Brussell, il-Belġju), li, wara li kkonstatat li la Port de Bruxelles SA u lanqas ir-Reġjun ta’ Bruxelles-Capitale ma kienu ressqu appell kontra l-Istat Belġjan u FIF konformement mar-regoli proċedurali nazzjonali, iddeċidiet li dawn l-aħħar żewġ partijiet kellhom jiġu esklużi. Barra minn hekk mid-dispożittiv tat-talba għal deċiżjoni preliminari jirriżulta li l-qorti tar-rinviju għaqqdet iż-żewġ proċeduri pendenti quddiemha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-Qorti tar-rinviju tistaqsi dwar id-dritt, għal Port de Bruxelles SA, li tinvoka, quddiem il-qrati Belġjani, dritt suġġettiv li jirriżulta mill-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 1315/2013. Hija tesponi li, skont l-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni ssuġġerita minn Port de Bruxelles SA, din timponi fuq l-Istati Membri, minn naħa, obbligu pożittiv, marbut mal-implimentazzjoni ta’ sistema fejn l-infrastruttura ta’ trasport tkun interkonnessa u li fil-kuntest tagħha l-Istati Membri jkollhom setgħa diskrezzjonali, kif ukoll, min-naħa l-oħra, obbligu negattiv, li jipprojbixxilhom milli jaġixxu b’mod li jmur kontra l-għanijiet ta’ dan ir-regolament, b’mod partikolari billi jippreġudikaw l-integrità tal-infrastruttura ta’ trasport fis-seħħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Infrabel issostni li dan l-Artikolu 15 ma jistax jiġi interpretat fis-sens issuġġerit minn Port de Bruxelles SA. Fil-fatt, skont il-kliem tal-imsemmija dispożizzjoni, b’mod partikolari fil-verżjoni tagħha bil-lingwa Franċiża, il-portijiet interni għandhom jiġu konnessi jew ma’ infrastruttura ta’ trasport bit-triq jew ma’ infrastruttura ta’ trasport ferrovjarju peress li din il-verżjoni lingwistika tuża l-konġuzzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>ou<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> (jew).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tirrileva li l-verżjoni bil-lingwa Olandiża tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 1315/2013 ma tużax il-konġunzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>jew<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>, iżda <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>u<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>. Minn dan hija tiddeduċi li l-interpretazzjoni litterali ta’ din id-dispożizzjoni ma hijiex biżżejjed sabiex jiġi ddeterminat is-sens eżatt tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Skont din il-qorti, l-imsemmija dispożizzjoni tista’ tingħata żewġ interpretazzjonijiet kunfliġġenti. Fil-fatt, mill-Artikolu 3(n) u mill-Artikolu 28(1) ta’ dan ir-regolament jista’ jiġi dedott li l-konnessjoni ta’ infrastruttura ta’ trasport permezz ta’ passaġġi fuq l-ilma interni, bħal port<?PAGE NO="10"?> intern, ma’ tip wieħed ta’ infrastruttura oħra ta’ trasport hija biżżejjed sabiex l-obbligu jiġi ssodisfatt u li, f’dan il-każ, Port de Bruxelles SA għandha tkun issodisfatta bil-konnessjoni tal-infrastruttura portwali tagħha mal-infrastruttura ta’ trasport bit-triq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Madankollu, tista’ tiġi sostnuta interpretazzjoni differenti tal-Artikolu 15 tal-imsemmi regolament. Fil-fatt, mill-impenji tal-Kummissjoni li jinsabu fil-White paper tagħha, imsemmija b’mod partikolari fil-premessa 31 tal-istess regolament, kif ukoll mir-Regolament Nru 1315/2013 innifsu, jirriżulta li l-għanijiet ta’ dan tal-aħħar huma ta’ żewġ tipi, jiġifieri li tissaħħaħ il-kompetittività tat-trasport u li jitnaqqsu b’minn tal-inqas 60 %, sal‑2050, l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġġenerati mit-trasport meta mqabbla mal-livelli tal‑1990. Barra minn hekk, interpretazzjoni tal-Artikolu 15 tal-imsemmi regolament, fis-sens li jipprojbixxi d-dekummissjonar ta’ konnessjoni ferrovjarja f’ċirkustanzi bħal dawk tal-każ ineżami tista’ tkun tistrieħ, b’mod partikolari, fuq l-Artikoli 5, 10 u 16 ta’ dan l-istess regolament, kif ukoll fuq il-linji gwida esposti fil-premessi 7 u 8 tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-cour d’appell de Bruxelles (il-Qorti tal-Appell ta’ Brussell) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal‑Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>Meta port intern – li jifforma parti min-network ċentrali [netwerk ewlieni] – ikun diġà konness mal-infrastruttura tat-toroq u man-network ferrovjarju, l-Artikolu 15 tar-Regolament [Nru 1315/2013], moqri waħdu jew flimkien ma’ dispożizzjonijiet oħra tar-regolament, jimponi l-obbligu ta’ żamma u ta’ manteniment ta’ dawn iż-żewġ rotot jew l-obbligu li ma titneħħiex waħda minnhom, anki jekk minħabba sempliċi nuqqas ta’ manteniment?<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑proċedura quddiem il‑Qorti tal‑Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju talbet, fuq il-bażi tal-Artikolu 105(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, li din il-kawża tiġi suġġetta għal proċedura mħaffa. Insostenn ta’ din it-talba, hija ssostni li, sabiex tiġi żgurata l-effettività ta’ din is-sentenza, hija pprojbixxiet lil Infrabel milli tiżmantella s-servizz ferrovjarju inkwistjoni sakemm il-kawża tinqata’ mill-ġdid, wara li tkun irċeviet ir-rispota tal-Qorti tal-Ġustizzja għad-domanda magħmula. Issa, din l-istess kumpannija hija bħala prinċipju marbuta, mill‑<DATE ISO="20210701">1 ta’ Lulju 2021</DATE>, tħallas kumpens lil FIF preċiżament minħabba d-dewmien fid-dekummissjonar ta’ dan is-servizz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>L-Artikolu 105(1) tar-Regoli tal-Proċedura jipprevedi li, fuq talba tal-qorti tar-rinviju jew, f’każijiet eċċezzjonali, <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja jista’, wara li jinstemgħu l-Imħallef Relatur u l-Avukat Ġenerali, jiddeċiedi li jissuġġetta rinviju għal deċiżjoni preliminari għal proċedura mħaffa meta n-natura tal-kawża tirrikjedi li tiġi ttrattata f’qasir żmien.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li tali proċedura mħaffa tikkostitwixxi strument proċedurali intiż li jissodisfa sitwazzjoni ta’ urġenza straordinarja (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20220322">22 ta’ Marzu 2022</DATE>, <NAME.CASE>Prokurator Generalny <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (Awla Dixxiplinari tal-Qorti Suprema – Ħatra)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑508/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:201">EU:C:2022:201</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fl‑<DATE ISO="20210504">4 ta’ Mejju 2021</DATE>, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ddeċieda, wara li nstemgħu l-Imħallef Relatur u l-Avukat Ġenerali, li ma kienx hemm lok li tintlaqa’ t-talba msemmija fil-punt 38 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, sempliċi interessi ekonomiċi, ikunu kemm ikunu importanti u leġittimi, ma humiex ta’ natura li jiġġustifikaw, waħedhom, l-użu ta’ proċedura mħaffa (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20211111">11 ta’ Novembru 2021</DATE>, <NAME.CASE>Energieversorgungscenter Dresden-Wilschdorf</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑938/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:908">EU:C:2021:908</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Barra minn hekk, anki fil-każ li din il-kawża tkun suġġetta għall-proċedura mħaffa, ir-risposta tal-Qorti tal-Ġustizzja għad-domanda magħmula ma tistax, fi kwalunkwe każ, issir qabel it‑<DATE ISO="20210630">30 ta’ Ġunju 2021</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal-istess jum, il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja madankollu ddeċieda li l-informazzjoni trażmessa mill-qorti tar-rinviju kienet tiġġustifika trattament prijoritarju tal-kawża taħt l-Artikolu 53(3) tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ammissibbiltà tat‑talba għal deċiżjoni preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, Infrabel issostni, essenzjalment, li Port de Bruxelles SA ma tistax, fi kwalunkwe każ, tinvoka favuriha, fil-kuntest tal-kawża prinċipali, l-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 1315/2013, peress li din id-dispożizzjoni tirrikonoxxi lill-Istati Membri marġni ta’ diskrezzjoni għall-implimentazzjoni tagħha. Fil-fatt, l-eżistenza ta’ tali marġni ta’ diskrezzjoni tipprekludi li, fin-nuqqas ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni adottati mill-Istat Membru kkonċernat, individwu jkun jista’ jinvoka direttament id-drittijiet li jirriżultaw mill-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Sa fejn dan l-argument għandu jinftiehem fis-sens li, permezz tiegħu, Infrabel tqiegħed inkwistjoni r-rilevanza tad-domanda preliminari għall-finijiet tas-soluzzjoni tal-kawża prinċipali u, għaldaqstant, l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari, dan ma jistax jintlaqa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, għandu jitfakkar li, bis-saħħa tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE, ir-Regolament huwa vinkolanti fl-elementi kollha tiegħu u li huwa direttament applikabbli f’kull Stat Membru. B’hekk, minħabba s-sempliċi natura tagħhom u funzjoni tagħhom fis-sistema ta’ sorsi tad-dritt tal-Unjoni, id-dispożizzjonijiet tar-regolamenti għandhom, bħala regola ġenerali, effett immedjat fl-ordinamenti ġuridiċi nazzjonali mingħajr ma jkun neċessarju li l-awtoritajiet nazzjonali jadottaw miżuri ta’ applikazzjoni (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200122">22 ta’ Jannar 2020</DATE>, <NAME.CASE>Ursa Major Services</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑814/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:27">EU:C:2020:27</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-kwistjoni dwar jekk l-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 1315/2013 jipprekludix, bħala prinċipju, it-tneħħija tal-konnessjoni ferrovjarja ta’ port intern f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, jew jekk jirrikonoxxix lill-Istati Membri marġni ta’ diskrezzjoni f’dan il-qasam tikkostitwixxi, preċiżament, is-suġġett tad-domanda preliminari, b’tali mod li n-natura ammissibbli tat-talba għal deċiżjoni preliminari ma tistax titqiegħed inkwistjoni għar-raġuni invokata minn Infrabel.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 1315/2013 għandux jiġi interpretat fis-sens li, meta port intern li jaqa’ taħt in-netwerk ewlieni, fis-sens tal-Artikolu 6(1) u (3) u tal-Artikolu 38 ta’ dan ir-regolament, ikollu konnessjonijiet kemm ma’ infrastrutturi ta’ trasport bit-triq kif ukoll ma’ infrastrutturi ta’ trasport ferrovjarju, jipprekludi t-tneħħija ta’ wieħed minn dawn iż-żewġ tipi ta’ konnessjonijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat, preliminarjament, li għalkemm l-Artikolu 15(1) tal-imsemmi regolament jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-portijiet interni jkunu konnessi mal-infrastruttura tat-toroq jew ferrovjarja u għalhekk jikkonċerna l-portijiet interni, id-domanda preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni f’ċirkustanzi fejn tali port, bħall-port ta’ Brussell, jaqa’ taħt in-netwerk ċentrali, fis-sens ta’ dan l-istess regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Issa, dan l-Artikolu 15 jinsab fil-Kapitolu II tar-Regolament Nru 1315/2013 dwar, skont it-titolu tiegħu, in-netwerk komprensiv, li jissemma fl-Artikolu 6(2) ta’ dan ir-regolament. Kif jirriżulta mill-Artikolu 6(3) u mill-Artikolu 38(1) tal-imsemmi regolament, in-netwerk ewlieni jikkonsisti mill-partijiet tan-netwerk komprensiv li huma tal-ogħla importanza strateġika sabiex jintlaħqu l-għanijiet għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropewt tat-trasport.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Għalkemm jirriżulta inkontestabbilment minn dawn l-aħħar dispożizzjonijiet li l-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 1315/2003 japplika fil-każ ta’ port intern li jaqa’ taħt in-netwerk ewlieni, xorta jibqa’ l-fatt li huwa applikabbli b’mod iktar ġenerali għal kull port intern tan-netwerk komprensiv, irrispettivament minn jekk jaqax b’mod partikolari taħt in-netwerk ewlieni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Konsegwentement, hemm lok li tiġi eżaminata d-domanda magħmula sa fejn din tirrigwarda port intern li jaqa’ taħt in-netwerk komprensiv, fis-sens tal-Artikolu 6(1) u (2) tar-Regolament Nru 1315/2013, u li diġà għandu konnessjonijiet kemm ma’ infrastruttura tat-trasport bit-triq kif ukoll ma’ infrastruttura tat-trasport ferrovjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Konformement mal-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex tiġi interpretata dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, ma għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni biss il-kliem ta’ din id-dispożizzjoni iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet li għandhom jintlaħqu mil-leġiżlazzjoni li minnha tagħmel parti (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200128">28 ta’ Jannar 2020</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Italja (Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tardiv)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑122/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:41">EU:C:2020:41</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-kliem tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 1315/2013, għandu jiġi kkonstatat li, kif enfasizzaw ġustament rispettivament il-qorti tar-rinviju u l-Gvern Belġjan, il-verżjonijiet bil-lingwa Olandiża u Bulgara ta’ din id-dispożizzjoni jużaw, bejn it-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>infrastruttura tat-toroq<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> u t-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>ferrovjarji<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>, il-konġunzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>u<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>, li jagħti x’jifhem li l-Istati Membri huma obbligati jiżguraw li l-portijiet iżommu l-konnessjonijiet eżistenti jagħtuhom aċċess għal infrastruttura kemm tat-toroq kif ukoll ferrovjarja. Min-naħa l-oħra, b’mod partikolari bil-lingwa Ġermaniża, Griega, Ingliża, Franċiża, Irlandiża, Taljana, Litwana, Ungeriża u Slovena, tintuża l-konġunzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>jew<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-verżjonijiet lingwistiċi differenti ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni huma awtorevoli ugwalment u ma tistax tingħata natura prijoritarja lil waħda minn fosthom fil-konfront tal-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra peress li d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati u applikati b’mod uniformi fid-dawl tal-verżjonijiet stabbiliti fil-lingwi kollha tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20211006">6 ta’ Ottubru 2021</DATE>, <NAME.CASE>Consorzio Italian Management u Catania Multiservizi</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑561/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:799">EU:C:2021:799</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>B’hekk, fil-każ ta’ diskrepanza bejn il-verżjonijiet lingwistiċi differenti ta’ test tal-Unjoni Ewropea, id-dispożizzjoni inkwistjoni għandha tiġi interpretata skont il-kuntest u l-għan tal-leġiżlazzjoni li minnha tagħmel parti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20220428">28 ta’ April 2022</DATE>, <NAME.CASE>Yieh United Steel vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑79/20 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:305">EU:C:2022:305</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0099">99</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat li s-sempliċi formulazzjoni tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 1315/2013 ma tippermettix li jiġi ddeterminat jekk, fil-każ ta’ port intern li jaqa’ taħt in-netwerk komprensiv li diġà għandu konnessjonijiet kemm ma’ infrastruttura ta’ trasport bit-triq kif ukoll ma’ infrastruttura ta’ trasport ferrovjarju, huwiex permess lill-Istat Membru kkonċernat ineħħi waħda minn dawn iż-żewġ konnessjonijiet sabiex iżomm biss l-oħra, ġaladarba l-obbligu għall-Istat Membru kkonċernat, previst minn din id-dispożizzjoni, li jiżgura li l-port intern inkwistjoni jkun koness <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>mal-infrastruttura tat-toroq jew dik ferrovjarja<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>, jista’ jinftiehem ukoll fis-sens li dan l-Istat Membru għandu jagħti attenzjoni partikolari għal konnessjoni jew oħra minn dawn it-tnejn skont il-ħtiġijiet tiegħu b’mod partikolari fil-qasam tal-manutenzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-kuntest li fih jidħol l-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 1315/2013, għandu jiġi rrilevat li, kif jipprevedi l-Artikolu 1(1) tiegħu, dan ir-regolament għandu l-għan li jistabbilixxi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>linji gwida għall-iżvilupp ta’ netwerk trans-Ewropew tat-trasport magħmul minn struttura b’żewġ livelli, li tikkonsisti min-netwerk komprensiv u min-netwerk ewlieni, fejn dan tal-aħħar jiġi stabbilit fuq il-bażi tan-netwerk komprensiv.<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 10(1)(b) tal-istess regolament, li jagħmel parti mill-Kapitolu II dwar in-netwerk komprensiv, jirriżulta li, waqt l-iżvilupp tan-netwerk komprensiv, il-prijorità ġenerali tingħata b’mod partikolari lill-miżuri neċessarji bil-għan, b’mod partikolari, li tiġi żgurata integrazzjoni ottimali tal-mezzi ta’ trasport u l-interoperabbiltà bejniethom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II tar-Regolament Nru 1315/2013, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 9 u 10 tiegħu, huma miġbura f’seba’ taqsimiet, fosthom it-Taqsima 1, dwar l-infrastruttura tat-trasport ferrovjarju, it-Taqsima 2, dwar l-infrastruttura tat-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni, li tinkludi l-Artikolu 15, ikkonċernat mid-domanda preliminari, it-Taqsima 3, dwar l-infrastruttura tat-trasport bit-triq, it-Taqsima 6, dwar l-infrastruttura għat-trasport multimodali u, fl-aħħar nett, it-Taqsima 7, li tiġbor dispożizzjonijiet komuni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-infrastruttura tat-trasport ferrovjarju, l-Artikolu 12(1) tar-Regolament Nru 1315/2013 jipprevedi li t-terminals tat-trasport tal-merkanzija għandhom ikunu konnessi mal-infrastruttura tat-toroq jew, fejn possibbli, mal-infrastruttura tal-passaġġi fuq l-ilma interni tan-netwerk komprensiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-Artikolu 13(f) ta’ dan ir-regolament jirriżulta li, fil-kuntest tal-promozzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni marbuta mal-infrastruttura ferrovjarja għandha tingħata prijorità, jekk ikun il-każ, għall-konnessjoni tal-infrastruttura tat-trasport ferrovjarju mal-infrastruttura portwali tal-passaġġi fuq l-ilma interni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Bl-istess mod, fir-rigward tal-infrastruttura tat-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni, l-Artikolu 16 (d) tal-imsemmi regolament jipprevedi li, fil-kuntest tal-promozzjoni ta’ proġetti ta’ interessi komuni marbuta mal-infrastruttura tal-passaġġi fuq l-ilma interni, il-prijorità tingħata b’mod partikolari għall-konnessjoni tal-infrastruttura portwali interna mal-infrastruttura tat-trasport ferrovjarju ta’ merkanzija u ta’ trasport bit-triq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-infrastruttura tat-trasport bit-triq, l-Artikolu 19(e) tal-istess regolament jipprovdi li, fil-kuntest tal-promozzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni marbuta ma’ din l-infrastruttura, il-prijorità tingħata b’mod partikolari għall-mitigazzjoni tal-konġestjoni tan-netwerk tat-toroq attwali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-infrastruttura għat-trasport multimodali, fis-sens tal-Artikolu 3(n) tar-Regolament Nru 1315/2013, l-Artikolu 28(1)(a) tiegħu jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw, b’mod ġust u nondiskriminatorju, li l-modi ta’ trasport ikunu konnessi ma’ mill-inqas komponent wieħed fost it-terminals tal-merkanzija, l-istazzjonijiet tal-passiġġieri, il-portijiet interni, l-ajruporti u l-portijiet marittimi, sabiex jippermettu t-trasport multimodali ta’ passiġġieri u ta’ merkanzija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Għandu jissemma wkoll, skont id-dispożizzjonijiet komuni, l-Artikolu 30 tar-Regolament Nru 1315/2013, dwar in-nodi urbani, iddefiniti fl-Artikolu 3(p) tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Mill-imsemmi Artikolu 30(a) u (b) jirriżulta li, fil-kuntest tal-iżvilupp tan-netwerk komprensiv fin-nodi urbani, l-Istati Membri għandhom jiżguraw, sa fejn ikun possibbli, l-interkonnessjoni bejn, b’mod partikolari, l-infrastruttura ferrovjarja, tat-toroq u, jekk ikun il-każ, ta’ navigazzjoni interna, kemm għat-trasport tal-passiġġieri kif ukoll għat-trasport tal-merkanzija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Għalhekk mid-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punti 59 sa 68 ta’ din is-sentenza jista’ jiġi dedott li, għalkemm ir-Regolament Nru 1315/2013 ma jimponix fuq l-Istati Membri obbligu ta’ riżultat intiż li jiżgura, fil-każijiet kollha, il-konnessjoni tal-portijiet interni li jaqgħu taħt in-netwerk komprensiv kemm mal-infrastruttura tat-trasport bit-triq kif ukoll mal-infrastruttura tat-trasport ferrovjarju, dan ir-regolament jirrakkomanda l-istabbiliment, sa fejn ikun possibbli, ta’ diversi konnessjonijiet ta’ tali portijiet ma’ tipi oħra ta’ infrastruttura ta’ trasport.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat li kemm il-premessi 7 u 8 tal-imsemmi regolament kif ukoll l-Artikolu 4(b)(v), l-Artikolu 5(1)(a) u l-Artikolu 6(2) ta’ dan l-istess regolament jagħmlu distinzjoni bejn l-infrastruttura <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>eżistenti<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> u l-infrastruttura <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>ġdida<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>ippjanata<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>. Din id-distinzjoni timmilita favur riflessjoni tagħha fid-definizzjoni tal-portata tal-obbligi tal-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>L-analiżi tal-kuntest li fih jidħol l-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 1315/2013 twassal, għalhekk, biex jiġi kkunsidrat li din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li, bħala prinċipju, hija tipprekludi t-tneħħija, fejn jirrigwarda port intern li diġà għandu konnessjonijiet kemm ma’ infrastruttura tat-trasport bit-triq kif ukoll għal infrastruttura tat-trasport ferrovjarju, tal-konnessjoni tagħha ma’ wieħed minn dawn iż-żewġ tipi ta’ infrastruttura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, għandu jiġi kkonstatat li t-teħid inkunsiderazzjoni tal-għanijiet tan-netwerk Ewropew ta’ trażmissjoni, kif jirriżultaw mill-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1315/2013 isostni tali interpretazzjoni tal-Artikolu 15(1) ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-ewwel, l-Artikolu 4(b)(iii) tal-imsemmi regolament jipprevedi li n-netwerk trans-Ewropew tat-trasport jikkontribwixxi għall-għan ta’ effikaċja permezz tal-integrazzjoni u l-interkonnessjoni ottimali tal-mezzi kollha ta’ trasport.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Fl-istess sens, l-Artikolu 5(1) tal-istess regolament jipprovdi, fil-punti (a) u (b) rispettivament ta’ dan il-paragrafu, li n-netwerk trans-Ewropew huwa ppjanat, żviluppat u operat b’mod ekonomiku fejn jidħlu riżorsi permezz, minn naħa, tal-iżvilupp, it-titjib u l-manutenzjoni tal-infrastruttura tat-trasport eżistenti kif ukoll, min-naħa l-oħra, ottimizzazzjoni tal-integrazzjoni u tal-interkonnessjoni tal-infrastruttura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>It-tieni, fir-rigward b’mod partikolari tal-konnessjoni ta’ port intern mal-infrastruttura tat-trasport ferrovjarju, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-għan ta’ sostenibbiltà, iddikjarat fl-Artikolu 4(c) tar-Regolament Nru 1315/2013, moqri fid-dawl tal-premessa 31 ta’ dan<?PAGE NO="15"?> ir-regolament. Minn dan jirriżulta li n-netwerk trans-Ewropew tat-trasport huwa intiż li jikkontribwixxi għat-twettiq ta’ dan l-għan, b’mod partikolari, permezz tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, billi jagħti l-preferenza lil sistemi ta’ trasport b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Issa, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punti 63 u 64 tal-konklużjonijiet tiegħu, it-trasport ferrovjarju jaqa’ taħt tali sistemi ta’ trasport, li hija r-raġuni għalfejn il-White Paper tal-Kummissjoni, imsemmija fil-premessa 31 tal-imsemmi regolament, tinkoraġġixxi l-użu tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>It-tielet, iż-żamma tal-konnessjoni għall-infrastruttura tat-trasport ferrovjarju li minnha jibbenefika port intern, billi jiġi ffavorit l-użu ta’ trasport ferrovjarju minflok bit-triq, tikkontribwixxi wkoll għall-għan ta’ tnaqqis tal-konġestjoni tan-netwerk tat-toroq, li jikkostitwixxi waħda mill-prijoritajiet tal-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport, kif jirriżulta mill-Artikolu 19(e) tar-Regolament Nru 1315/2013.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fid-dawl tal-għanijiet li għandhom jintlaħqu mir-Regolament Nru 1315/2013, b’mod partikolari fil-qasam ambjentali, tas-sigurtà tat-traffiku u tal-ippjanar tat-territorju, ċirkustanzi eċċezzjonali jistgħu, <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT>, jiġġustifikaw it-tneħħija tal-konnessjoni ta’ port intern mal-infrastruttura ta’ trasport jew bit-triq jew ferrovjarju, mingħajr ma l-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 1315/2013 jipprekludi dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat li s-sostituzzjoni ta’ tali konnessjoni eżistenti b’konnessjoni ġdida mal-istess tip ta’ infrastruttura, li tibda topera fl-istess ħin li titneħħa l-konnessjoni li hija tissostitwixxi, ma tistax titqies bħala tneħħija tal-konnessjoni tal-port intern ikkonċernat mal-imsemmija infrastruttura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Fir-rigward tar-raġunijiet li jistgħu jiġġustifikaw, eċċezzjonalment, it-tneħħija, mingħajr sostituzzjoni, tal-konnessjoni ta’ port intern mal-infrastruttura tat-trasport bit-triq jew ferrovjarju, huwa biżżejjed, f’dan il-każ, li jiġi rrilevat, fid-dawl tal-argumenti esposti fl-osservazzjonijiet bil-miktub sottomessi lill-Qorti tal-Ġustizzja, li r-riskju li din ir-rotta jkollha għas-sigurtà tat-trasport meta dan ir-riskju jirriżulta minn nuqqas ta’ manutenzjoni tal-infrastruttura ta’ trasport inkwistjoni mill-awtoritajiet responsabbli tal-Istat Membru kkonċernat ma jistax jikkostitwixxi tali raġuni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Bl-istess mod, kif irrileva, essenzjalment, l-Avukat Ġenerali fil-punt 71 tal-konklużjonijiet tiegħu, raġunijiet marbuta mal-valur tal-artijiet okkupati minn konnessjoni ta’ port intern mal-infrastruttura tat-trasport bit-triq jew ferrovjarju u mal-użu possibbli ta’ dawn l-artijiet b’mod ekonomikament iktar vantaġġuż ma jistgħux jiġġustifikaw it-tneħħija ta’ din il-konnessjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 1315/2013 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta port intern li jaqa’ taħt in-netwerk komprensiv, fis-sens tal-Artikolu 6(1) u (2) ta’ dan ir-regolament, ikollu konnessjonijiet kemm ma’ infrastruttura tat-trasport bit-triq kif ukoll ma’ infrastruttura tat-trasport ferrovjarju, huwa jipprekludi, ħlief f’ċirkustanzi eċċezzjonali, it-tneħħija ta’ wieħed minn dawn iż-żewġ tipi ta’ konnessjonijiet. In-nuqqas ta’ manutenzjoni tal-konnessjoni inkwistjoni, li tirriżulta mill-ksur ta’ din id-dispożizzjoni, jew l-iżvilupp ekonomiku tal-artijiet okkupati minn din l-infrastruttura ma jikkostitwixxux tali ċirkustanzi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="16"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in‑natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20131211">11 ta’ Diċembru 2013</DATE> dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta port intern li jaqa’ taħt in-netwerk komprensiv, fis-sens tal-Artikolu 6(1) u (2) ta’ dan ir-regolament, ikollu konnessjonijiet kemm ma’ infrastruttura tat-trasport bit-triq kif ukoll ma’ infrastruttura tat-trasport ferrovjarju, huwa jipprekludi, ħlief f’ċirkustanzi eċċezzjonali, it-tneħħija ta’ wieħed minn dawn iż-żewġ tipi ta’ konnessjonijiet. In-nuqqas ta’ manutenzjoni tal-konnessjoni inkwistjoni, li tirriżulta mill-ksur ta’ din id-dispożizzjoni, jew l-iżvilupp ekonomiku tal-artijiet okkupati minn din l-infrastruttura ma jikkostitwixxux tali ċirkustanzi.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>