1.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 250/5


Komunikazzjoni mill-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku tar-Repubblika Taljana skont l-Artikolu 3, Paragrafu 2 tad-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-ipprospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi

2014/C 250/04

Il-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku javża li rċieva applikazzjoni għal liċenzja għall-prospettar tal-idrokarburi mingħand il-kumpanija Enel Longanesi Developments S.r.l., magħrufa konvenzjonalment bħala “d 507 B.R-.EN”, għal żona li tinsab fiż-Żona marina B (il-Baħar Adrijatiku), li tinsab ġewwa l-arki meridjani u paralleli li l-punti tagħhom huma indikati mill-koordinati ġeografiċi li ġejjin:

Il-ponot

Koordinati ġeografiċi

Lonġitudini fil-Lvant ta’ Greenwich

Latitudni

a

14°18′

43°14′

b

14°35′

43°14′

c

14°35′

42°59′

d

14°14′

42°59′

e

14°14′

43°06′

f

14°16′

43°06′

g

14°16′

43°13′

h

14°18′

43°13′

Il-koordinati mogħtija hawn fuq instabu skont il-Folja 923 tal-mappa nawtika tal-kosta tal-Italja li ħareġ l-“Istituto Idrografico della Marina Militare” (l-Istitut Idrografiku tal-Flotta Militari) bi skala ta’ 1:250 000.

Abbażi ta’ din il-linja tal-konfini, l-erja tal-wiċċ hija ta’ 744,60 km2.

F’konformità mad-Direttiva msemmija hawn fuq; l-Artikolu 4 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 625 tal-25 ta’ Novembru 1996; id-Digriet Ministerjali tal-4 ta’ Marzu 2011 u d-Digriet Direttorjali tat-22 ta’ Marzu 2011, il-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku ppubblika avviż li jippermetti lill-entitajiet interessati jressqu applikazzjonijiet għall-permessi ta’ riċerka ta’ idrokarburi f’kompetizzjoni kummerċjali fl-istess żona mdawra skont il-punti u l-koordinati msemmija hawn fuq.

L-awtorità responsabbli mill-ħruġ tal-liċenzja għall-prospettar ikkonċernata hija t-Taqsima VI –tad-Direttorat Ġenerali għar-riżorsi minerali u tal-enerġija tad-Dipartiment tal-Enerġija tal-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku–.

Ir-regoli għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni minerarja huma specifikati f’dawn id-dispożizzjonijiet:

il-Liġi Nru 613 tal-21 ta’ Lulju 1967; il-Liġi Nru 9 tad-9 ta’ Jannar 1991; id-Digriet Leġiżlattiv Nru 625 tal-25 ta’ Novembru 1996; id-Digriet Ministerjali tal-4 ta’ Marzu 2011 u d-Digriet Direttorjali tat-22 ta’ Marzu 2011.

L-applikazzjonijiet għandhom jitressqu sa mhux aktar tard minn 3 xhur mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-applikazzjonijiet li jaslu meta jiskadi dan il-perjodu ma jitqisux.

L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu f’dan l-indirizz:

Ministero dello sviluppo economico

Dipartimento per l’energia

Direzione generale delle risorse minerarie ed energetiche

Divisione VI

Via Molise 2

00187 Roma

ITALIA

L-applikazzjonijiet jistgħu jintbagħtu wkoll permezz ta’ e-Mail iċċertifikat (PEC) f’dan l-indirizz: “ene.rme.div6@pec.sviluppoeconomico.gov.it” li fih jinhemżu d-dokumenti meħtieġa f’format elettroniku u l-firma diġitali biss tar-rappreżentant legali tal-applikant.

Għall-finijiet tal-Punt 2 tal-Anness A tad-Digriet Nru 22 tal-President tal-Kunsill tal-Ministri tat-22 ta’ Diċembru 2010, il-proċedura unika għall-ħruġ ta’ awtorizzazzjoni ta’ riċerka ma għandhiex iddum aktar minn 180 jum.