23.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 279/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 991/2014

tad-19 ta' Settembru 2014

li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti massimi ta' residwi għall-fosetil f'ċerti prodotti jew fuqhom

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 14(1)(a) u l-Artikolu 16(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Għas-sustanza fosetil, il-livelli massimi ta' residwi (MRLs) ġew stabbiliti fil-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(2)

Id-definizzjoni tar-residwu għall-monitoraġġ applikabbli għall-fosetil tinkludi l-kompost ġenitur fosetil, il-prodott ta' degradazzjoni aċidu fosforuż u l-imluħa tiegħu. L-imluħa tal-aċidu fosforuż jissejħu fosfonati.

(3)

Il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni mingħand xi Stati Membri u operaturi kummerċjali li turi l-preżenza ta' fosfonati f'ċerti prodotti jew fuqhom, li jwasslu għal residwi ogħla mill-MRL ta' 2 mg/kg stipulat fir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għal dawk il-prodotti, li jikkorrispondi għal-limitu ta' determinazzjoni.

(4)

Il-Kummissjoni ġabret dejta tal-monitoraġġ fl-2014 sabiex tistħarreġ il-preżenza ta' fosfonati fl-ikel. Dik id-dejta ġiet iġġenerata minn operaturi kummerċjali tal-ikel, u wriet li l-fosfonati huma preżenti f'livelli li jvarjaw skont is-sors u l-prodott, iżda li spiss jaqbżu l-MRL stipulat fil-limitu ta' determinazzjoni ta' 2 mg/kg. Analiżi ulterjuri tad-dejta indikat li l-maġġoranza l-kbira tal-kampjuni mhux konformi fihom residwi ta' aċidu fosforuż u l-imluħa tiegħu li jaqbżu l-limitu ta' determinazzjoni, filwaqt li r-residwi tal-fosetil u l-imluħa tiegħu għadhom taħt il-limitu ta' determinazzjoni.

(5)

Minkejja li l-fosfonati ma ġewx inklużi fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) bis-saħħa tal-Artikolu 14 ta' dak ir-Regolament, jistgħu jkunu inklużi f'fertilizzanti awtorizzati fuq il-livell nazzjonali, speċifikament ċerti prodotti ta' fertilizzanti applikati fuq il-weraq tal-pjanti. Fid-dawl tan-nuqqas ta' awtorizzazzjonijiet rilevanti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-fosetil, kemm fl-Unjoni u kemm f'pajjiżi terzi li huma esportaturi importanti tal-prodotti tal-ikel ikkonċernati lejn l-Unjoni, l-iskarsezza ta' residwi li jistgħu jiġu detetti għall-fosetil u l-imluħa tiegħu, u l-użu tal-fosfonati bħala ingredjent fil-prodotti ta' fertilizzanti għall-weraq, wieħed jista' jassumi b'mod raġonevoli li r-residwi huma konsegwenza tal-applikazzjoni ta' prodotti ta' fertilizzanti għall-weraq li fihom fosfonati.

(6)

Il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, minn hawn 'il quddiem “l-Awtorità”, biex tagħti opinjoni dwar ir-riskji għas-saħħa pubblika tar-residwi tal-fosfonati f'ċerti prodotti jew fuqhom. Minħabba l-urġenza, l-Awtorità ħarġet stqarrija li fiha rreferiet għal bosta inċertezzi li għad fadal, pjuttost milli opinjoni motivata (3). L-Awtorità bagħtet dik l-istqarrija lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri u għamlitha disponibbli għall-pubbliku.

(7)

Fl-istqarrija tagħha, l-Awtorità kkonludiet li l-MRLs temporanji proposti huma mistennija li jipproteġu biżżejjed lill-konsumaturi. L-esponiment tul il-ħajja għar-residwi tal-fosfonati bil-konsum tal-prodotti kollha tal-ikel li jista' jkun fihom tali residwi ma wriex li hemm riskju li d-doża aċċettabbli ta' kuljum (ADI) jinqabeż. L-Awtorità ma wettqitx valutazzjoni tal-esponiment akut tal-konsumaturi, minħabba t-tossiċità akuta baxxa tal-fosfonat. L-Awtorità indikat li l-istqarrija tagħha fiha xi inċertezzi, u pproponiet li tibdel id-definizzjoni tar-residwu.

(8)

Sabiex jiġi evitat tfixkil serju tas-suq fil-kummerċ tal-prodotti kkonċernati, u billi ma hemm l-ebda riskju għall-konsumaturi identifikat mid-dejta xjentifika attwali, jixraq li jiġu stabbiliti MRLs temporanji għall-fosetil, abbażi tad-dejta disponibbli dwar il-monitoaġġ u abbażi tal-istqarrija tal-Awtorità. Dawk l-MRLs temporanji għandhom japplikaw biss sakemm jidħlu fis-seħħ miżuri li jipprevjenu l-okkorrenza tar-residwi tal-fosfonati f'għelejjel rilevanti fi staġuni ta' tkabbir fil-futur.

(9)

Abbażi tal-istqarrija tal-Awtorità, u filwaqt li jitqiesu l-fatturi rilevanti għall-kwistjoni kkonċernata, il-modifika xierqa lill-MRL tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

(10)

Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 għandu jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Settembru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 dwar il-fertilizzanti (ĠU L 304, 21.11.2003. p. 1).

(3)  L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel; “Statement on the dietary risk assessment for proposed temporary maximum residue levels (t-MRLs) for fosetyl-Al in certain crops”. EFSA Journal 2014;12(5):3695, 22 pp.


ANNESS

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 huwa emendat kif ġej:

Fil-Parti A, il-kolonna għall-fosetil tinbidel b'li ġej:

“ANNESS III

PARTI A

Residwi ta' pestiċidi u livelli massimi ta' residwi (mg/kg)

Numru tal-kodiċi

Gruppi u eżempji ta' prodotti individwali li l-MRLs japplikaw għalihom (1)

Fosetyl-Al (somma ta' fosetil, aċidu fosfoniku u l-imluħa tagħhom, espressi bħala fosetil)

0100000

1.

FROTT FRISK JEW IFFRIŻAT ĠEWŻ

 

0110000

(i)

Frott taċ-ċitru

75

0110010

Grejpfrut (Shaddocks, pomelos, sweeties, tangelo (minbarra l-minneola), ugli u ibridi oħra)

 

0110020

Larinġ (Bergamott, larinġ morr, kinotto u ibridi oħra)

 

0110030

Lumi (Tronġ, lumi, Buddha's hand (Citrus medica var. sarcodactylis))

 

0110040

Xkomp

 

0110050

Mandolin (Klementini, tangerine, minneola u ibridi oħra tangor (Citrus reticulata × sinensis))

 

0110990

Oħrajn

 

0120000

(ii)

Ġewż tas-siġar

 

0120010

Lewż

75 (+)

0120020

Ġewż tal-Brażil

2 (*1)

0120030

Ġewż tal-anakardju

75 (+)

0120040

Qastan

2 (*1)

0120050

Ġewż tal-Indi

2 (*1)

0120060

Ġellewż (Filbert)

75 (+)

0120070

Macadamia

75 (+)

0120080

Ġewż Amerikan

2 (*1)

0120090

Ġewż tal-arżnu

2 (*1)

0120100

Pistaċċi

75 (+)

0120110

Ġewż

75 (+)

0120990

Oħrajn

2 (*1)

0130000

(iii)

Frott taż-żerriegħa

75

0130010

Tuffieħ (Tuffieħ salvaġġ)

 

0130020

Lanġas (Lanġas Orjentali)

 

0130030

Sfarġel

 

0130040

Naspli

 

0130050

Naspla tal-Ġappun

 

0130990

Oħrajn

 

0140000

(iv)

Frott tal-għadma

75 (+)

0140010

Berquq

 

0140020

Ċiras (Ċirasa ħelwa, ċirasa qarsa)

 

0140030

Ħawħ (Nuċiprisk u ibridi simili)

 

0140040

Għanbaqar (Damson, greengage, mirabelle, pruna salvaġġa, tamal aħmar/tamal Ċiniż/żinżel Ċiniż (Ziziphus zizyphus))

 

0140990

Oħrajn

 

0150000

(v)

Żibeġ tal-kukku u frott żgħir

 

0151000

(a)

Għeneb tal-mejda u tal-inbid

100

0151010

Għeneb tal-mejda

 

0151020

Għeneb tal-inbid

 

0152000

(b)

Frawli

75

0153000

(c)

Frott tal-kannamiela

75 (+)

0153010

Tut

 

0153020

Dewberries (Loganberries, tayberries, boysenberries, cloudberries u ibridi ta' Rubus oħra)

 

0153030

Lampun (Wineberries, għollieq tal-Artiku/lampun, (Rubus arcticus), nektar tal-lampun (Rubus arcticus × Rubus idaeus))

 

0153990

Oħrajn

 

0154000

(d)

Żibeġ tal-kukku u frott żgħir ieħor

 

0154010

Blueberries (Mirtill)

75 (+)

0154020

Cranberries (Għeneb tal-muntanja (cowberries)/mirtill aħmar (V. vitis-idaea))

2 (*1)

0154030

Passolina (ħamra, sewda u bajda)

75 (+)

0154040

Ribes (gooseberries) (Inklużi l-ibridi ma' speċi oħra tar-Ribes)

75 (+)

0154050

Warda Skoċċiża

2 (*1)

0154060

Ċawsli (Arbutus berry)

2 (*1)

0154070

Azarole (naspla Mediterranja) (Kiwiberry (Actinidia arguta))

2 (*1)

0154080

Frott is-sebuqa (Black chokeberry/appleberry, mountain ash, buckthorn/sea sallowthorn, hawthorn, serviceberries, u treeberries ieħor)

2 (*1)

0154990

Oħrajn

2 (*1)

0160000

(vi)

Frott mixxellanju

 

0161000

(a)

Qoxra li tittiekel

 

0161010

Tamal

2 (*1)

0161020

Tin

75 (+)

0161030

Żebbuġ tal-mejda

2 (*1)

0161040

Larinġ tal-qsari (Larinġ tal-qsari marumi, larinġ tal-qsari nagami, limequats (Citrus aurantifolia × Fortunella spp.))

75 (+)

0161050

Karambola (Bilimbi)

2 (*1)

0161060

Kaki

75 (+)

0161070

Jambolan (għanbaqar tal-Ġava) (Tuffieħ tal-Ġava/water apple, rose apple, ċirasa Brażiljana, ċirasa tas-Surinam/grumichama (Eugenia uniflora),)

2 (*1)

0161990

Oħrajn

2 (*1)

0162000

(b)

Qoxra li ma tittikilx, żgħar

 

0162010

Kiwi

150

0162020

Liċċi (Litchi) (Pulasan, rambutan/liċċi bis-suf, longan, mangosteen, langsat, salak)

2 (*1)

0162030

Frotta tal-passjoni

75 (+)

0162040

Bajtar tax-xewk (frotta tal-kaktus)

2 (*1)

0162050

Tuffieħa stilla

2 (*1)

0162060

Frotta tal-kaki (Kaki tal-Virġinja) (Sapote sewda, bajda, ħadra, canistel/sapote safra, sapote mammey)

2 (*1)

0162990

Oħrajn

2 (*1)

0163000

(c)

Qoxra li ma tittikilx, kbar

 

0163010

Avokado

50

0163020

Banana (Banana nanija, pjantaġġni, bananito)

2 (*1)

0163030

Mango

2 (*1)

0163040

Papaja

75 (+)

0163050

Rummien

75 (+)

0163060

Ċerimoja (Custard apple, sugar apple/sweetsop, ilama (Annona diversifolia) u frott ieħor ta' Annonnaceae ta' daqs medju)

2 (*1)

0163070

Gwava (Pitaja ħamra/ħelwa (Hylocereus undatus))

2 (*1)

0163080

Ananas

50

0163090

Frotta tas-siġra tal-ħobż (Jackfruit)

2 (*1)

0163100

Durian

2 (*1)

0163110

Il-frotta tal-annona (guanbana)

2 (*1)

0163990

Oħrajn

2 (*1)

0200000

2.

ĦAXIX FRISK JEW IFFRIŻAT

 

0210000

(i)

Ħxejjex mill-għeruq u t-tuberi

 

0211000

(a)

Patata

30

0212000

(b)

Ħxejjex tropikali mill-għeruq u t-tuberi

2 (*1)

0212010

Kassava (Dasheen, eddoe/Japanese taro, tannia)

 

0212020

Patata ħelwa

 

0212030

Jammijiet (Potato bean/yam bean, yam bean Messikan)

 

0212040

Ararut

 

0212990

Oħrajn

 

0213000

(c)

Ħxejjex oħra tal-għeruq u tat-tuberi minbarra l-pitravi

 

0213010

Pitravi

2 (*1)

0213020

Karrotti

2 (*1)

0213030

Celeriac (Krafes bl-għeruq/krafes Ġermaniżi)

2 (*1)

0213040

Għerq tal-mustarda (L-għeruq tal-anġelika, tal-lovage, tal-ġenzjana)

2 (*1)

0213050

Artiċokks (Crosne)

2 (*1)

0213060

Zunnarija bajda

2 (*1)

0213070

Tursin tuberuż

2 (*1)

0213080

Ravanell (Ravanell iswed, ravanell Ġappuniż, ravanell żgħir u varjetajiet simili, tiger nut (Cyperus esculentus))

25

0213090

Sassefrika (Scorzonera, sassefrika Spanjola/Spanish oysterplant, lappa li tittiekel)

2 (*1)

0213100

Swedes

2 (*1)

0213110

Turnips (xorta ta' Brassica)

2 (*1)

0213990

Oħrajn

2 (*1)

0220000

(ii)

Ħxejjex tal-basla

 

0220010

Tewm

50 (+)

0220020

Basal (Basal ieħor tal-basla, basal silverskin)

50

0220030

Shallots

2 (*1)

0220040

Basal tar-Rebbiegħa u basal ta' Wales (Basal ieħor aħdar u varjetajiet simili)

30

0220990

Oħrajn

2 (*1)

0230000

(iii)

Ħxejjex tal-frott

 

0231000

(a)

Solanacea

 

0231010

Tadam (Tadam ċiras, Fisalis spp., goġiberri, wolfberry (Lycium barbarum u L. chinense) tadam tas-siġra)

100

0231020

Bżar (Bżar aħmar)

130

0231030

Brunġiel (Pepino, antroewa/brunġiel abjad (S. macrocarpon))

100

0231040

Okra

2 (*1)

0231990

Oħrajn

2 (*1)

0232000

(b)

Cucurbits — qoxra li tittiekel

75

0232010

Ħjar

 

0232020

Gherkins (ħjar żgħir)

 

0232030

Zukkini (qarabagħli żgħir) (Qara' tas-sajf, qara' (patisson), lauki (Lagenaria siceraria), chayote, sopropo/bettieħ morr, snake gourd, angled luffa/teroi)

 

0232990

Oħrajn

 

0233000

(c)

Cucurbits-qoxra li ma tittikilx

75

0233010

Bettieħ (Kiwano)

 

0233020

Qara' aħmar (Qara' ħamra, qara' (varjetà imwaħħra))

 

0233030

Dulliegħ

 

0233990

Oħrajn

 

0234000

(d)

Qamħ ħelu (Qamħirrun żgħir)

5

0239000

(e)

Ħxejjex tal-frott oħra

5

0240000

(iv)

Ħxejjex tal-ġenus Brassica

10

0241000

(a)

Brassica bil-fjuri

 

0241010

Brokkoli (Calabrese, broccoli raab, brokkoli Ċiniżi)

 

0241020

Pastard

 

0241990

Oħrajn

 

0242000

(b)

Brassica bir-ras

 

0242010

Brussels sprouts

 

0242020

Kaboċċa bir-ras (Kaboċċa bir-ras ippuntata, kaboċċa ħamra, kaboċċa Ingliża mflefla, kaboċċa bajda)

 

0242990

Oħrajn

 

0243000

(c)

Brassica bil-weraq

 

0243010

Kaboċċa Ċiniża (Mustarda Indjana jew Ċiniża pak choi, kaboċċa ċatta Ċiniża/tai goo choi, choi sum, kaboċċa ta' Pekin/pe-tsai)

 

0243020

Kale (Borecole/kale innukklat, collards, Kale Portugiż, Kaboċċa Portugiża, cow cabbage)

 

0243990

Oħrajn

 

0244000

(d)

Ġidra

 

0250000

(v)

Ħxejjex tal-weraq u ħxejjex aromatiċi friski

 

0251000

(a)

Ħass u pjanti oħra tal-insalata inklużi l-Brassicacea

75

0251010

Ħass tal-ħaruf (Insalata tal-qamħ Taljan)

 

0251020

Ħass (Ħass ikkabboċjat, lollo rosso, ħass iceberg, ħass romaine (cos))

 

0251030

Scarole (indivja tal-werqa wiesgħa) (Ċikwejra salvaġġa, ċikwejra tal-werqa ħamra, radiccho, indivja tal-weraq innukklat, sugar loaf (C. endivia var. crispum/C. intybus var. foliosum), weraq taċ-ċikwejra salvaġġa)

 

0251040

Krexxun (Mung bean sprouts, alfalfa sprouts)

 

0251050

Krexxun tal-art

 

0251060

Aruka (Aruka salvaġġa (Diplotaxis spp.))

 

0251070

Mustarda ħamra

 

0251080

Weraq u nebbieta tal-Brassica spp, inklużi l-weraq tat-turnip (xorta ta' Brassika) (Mizuna, weraq tal-piżelli u tar-ravanell u pjanti oħra, inklużi tal-brassica bil-weraq żgħir (pjanti li jinħasdu sal-istadju fejn ikollhom l-ewwel 8 werqat), weraq tal-ġidra )

 

0251990

Oħrajn

 

0252000

(b)

Spinaċi u ħxejjex simili (weraq)

 

0252010

Spinaċi (Spinaċi tan-New Zealand, spinaċi amaranthus (pakkhom, tampara), weraq tal-pjanta Tajer, bitterblad/bitawiri)

75

0252020

Burdlieqa (Burdlieqa tax-xitwa/miner's lettuce, burdlieqa tal-ġonna, burdlieqa komuni, ħaxixa Ingliża glasswort, Krexxuni (Salsola soda))

2 (*1)

0252030

Weraq tal-pitravi (chard) (Weraq tal-pitravi)

15

0252990

Oħrajn

2 (*1)

0253000

(c)

Weraq tad-dielja (Malabar nightshade, weraq tal-banana, climbing wattle (Acacia pennata))

2 (*1)

0254000

(d)

Krexxuni tal-ilma (Kampanella/konvolvulu Ċiniż/konvolvulu tal-ilma/water spinach/kangkung (Ipomea aquatica), silla tal-ilma, mimoża tal-ilma)

2 (*1)

0255000

(e)

Witloof

75

0256000

(f)

Ħxejjex aromatiċi

75

0256010

Maxxita

 

0256020

Kurrat salvaġġ

 

0256030

Weraq tal-karfus (Weraq tal-bużbież, weraq tal-kosbor, weraq tax-xibt, weraq tal-ħlewwa, lovage, anġelika, sweet cicely u weraq oħrajn Apiacea, ċilantro/stinking/kosbor twil/stink weed (Eryngium foetidum))

 

0256040

Tursin (weraq tat-tursin tuberuż)

 

0256050

Salvja (Sagħtrija (Satureia hortensis, Satureia montana), weraq Borago officinalis)

 

0256060

Klin

 

0256070

Sagħtar (Merdqux, riegnu)

 

0256080

Ħabaq (Weraq tal-balzmu, nagħniegħ, pepermint, ħabaq sagru, ħabaq ħelu, ħabaq bis-suf, fjuri li jittieklu (qronfol Tork u oħrajn), ombrellini, werqa tal-betel salvaġġa, weraq tal-kàri)

 

0256090

Weraq tar-rand (Lemon grass)

 

0256100

Stragun (Issopu)

 

0256990

Oħrajn

 

0260000

(vi)

Legumi (friski)

 

0260010

Fażola (bil-miżwed) (Fażola ħadra/fażola Franċiża/snap beans, fażola ħamra tixxeblek, slicing bean, yard long beans, fażola tal-gwar, fażola tas-sojja)

75 (+)

0260020

Fażola (bla miżwed) (Ful, Flageolets, jack bean, lima bean, cowpea)

75 (+)

0260030

Piżelli (bil-miżwed) (Manġxtù/sugar peas/snow peas)

75 (+)

0260040

Piżelli (bla miżwed) (Piżelli tal-ġnien, piżelli ħodor, ċiċri)

75 (+)

0260050

Għads

2 (*1)

0260990

Oħrajn

2 (*1)

0270000

(vii)

Ħxejjex biz-zokk (friski)

 

0270010

Asparagu

50 (+)

0270020

Kardun (Zkuk borago officinalis)

2 (*1)

0270030

Karfus

2 (*1)

0270040

Bużbież

2 (*1)

0270050

Qaqoċċ (Fjura tal-banana)

50

0270060

Kurrat

30

0270070

Rabarbru

2 (*1)

0270080

Rimi tal-pjanta tal-bambù

2 (*1)

0270090

Qlub tal-palm

2 (*1)

0270990

Oħrajn

2 (*1)

0280000

(viii)

Faqqiegħ

2 (*1)

0280010

Faqqiegħ ikkultivat (Faqqiegħ komuni, oyster mushroom, shiitake, fungus mycelium (partijiet veġetattivi))

 

0280020

Faqqiegħ salvaġġ (Chanterelle, tartuf, more, cep)

 

0280990

Oħrajn

 

0290000

(ix)

Alki tal-baħar

2 (*1)

0300000

3.

ŻRIERAGĦ IMNIXXFA TAL-LEGUMI

2 (*1)

0300010

Fażola (Ful, navy beans, flageolets, jack beans, lima beans, fażola tal-għelieqi, cowpeas)

 

0300020

Għads

 

0300030

Piżelli (Ċiċri, piżelli tal-għelieqi, ġulbiena)

 

0300040

Lupini

 

0300990

Oħrajn

 

0400000

4.

ŻRIERAGĦ TAŻ-ŻEJT U FROTT TAŻ-ŻEJT

2 (*1)

0401000

(i)

Żrieragħ taż-żejt

 

0401010

Żerriegħa tal-kittien

 

0401020

Karawett

 

0401030

Żerriegħa tal-peprin

 

0401040

Żerriegħa tal-ġunġlien

 

0401050

Żerriegħa tal-ġirasol

 

0401060

Żerriegħa tal-lift (Żerriegħa tal-lift tal-għasafar, turnip rape)

 

0401070

Żerriegħa tas-sojja

 

0401080

Żerriegħa tal-mustarda

 

0401090

Żerriegħa tal-qoton

 

0401100

Żrieragħ tal-qara' ħamra (Żrieragħ oħrajn tal-Cucurbitaceae)

 

0401110

Għosfor

 

0401120

Fiddloqom (Purple viper's bugloss/Canary flower (Echium planatgineum Corn Gromwell (Buglossoides arvensis))

 

0401130

Camelina sativa

 

0401140

Żerrigħa tal-qanneb

 

0401150

Castor bean

 

0401990

Oħrajn

 

0402000

(ii)

Frott taż-żejt

 

0402010

Żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt

 

0402020

Ġewż tal-palm (żrieragħ tal-palm għaż-żejt)

 

0402030

Frott tal-palm

 

0402040

Kapok

 

0402990

Oħrajn

 

0500000

5.

ĊEREALI

2 (*1)

0500010

Xgħir

 

0500020

Qamħ Saraċin (Amaranthus, quinoa)

 

0500030

Qamħirrum

 

0500040

Millieġ (Dekkuk, teff, millieġ Afrikan, millieġ perla)

 

0500050

Ħafur

 

0500060

Ross (Ross Indjan/salvaġġ (Zizania aquatica))

 

0500070

Segala

 

0500080

Sorgu

 

0500090

Qamħ (Spelt, triticale)

 

0500990

Oħrajn (Skalora (Phalaris canariensis))

 

0600000

6.

TÈ, KAFÈ, INFUŻJONIJIET ERBALI U KAKAW

 

0610000

(i)

Tè

5 (*1)

0620000

(ii)

Żrieragħ tal-kafè

5 (*1)

0630000

(iii)

Infużjonijiet erbali (imnixxfa)

500

0631000

(a)

Fjuri

 

0631010

Fjuri tal-kamumilla

 

0631020

Fjuri tal-ħibiskus

 

0631030

Petali tal-ward

 

0631040

Fjuri tal-ġiżimin (Fjuri tas-sebuqa (Sambucus nigra))

 

0631050

Xkomp (linden)

 

0631990

Oħrajn

 

0632000

(b)

Weraq

 

0632010

Weraq tal-frawli

 

0632020

Weraq tar-rooibos (Weraq tal-ġingo)

 

0632030

Matè

 

0632990

Oħrajn

 

0633000

(c)

Għeruq

 

0633010

Għeruq tal-valerjana

 

0633020

Għeruq tal-ġinseng

 

0633990

Oħrajn

 

0639000

(d)

Infużjonijiet erbali oħra

 

0640000

(iv)

Żrieragħ tal-kakaw (iffermentati jew imnixxfin)

2 (*1)

0650000

(v)

Ħarruba

2 (*1)

0700000

7.

ĦOPS (imnixxfa)

1 500

0800000

8.

ĦWAWAR

 

0810000

(i)

Żrieragħ

400

0810010

Ħlewwa

 

0810020

Ħlewwa sewda

 

0810030

Żerriegħa tal-karfus (Żerriegħa tal-lovage)

 

0810040

Żerriegħa tal-kosbor

 

0810050

Żerriegħa tal-kemmun

 

0810060

Żerriegħa tax-xibt

 

0810070

Żerriegħa tal-bużbież

 

0810080

Fienu

 

0810090

Noċemuskata

 

0810990

Oħrajn

 

0820000

(ii)

Frott u żibeġ tal-kukku

400

0820010

Bżar tal-Ġamajka

 

0820020

Bżar tas-Sichuan (bżar tal-ħlewwa, bżar tal-Ġappun)

 

0820030

Ħlewwa Ġermaniża

 

0820040

Kardamomu

 

0820050

Frott tal-ġnibru

 

0820060

Bżar, iswed, aħdar u abjad (Bżar twil, bżar roża)

 

0820070

Mżiewed tal-vanilla

 

0820080

Tamar tal-Indja

 

0820990

Oħrajn

 

0830000

(iii)

Qoxra tas-siġar

400

0830010

Kannella (Kassja)

 

0830990

Oħrajn

 

0840000

(iv)

Għeruq jew riżomi

 

0840010

Għud is-sus

400

0840020

Ġinġer

400

0840030

Żagħfran tal-Indja (kurkuma)

400

0840040

Għerq tal-mustarda

(+)

0840990

Oħrajn

400

0850000

(v)

Blanzuni

400

0850010

Msiemer tal-qronfol

 

0850020

Kappar

 

0850990

Oħrajn

 

0860000

(vi)

Stigma tal-fjuri

400

0860010

Żagħfran

 

0860990

Oħrajn

 

0870000

(vii)

Aril

400

0870010

Il-qoxra barranija tan-noċemuskata

 

0870990

Oħrajn

 

0900000

9.

PJANTI TAZ-ZOKKOR

 

0900010

Pitravi taz-zokkor (għeruq)

2 (*1)

0900020

Kannamiela

2 (*1)

0900030

Għeruq taċ-Ċikwejra

75

0900990

Oħrajn

2 (*1)

1000000

10.

PRODOTTI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI–ANNIMALI TERRESTRI

 

1010000

(i)

Tessut

0,5 (*1)

1011000

(a)

Majjal

 

1011010

Muskoli

 

1011020

Xaħam

 

1011030

Fwied

 

1011040

Kliewi

 

1011050

Ġewwieni li jittieklu

 

1011990

Oħrajn

 

1012000

(b)

Bovini

 

1012010

Muskoli

 

1012020

Xaħam

 

1012030

Fwied

 

1012040

Kliewi

 

1012050

Ġewwieni li jittieklu

 

1012990

Oħrajn

 

1013000

(c)

Nagħaġ

 

1013010

Muskoli

 

1013020

Xaħam

 

1013030

Fwied

 

1013040

Kliewi

 

1013050

Ġewwieni li jittieklu

 

1013990

Oħrajn

 

1014000

(d)

Mogħoż

 

1014010

Muskoli

 

1014020

Xaħam

 

1014030

Fwied

 

1014040

Kliewi

 

1014050

Ġewwieni li jittieklu

 

1014990

Oħrajn

 

1015000

(e)

Żwiemel, ħmir, bgħula jew hinnies

 

1015010

Muskoli

 

1015020

Xaħam

 

1015030

Fwied

 

1015040

Kliewi

 

1015050

Ġewwieni li jittieklu

 

1015990

Oħrajn

 

1016000

(f)

Tjur -tiġieġ, wiżż, papri, dundjani u fargħuni, ngħam, ħamiem

 

1016010

Muskoli

 

1016020

Xaħam

 

1016030

Fwied

 

1016040

Kliewi

 

1016050

Ġewwieni li jittieklu

 

1016990

Oħrajn

 

1017000

(g)

Annimali oħra tar-razzett (Fenek, kangarù, ċerv)

 

1017010

Muskoli

 

1017020

Xaħam

 

1017030

Fwied

 

1017040

Kliewi

 

1017050

Ġewwieni li jittieklu

 

1017990

Oħrajn

 

1020000

(ii)

Ħalib

0,1 (*1)

1020010

Frat

 

1020020

Nagħaġ

 

1020030

Mogħoż

 

1020040

Żwiemel

 

1020990

Oħrajn

 

1030000

(iii)

Bajd tal-għasafar

0,1 (*1)

1030010

Tiġieġ

 

1030020

Papri

 

1030030

Wiżż

 

1030040

Summien

 

1030990

Oħrajn

 

1040000

(iv)

Għasel (Ħalib tan-naħal, polline, għasel tax-xehda bix-xehda)

0,5 (*1)

1050000

(v)

Anfibji u rettili (Saqajn taż-żrinġijiet, kukkudrilli)

0,5 (*1)

1060000

(vi)

Bebbux

0,5 (*1)

1070000

(vii)

Prodotti minn annimali terrestri oħra (Kaċċa salvaġġa)

0,5 (*1)

Fosetyl-Al (somma ta' fosetil, aċidu fosfoniku u l-imluħa tagħhom, espressi bħala fosetil)

(+)

MRL applikabbli sal-31 ta' Diċembru 2015, wara dik id-data 2 (*) tkun applikabbli sakemm ma tiġix modifikata b'Regolament.

0120010

Lewż

0120030

Ġewż tal-anakardju

0120060

Ġellewż (Filbert)

0120070

Makadamja

0120100

Pistaċċi

0120110

Ġewż

0140000

(iv)

Frott tal-għadma

0140010

Berquq

0140020

Ċirasa (Ċirasa ħelwa, ċirasa qarsa

0140030

Ħawħ (Nuċiprisk u ibridi simili)

0140040

Għanbaqar (Damson, greengage, mirabelle, pruna salvaġġa, tamal aħmar/tamal Ċiniż/żinżel Ċiniż (Ziziphus zizyphus))

0140990

Oħrajn

0153000

(c)

Frott tal-kannamiela

0153010

Tut

0153020

Dewberries (Loganberries, tayberries, boysenberries, cloudberries u ibridi ta' Rubus oħra)

0153030

Lampun (Wineberries, għollieq tal-Artiku/lampun, (Rubus arcticus), nektar tal-lampun (Rubus arcticus × Rubus idaeus))

0153990

Oħrajn

0154010

Blueberries (Mirtill)

0154030

Passolina (ħamra, sewda u bajda)

0154040

Ribes (gooseberries) (Inklużi l-ibridi ma' speċi oħra tar-Ribes)

0161020

Tin

0161040

Larinġ tal-qsari (Marumi kumquats, nagami kumquats, limequats (Citrus aurantifolia × Fortunella spp.))

0161060

Kaki

0162030

Frotta tal-passjoni

0163040

Papaja

0163050

Rummien

0220010

Tewm

0260010

Fażola (bil-miżwed) (Fażola ħadra/fażola Franċiża/snap beans, fażola ħamra tixxeblek, slicing bean, yard long beans, fażola tal-gwar, fażola tas-sojja)

0260020

Fażola (bla miżwed) (Ful, Flageolets, jack bean, lima bean, cowpea)

0260030

Piżelli (bil-miżwed) (Manġxtù/sugar peas/snow peas)

0260040

Piżelli (bla miżwed) (Piżelli tal-ġnien, piżelli ħodor, ċiċri)

0270010

Asparagu

(+)

Il-livell massimu ta' resdiwu applikabbli għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-grupp tal-ħwawar (kodiċi 0840040 ) huwa dak stabbilit għall-għerq tal-mustarda (Armoracia rusticana) fil-kategorija tal-ħaxix, fil-grupp tal-għeruq u tat-tuberi (kodiċi 0213040 ) filwaqt li jitqies it-tibdil tal-ipproċessar (tnixxif) skont l-Artikolu 20 (1) rar-Regolament (KE) Nru 396/2005.

0840040

Għerq tal-mustarda”


(*1)  Jindika limitu iktar baxx ta' determinazzjoni analitika

(1)  Għal-lista sħiħa ta' prodotti ta' oriġini mill-pjanti u l-annimali li għalihom japplikaw l-MRLs, għandha ssir referenza għall-Anness I.