|
17.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 331/44 |
P9_TA(2020)0022
Ħatra tal-Viċi President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Jannar 2020 dwar il-proposta għall-ħatra tal-Viċi President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (N9-0006/2020 – C9-0011/2020 – 2020/0904(NLE))
(Approvazzjoni)
(2021/C 331/07)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta' Jannar 2020 għall-ħatra ta' Jan de Carpentier bħala Viċi President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (C9-0011/2020), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2019 dwar il-bilanċ bejn is-sessi fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2020 dwar l-istituzzjonijiet u l-korpi fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja: il-prevenzjoni tal-konflitti ta' interess wara l-impjieg fis-servizz pubbliku (3), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 131 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0010/2020), |
|
A. |
billi l-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jipprevedi li l-Viċi President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni għandu jinħatar fuq il-bażi tal- mertu, il-ħiliet, l-għarfien dwar kwistjonijiet bankarji u finanzjarji, u tal-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni finanzjarja, kif ukoll ir-riżoluzzjoni bankarja; |
|
B. |
billi l-Parlament jiddeplora l-fatt li l-kandidati kollha kienu rġiel, minkejja l-obbligi skont l-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 u d-diversi talbiet magħmula mill-Parlament biex ikun rispettat il-bilanċ bejn is-sessi meta tiġi ppreżentata lista ta' kandidati; billi l-Parlament jiddispjaċih li n-nisa għadhom sottorappreżentati fil-karigi eżekuttivi fil-qasam tas-servizzi bankarji u finanzjarji u jesiġi li jiġi rispettat il-bilanċ bejn is-sessi għan-nomina li jmiss; billi l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha nazzjonali u tal-UE għandhom jimplimentaw miżuri konkreti biex jiżguraw il-bilanċ bejn is-sessi; |
|
C. |
billi skont l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, fit-13 ta' Novembru 2019 il-Kummissjoni adottat lista mqassra għall-kariga ta' Viċi President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni; |
|
D. |
billi, bi qbil mal-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-Kummissjoni bagħtet il-lista mqassra lill-Parlament; |
|
E. |
billi fl-14 ta' Jannar 2020 il-Kummissjoni adottat proposta biex taħtar lil Jan de Carpentier bħala Viċi President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni u Direttur li jopera s-servizzi korporattivi tal-SRB u li jissorvelja l-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni, u bagħtet dik il-proposta lill-Parlament; |
|
F. |
billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji mbagħad ipproċeda bl-evalwazzjoni tal-kredenzjali tal-kandidat propost għall-funzjonijiet ta' Viċi President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, b'mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014; |
|
G. |
billi fit-22 ta' Jannar 2020 il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kellu seduta ta' smigħ ma' Jan de Carpentier, li fiha hu għamel dikjarazzjoni preliminari u mbagħad wieġeb għal mistoqsijiet li saru mill-membri tal-kumitat; |
|
1. |
Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-ħatra ta' Jan de Carpentier bħala Viċi President tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni għal perjodu ta' ħames snin; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri. |
(1) ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1.
(2) Testi adottati, P8_TA(2019)0211.
(3) Testi adottati, P9_TA(2020)0017.