31999D0047



Official Journal L 015 , 20/01/1999 P. 0010 - 0013


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tat-8 ta’ Jannar 1999

li temenda d-Deċiżjonijiet 94/432/KE, 94/433/KE, 94/434/KE u 95/380/KE li jistipulaw ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttivi tal-Kunsill 93/23/KEE, 93/24/KEE u 93/25/KEE dwar surveys li għandhom isiru għall-ġbir ta’statistika dwar ħnieżer, bovini, u mogħoż u l-produzzjoni

(notifikati bid-dokument numru C(1998) 4541)

(1999/47/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/23/KEE ta’ l-1 ta’ Ġunju 1993 fuq stħarriġ għall-istatistika li għandhom jiġu magħmula dwar produzzjoni ta’ ħnieżer [1], kif l-aħħar emendata bid-direttiva 97/77/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 1, l-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 8(2),

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/24/KEE ta’ l-1 ta’ Ġunju 1993 fuq stħarriġ għall-istatistika li għandhom jiġu magħmula fuq produzzjoni ta’ bovini [3], kif l-aħħar emendata bid-direttiva 97/77/KE, u partikolarment l-Artikolu 1, l-Artikolu 6(3) u l-Artikolu 8(2),

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/25/KEE ta’ l-1 ta’ Ġunju 1993 fuq stħarriġ għall-istatistika li għandhom jiġu magħmula fuq produzzjoni ta’ ħnieżer [4], kif l-aħħar emendata bid-direttiva 97/77/KE, u partikolarment l-Artikolu 1, l-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 10(2),

Billi, d-Direttiva 97/77/KE emendat id-Direttivi 93/23/KEE, 93/24/KEE u 93/25/KEE li jikkonċernaw il-frekwenza u l-perijodu ta’ riferenza ta’ l-istħarriġ għall-istatistika li għandha tkun magħmula dwar ħniezer, bovini u nagħaġ u l-produzzjoni ta’ mogħoż;

Billi, id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 94/432/KE [5], 94/433/KE [6] u 94/434/KE [7] tat-30 ta’ Mejju 1994, kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kummisjoni 95/380/KE [8] tat-18 ta’ Settembru jistabbilixxu regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttivi tal-Kunsill 93/23/KEE, 93/24/KEE u 93/25/KEE;

Billi, skond ir-regoli l-ġodda li jirriżultaw mid-Direttiva 97/77/KE id-Deċiżjonijiet 94/432/KE, 94/433/KE u 94/434/KE għandhom ikunu emendati speċjalment meta jikkonċernaw il-perijodu ta’ riferenza ta’ stħarriġ;

Billi, dawk l-Istati Membri li l-popolazzjoni tal-ħniezer tagħhom hija inqas minn tliet miljuni, jistgħu jkunu awtorizzati li jkollhom stħarriġ tal-ħniezer darba f’sena u b’dati differenti;

Billi, l-Istati Membri li l-popolazzjoni tal-bovini tagħhom hija ekwivalenti biss għal perċentwali żgħir tal-popolazzjoni totali tal-Kommunità jistgħu jkunu awtorizzati li jkunu eżenti minn wieħed miż-żewġ stħarriġ f’Mejju/Ġunju jew Novembru/Diċembru;

Billi l-Istati Membri jistgħu, fuq talba tagħhom, ikunu awtorizzati biex jipprovdu tqassim preskritt tad-daqs u klassijiet tal-merħla u t-tqassim f’livell reġjonali għar-riżultat finali ta’ kull sentejn biż-żewġ jew/u għal dawk ta’ xahar speċifikat fis-sena,

Billi l-applikazzjonijiet saru mill-Istati Membri għal tipi ta’ awtorizazzjoni msemmija iktar ’l isfel;

Billi r-rizultati ta’ l-istħarriġ li saru fil-Finlandja f’livell reġjonali għandha tkun armonizzata skond in-nomenklatura NUTS 2;

Billi r-risultati ta’ l-istħarriġ tan-nagħaġ u mogħoż li saru fil-Belġju f’livell reġjonali għandhom ikunu simplifikati fil-livell ta’ NUTS 1;

Billi l-miżuri previsti ta’ din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti fuq Stħarriġ ta’ l-Agrikoltura stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 72/279/KEE [9],

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L- Artikolu 1

Id-Deċizjoni 94/432/KE għandu jiġi emendat kif ġej:

1) fl-Artikolu 5:

(a) il-paragrafu 1. "April u Awissu" għandhom ikunu mibdula b’"April u Awissu jew Mejju/Ġunju";

(b) il-paragrafu 2. għandu jkun mibdul b’dan li ġej:

"Kif joħroġ mit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 93/23/KEE l-Istati Membri li hemm fil-lista fil-punt (b) ta’ l-Anness IV huma awtorizzati biex jagħmlu stħarriġ darba f’sena f’ April, Mejju/Ġunju, Awissu jew Novembru/Diċembru.;";

(ċ) il-paragrafu 4. "April u Awissu" għandhom ikunu mibdula bi "April jew Mejju/Ġunju jew Awissu".

2) fl-Anness I it-test:

"Il-Finlandja: | Etelä-Suomi |

Sisä-Suomi |

Pohjanmaa |

Pohjois-Suomi" |

għandhom ikunu mibdula bi:

"Il-Finlandja: | Etelä-Suomi-Uusimaa |

Itä-Suomi |

Väli-Suomi |

Pohjois-Suomi" |

3) fl-Anness II, fin-nota fil-qiegħ (a) għandha tinqara:

"(a) Tqassim fakoltattiv għal B, DK, NL, S.".

4) fl-Anness IV:

(a) il-punt (a) "April u Awissu" għandu jkun mibdul bi "April u Awissu jew Mejju/Ġunju";

(b) il-punt (b) "biex teżenta għal kollox l-istħarriġ ta’ April u Awissu" se jkunu mibdula bi "stħarriġ magħmul darba f’sena";

fit-test "l-Irlanda" għandha tkun miżjuda.

(ċ) il-punt (ċ) l-intestaturi:

"April, | Awissu, | Diċembru," |

għandhom ikunu mibdula mill-intestaturi:

"April, | Mejju/Ġunju, | Awissu, | Novembru/Diċembru;" |

(d) il-punt (d) "April jew Awissu" għandhom ikunu mibdula bi "April jew Mejju/Ġunju jew Awissu".

L’intestaturi:

"April | Awissu." |

tkun mibdula bl-intestaturi:

"April, | Mejju/Ġunju, | Awissu." |

Taħt l’intestatura "Mejju/Ġunju" għandha tkun miżjuda "il-Ġermanja".

(e) il-punt (e) taħt l’intestatura "bi snin biż-żewġ""il-Ġermanja" għandha tkun imneħħija.

Taħt l-intestatura "xahar speċifikat fis-sena""Belġju, Mejju" u "il-Ġermanja, Mejju" għandhom ikunu miżjudin. It-test "id-Danimarka, Ġunju" għandu jkun mibdul bi "id-Danimarka, Mejju" u "l-Olanda, Mejju" għandu jkun mibdul bi "l-Olanda, April".

L- Artikolu 2

Id-Deċiżjoni Nru 94/433/KE għandha tkun emendata b’dan li ġej:

1) fl-Artikolu 7(2) "Diċembru" għandu jkun mibdul bi "Novembru/Diċembru".

2) fl-Anness II it-test:

"Il-Finlandja: | Etelä-Suomi |

Sisä-Suomi |

Pohjanmaa |

Pohjois-Suomi," |

Ser tkun mibdula min:

"Il-Finlandja: | Etelä-Suomi-Uusimaa |

Itä-Suomi |

Väli-Suomi |

Pohjois-Suomi." |

3) fl-Anness III, nota fil-qiegħ (a) għandha tinqara:

"(a) tqassim fakoltattiv għal B, DK, NL, S.".

4) fl-Anness V:

(a) il-punti (b) u (ċ) "Diċembru" għandhom ikunu mibdula bit-test "Novembru/Diċembru";

(b) il-punt (d) it-test "il-Ġermanja2" għandu jkun miżjud;

(ċ) il-punt (e) taħt l-intestatura "fi snin biż-żewġ""il-Ġermanja" għandha tkun imneħħija,

taħt l-intestatura "Mejju/Ġunju""il-Ġermanja" għandha tkun miżjuda.

L- Artikolu 3

Id-Deċiżjoni 94/434/KE għandha tkun emendata kif ġej:

1) Fl-Anness:

"Il-Belġju: | Provinces/Provincies" |

(a) Qed tkun mibdula bi

"Il-Belġju: | Région/Gewest." |

"Il-Finlandja: | Etelä-Suomi |

Sisä-Suomi |

Pohjanmaa |

Pohjois-Suomi" |

(b) għandu jkun mibdul bit-test

"Il-Finlandja: | Etelä-Suomi-Uusimaa |

Itä-Suomi |

Väli-Suomi |

Pohjois-Suomi;" |

2) fl-Anness III, lista 1, nota fil-qiegħ (b) għandha tinqara’:

"(b) Fakoltattiv għal-B, D, NL, S.".

fl-Anness III, il-lista 2, in-nota tal-qiegħ (ċ)għandha tinqara:

"(ċ) Fakoltattiv for B, D, NL, S.".

3) fl-Anness V il-punt (b) it-test "il-Ġermanja" għandha tkun imneħħija.

L- Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fit-8 ta’Jannar 1999.

Għall-Kummissjoni

Yves-Thibault De Silguy

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 149, tal-21.6.1993, p. 1.

[2] ĠU L 10, tas-16.1.1998, p. 28.

[3] ĠU L 149, tal-21.6.1993, p. 5.

[4] ĠU L 149, tal-21.6.1993, p. 10.

[5] ĠU L 179, tat-13.7.1994, p. 22.

[6] ĠU L 179, tat-13.7.1994, p. 27.

[7] ĠU L 179, tat-13.7.1994, p. 33.

[8] ĠU L 228, tat-23.9.1995, p. 25.

[9] ĠU L 179, tas-7.8.1972, p. 1.

--------------------------------------------------