European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/886

13.5.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2025/886

tat-12 ta’ Mejju 2025

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2019/796 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/796 tas-17 ta’ Mejju 2019 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Mejju 2019, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2019/796.

(2)

Il-Kunsill irrieżamina l-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/796. Abbażi ta’ dak ir-rieżami, ir-raġunijiet għall-inklużjoni ta’ sitt persuni fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi jenħtieġ li jiġu aġġornati.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/796 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/796 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

B. NOWACKA


(1)   ĠU L 129 I, 17.5.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2019/796/oj.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/796, taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi”, l-entrati 3 sa 8 huma sostitwiti b’dan li ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“3.

Alexey Valeryevich MININ

Алексей Валерьевич МИНИН

Data tat-twelid: 27.5.1972

Post tat-twelid: Perm Oblast, Russian SFSR (illum Russian Federation)

Numru tal-passaport: 120017582

Maħruġ minn: Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Federazzjoni Russa

Validità: mis-17.4.2017 sas-17.4.2022

Post: Moscow, Russian Federation

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Alexey Minin ħa sehem f’tentattiv ta’ attakk ċibernetiku b’effett potenzjalment sinifikanti kontra l-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW) fin-Netherlands u f’attakki ċibernetiċi b’effett sinifikanti kontra Stati terzi.

Bħala uffiċjal ta’ appoġġ għall-intelligence umana tad-Direttorat Ewlieni tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GU/GRU), Alexey Minin kien parti minn tim ta’ erba’ uffiċjali tal-intelligence militari Russa li f’April 2018 ippruvaw jiksbu aċċess mhux awtorizzat għan-network tal-WiFi tal-OPCW f’The Hague, in-Netherlands. L-għan tat-tentattiv ta’ attakk ċibernetiku kien il-hacking tan-network tal-WiFi tal-OPCW, li, li kieku rnexxa kien jikkomprometti s-sigurtà tan-network u l-ħidma investigattiva li għaddejja tal-OPCW. Is-Servizz tas-Sigurtà u tal-Intelligence tad-Difiża tan-Netherlands (Militaire Inlichtingen- en Veiligheidsdienst) ħarbat dan it-tentattiv ta’ attakk ċibernetiku, u b’hekk ipprevjena li ssir ħsara gravi lill-OPCW.

Gran ġuri fid-Distrett tal-Punent ta’ Pennsylvania (l-Istati Uniti tal-Amerka) akkużat lil Alexey Minin, bħala uffiċjal tal-GRU, għall-hacking informatiku, il-frodi permezz ta’ mezzi elettroniċi, is-serq aggravat tal-identità u l-ħasil tal-flus.

Il-GRU jibqa’ attiv fit-twettiq ta’ attakki ċibernetiċi kontra l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha. Bħala membru tal-GRU, Alexey Minin huwa għalhekk involut f’attakki ċibernetiċi b’effett sinifikanti, inkluż tentattivi ta’ attakki ċibernetiċi b’effett potenzjalment sinifikanti, li jikkostitwixxu theddida esterna għall-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha.

30.7.2020

4.

Aleksei Sergeyvich MORENETS

Алексей Сергеевич МОРЕНЕЦ

Data tat-twelid: 31.7.1977

Post tat-twelid: Murmanskaya Oblast, Russian SFSR (illum Russian Federation)

Numru tal-passaport: 100135556

Maħruġ minn: Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Federazzjoni Russa

Validità: mis-17.4.2017 sas-17.4.2022

Post: Moscow, Russian Federation

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Aleksei Morenets ħa sehem f’tentattiv ta’ attakk ċibernetiku b’effett potenzjalment sinifikanti kontra l-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW) fin-Netherlands u f’attakki ċibernetiċi b’effett sinifikanti kontra Stati terzi.

Bħala uffiċjal taċ-ċibernetika għad-Direttorat Ewlieni tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GU/GRU), Aleksei Morenets kien parti minn tim ta’ erba’ uffiċjali tal-intelligence militari Russa li f’April 2018 ippruvaw jiksbu aċċess mhux awtorizzat għan-network tal-WiFi tal-OPCW f’The Hague, in-Netherlands. L-għan tat-tentattiv ta’ attakk ċibernetiku kien il-hacking tan-network tal-WiFi tal-OPCW, li, li kieku rnexxa kien jikkomprometti s-sigurtà tan-network u l-ħidma investigattiva li għaddejja tal-OPCW. Is-Servizz tas-Sigurtà u tal-Intelligence tad-Difiża tan-Netherlands (Militaire Inlichtingen- en Veiligheidsdienst) ħarbat dan it-tentattiv ta’ attakk ċibernetiku, u b’hekk ipprevjena li ssir ħsara gravi lill-OPCW.

Gran ġuri fid-Distrett tal-Punent ta’ Pennsylvania (l-Istati Uniti tal-Amerka) akkużat lil Aleksei Morenets, kif assenjat lill-Military Unit 26165, għall-hacking informatiku, il-frodi permezz ta’ mezzi elettroniċi, is-serq aggravat tal-identità u l-ħasil tal-flus.

Il-GRU jibqa’ attiv fit-twettiq ta’ attakki ċibernetiċi kontra l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha. Bħala membru tal-GRU, Aleksei Morenets huwa għalhekk involut f’attakki ċibernetiċi b’effett sinifikanti, inkluż tentattivi ta’ attakki ċibernetiċi b’effett potenzjalment sinifikanti, li jikkostitwixxu theddida esterna għall-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha.

30.7.2020

5.

Evgenii Mikhaylovich SEREBRIAKOV

Евгений Михайлович СЕРЕБРЯКОВ

Data tat-twelid: 26.7.1981

Post tat-twelid: Kursk, Russian SFSR (illum Russian Federation)

Numru tal-passaport: 100135555

Maħruġ minn: Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Federazzjoni Russa

Validità: mis-17.4.2017 sas-17.4.2022

Post: Moscow, Russian Federation

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Evgenii Serebriakov ħa sehem fit-tentattiv ta’ attakk ċibernetiku b’effett potenzjalment sinifikanti kontra l-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW) fin-Netherlands u f’attakki ċibernetiċi b’effett sinifikanti kontra Stati terzi.

Bħala uffiċjal taċ-ċibernetika għad-Direttorat Ewlieni tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GU/GRU), Evgenii Serebriakov kien parti minn tim ta’ erba’ uffiċjali tal-intelligence militari Russa li f’April 2018 ippruvaw jiksbu aċċess mhux awtorizzat għan-network tal-WiFi tal-OPCW f’The Hague, in-Netherlands. L-għan tat-tentattiv ta’ attakk ċibernetiku kien il-hacking tan-network tal-WiFi tal-OPCW, li, li kieku rnexxa kien jikkomprometti s-sigurtà tan-network u l-ħidma investigattiva li għaddejja tal-OPCW. Is-Servizz tas-Sigurtà u tal-Intelligence tad-Difiża tan-Netherlands (Militaire Inlichtingen- en Veiligheidsdienst) ħarbat dan it-tentattiv ta’ attakk ċibernetiku, u b’hekk ipprevjena li ssir ħsara gravi lill-OPCW.

Mir-rebbiegħa tal-2022, Evgenii Serebriakov mexxa ‘Sandworm’ (magħruf ukoll bħala ‘Sandworm Team’, ‘BlackEnergy Group’, ‘Voodoo Bear’, ‘Quedagh’, ‘Olympic Destroyer’ u ‘Telebots’), attur u grupp ta’ hacking affiljat mal-Unit 74455 tad-Direttorat tal-Intelligence Ewlieni Russu. Sandworm wettaq attakki ċibernetiċi fuq l-Ukrajna, inkluż l-aġenziji tal-gvern Ukren, wara l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

Il-GRU jibqa’ attiv fit-twettiq ta’ attakki ċibernetiċi kontra l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha. Bħala membru tal-GRU, Evgenii Serebriakov huwa għalhekk involut f’attakki ċibernetiċi b’effett sinifikanti, inkluż tentattivi ta’ attakki ċibernetiċi b’effett potenzjalment sinifikanti, li jikkostitwixxu theddida esterna għall-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha.

30.7.2020

6.

Oleg Mikhaylovich SOTNIKOV

Олег Михайлович СОТНИКОВ

Data tat-twelid: 24.8.1972

Post tat-twelid: Ulyanovsk, Russian SFSR (illum Russian Federation)

Numru tal-passaport: 120018866

Maħruġ minn: Ministeru għall-Affarijiet Barranin tal-Federazzjoni Russa

Validità: mis-17.4.2017 sas-17.4.2022

Post: Moscow, Russian Federation

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Oleg Sotnikov ħa sehem fit-tentattiv ta’ attakk ċibernetiku b’effett potenzjalment sinifikanti kontra l-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW) fin-Netherlands u f’attakki ċibernetiċi b’effett sinifikanti kontra Stati terzi.

Bħala uffiċjal ta’ appoġġ għall-intelligence umana tad-Direttorat Ewlieni tal-Istat Maġġur tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GU/GRU), Oleg Sotnikov kien parti minn tim ta’ erba’ uffiċjali tal-intelligence militari Russa li f’April 2018 ippruvaw jiksbu aċċess mhux awtorizzat għan-network tal-WiFi tal-OPCW f’The Hague, in-Netherlands. L-għan tat-tentattiv ta’ attakk ċibernetiku kien il-hacking tan-network tal-WiFi tal-OPCW, li, li kieku rnexxa kien jikkomprometti s-sigurtà tan-network u l-ħidma investigattiva li għaddejja tal-OPCW. Is-Servizz tas-Sigurtà u tal-Intelligence tad-Difiża tan-Netherlands (Militaire Inlichtingen- en Veiligheidsdienst) ħarbat dan it-tentattiv ta’ attakk ċibernetiku, u b’hekk ipprevjena li ssir ħsara gravi lill-OPCW.

Gran ġuri fid-Distrett tal-Punent ta’ Pennsylvania (Stati Uniti tal-Amerka) akkużat lil Oleg Sotnikov, bħala uffiċjal tal-GRU, għall-hacking informatiku, il-frodi permezz ta’ mezzi elettroniċi, is-serq aggravat tal-identità u l-ħasil tal-flus.

Il-GRU jibqa’ attiv fit-twettiq ta’ attakki ċibernetiċi kontra l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha. Bħala membru tal-GRU, Oleg Sotnikov huwa għalhekk involut f’attakki ċibernetiċi b’effett sinifikanti, inkluż tentattivi ta’ attakki ċibernetiċi b’effett potenzjalment sinifikanti, li jikkostitwixxu theddida esterna għall-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha.

30.7.2020

7.

Dmitry Sergeyevich BADIN

Дмитрий Сергеевич БАДИН

Data tat-twelid: 15.11.1990

Post tat-twelid: Kursk, Russian SFSR (illum Russian Federation)

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Dmitry Badin ħa sehem f’attakk ċibernetiku b’effett sinifikanti kontra l-Parlament federali Ġermaniż (Deutscher Bundestag) u f’attakki ċibernetiċi b’effett sinifikanti kontra Stati terzi.

Bħala uffiċjali tal-intelligence militari tal-85th Main Centre for Special Services (GTsSS) tad-Direttorat Ewlieni tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GU/GRU), Dmitry Badin kien parti minn tim ta’ uffiċjali tal-intelligence militari Russi li wettqu attakk ċibernetiku kontra l-Parlament federali Ġermaniż f’April u Mejju 2015. Dan l-attakk ċibernetiku kien immirat kontra s-sistema ta’ informazzjoni tal-Parlament u affettwa l-operat tagħha għal diversi ġranet. Insteraq ammont ta’ data sinifikanti u ġew affettwati l-kontijiet tal-posta elettronika ta’ diversi Membri Parlamentari kif ukoll tal-eks Kanċillier Angela Merkel.

Gran ġuri fid-Distrett tal-Punent ta’ Pennsylvania (l-Istati Uniti tal-Amerka) akkużat lil Dmitry Badin, kif assenjat lill-Military Unit 26165, għall-hacking informatiku, il-frodi permezz ta’ mezzi elettroniċi, is-serq aggravat tal-identità u l-ħasil tal-flus.

Il-GRU jibqa’ attiv fit-twettiq ta’ attakki ċibernetiċi kontra l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha. Bħala membru tal-GRU, Dmitry Badin huwa għalhekk involut f’attakki ċibernetiċi b’effett sinifikanti, inkluż tentattivi ta’ attakki ċibernetiċi b’effett potenzjalment sinifikanti, li jikkostitwixxu theddida esterna għall-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha.

22.10.2020

8.

Igor Olegovich KOSTYUKOV

Игорь Олегович КОСТЮКОВ

Data tat-twelid: 21.2.1961

Nazzjonalità: Russa

Sess: raġel

Igor Kostyukov huwa l-Kap attwali tad-Direttorat Ewlieni tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa (GU/GRU), fejn preċedentement serva bħala l-Ewwel Viċi Kap. Waħda mill-unitajiet taħt il-kmand tiegħu hija l-85th Main Centre for Special Services (GTsSS), (magħrufa wkoll bħala ‘Military Unit 26165’: ‘APT28’, ‘Fancy Bear’, ‘Sofacy Group’, ‘Pawn Storm’ u ‘Strontium’).

F’din il-kapaċità, Igor Kostyukov huwa responsabbli għall-attakki ċibernetiċi mwettqa mill-GTsSS, inkluż dawk b’effett sinifikanti li jikkostitwixxu theddida esterna għall-Unjoni jew għall-Istati Membri tagħha.

B’mod partikolari, uffiċjali tal-intelligence militari tal-GTsSS ħadu sehem fl-attakk ċibernetiku kontra l-Parlament federali Ġermaniż (Deutscher Bundestag) f’April u Mejju 2015 u t-tentattiv ta’ attakk ċibernetiku mmirat għall-hacking fin-network tal-WiFi tal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW) fin-Netherlands f’April 2018.

L-attakk ċibernetiku kontra l-Parlament federali Ġermaniż kien immirat kontra s-sistema ta’ informazzjoni tal-Parlament u affettwa l-operat tagħha għal diversi ġranet. Insteraq ammont ta’ data sinifikanti u ġew affettwati l-kontijiet tal-posta elettronika ta’ diversi Membri Parlamentari kif ukoll tal-eks Kanċillier Angela Merkel.

Il-GRU jibqa’ attiv fit-twettiq ta’ attakki ċibernetiċi kontra l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha. Bħala membru tal-GRU, Igor Kostyukov huwa għalhekk involut f’attakki ċibernetiċi b’effett sinifikanti, inkluż tentattivi ta’ attakki ċibernetiċi b’effett potenzjalment sinifikanti, li jikkostitwixxu theddida esterna għall-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha.

22.10.2020.”


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/886/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)