European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/1132

13.2.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11749 — AMD / ZT)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/1132)

1.   

Fil-5 ta’ Frar 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Advanced Micro Devices, Inc. (“AMD”, l-Istati Uniti tal-Amerika),

—

ZT Group Int’ l, Inc. (“ZT”, l-Istati Uniti tal-Amerika).

AMD se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ ZT.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

AMD: kumpanija globali tas-semikondutturi li tiżviluppa proċessuri tal-kompjuter u teknoloġiji relatati,

—

ZT: disinjatur u fornitur ta’ soluzzjonijiet ta’ server u ta’ ħżin għaċ-ċentri tad-data.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11749 — AMD / ZT

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (Ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/1132/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)