|
8.4.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 116/19 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9763 — Bidvest Group/PHS Group)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 116/09)
1.
Fil-31 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
The Bidvest Group Limited (“Bidvest”, l-Afrika t’Isfel); |
|
— |
PHS Bidco Limited (flimkien mas-sussidjarji tagħha, il-“PHS Group”, ir-Renju Unit). |
Bidvest takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Għaqdiet, il-kontroll tal-PHS Group kollu kemm hu.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Bidvest: provvista ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ faċilitajiet fir-Renju Unit u l-Irlanda; |
|
— |
il-PHS Group: il-provvista ta’ firxa ta’ servizzi ta’ ndafa u servizzi kummerċjali speċjalisti, inklużi soluzzjonijiet għall-washrooms, provvista ta’ ħwejjeġ u servizzi ta’ ħasil u servizzi ta’ kiri ta’ tagħmir u impjanti fir-Renju Unit, l-Irlanda u Spanja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9763 — Bidvest Group/PHS Group
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).