<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-65/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0065</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:770">EU:C:2017:770</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>Sentenza tad-<DATE ISO="20171019">19.10.2017</DATE> – Kawża C-65/16</P><P>Istanbul Lojistik</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20171019">19 ta’ Ottubru 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Ftehim li joħloq assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 9</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 4, 5 u 7</KEYWORD><KEYWORD>Unjoni doganali</KEYWORD><KEYWORD>Trasport bit-triq</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-karozzi</KEYWORD><KEYWORD>Impożizzjoni ta’ taxxi fir-rigward ta’ vetturi tqal ta’ trasport ta’ merkanzija rreġistrati fit-Turkija li jaqsmu l-Ungerija fi tranżitu</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑65/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (qorti amministrattiva u tax-xogħol ta’ Szeged, l-Ungerija), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160118">18 ta’ Jannar 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20160208">8 ta’ Frar 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Istanbul Lojistik Ltd</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla)</P><P>komposta minn M. Ilešič, President tal-Awla, A. Rosas, C. Toader, A. Prechal u E. Jarašiūnas (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: I. Illéssy, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20170119">19 ta’ Jannar 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Istanbul Lojistik Ltd, minn S. Habóczky, V. Weiss u A. Nagy, ügyvédek,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ungeriż, minn M. Tátrai u E. E. Sebestyén kif ukoll minn M. Z. Fehér u G. Koós, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn A. Collabolletta u G. Rocchitta, avvocati dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn J. Hottiaux u E. Georgieva kif ukoll minn L. Havas, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20170406">6 ta’ April 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 9 tal-Ftehim dwar il-ħolqien ta’ assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, li ġie ffirmat fit-<DATE ISO="19630912">12 ta’ Settembru 1963</DATE> f’Ankara mir-Repubblika tat-Turkija, minn naħa, kif ukoll mill-Istati Membri tal-KEE u tal-Komunità, min-naħa l-oħra, u li ġie konkluż, approvat u kkonfermat f’isem din tal-aħħar permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 64/732/KEE, tat-<DATE ISO="19631223">23 ta’ Diċembru 1963</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 11, p. 10, iktar ’il quddiem il-“Ftehim KEE-Turkija), tal-Artikoli 4, 5 u 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija, tat-<DATE ISO="19951222">22 ta’ Diċembru 1995</DATE>, dwar l-implementazzjoni tal-fażi definittiva tal-Unjoni Doganali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="035" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1996">ĠU 1996, L 35, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), tal-Artikolu 3(2) TFUE kif ukoll tal-Artikolu 1(2) u (3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20091021">21 ta’ Ottubru 2009</DATE>, dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="300" PAGE.FIRST="72" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 300, p. 72</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Istanbul Lojistik Ltd, kumpannija tat-trasport Torka, u n-Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatóság (amministrazzjoni nazzjonali tat-taxxa u tad-dwana, diviżjoni tal-appell, l-Ungerija) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>awtorità fiskali tat-tieni grad<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) dwar id-deċiżjoni ta’ din tal-aħħar li tissuġġetta vettura tqila ta’ trasport ta’ merkanzija li tappartjeni għal din il-kumpannija għall-ħlas ta’ taxxa dovuta minħabba l-qsim tal-fruntiera Ungeriża.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Id-dritt tal-Unjoni</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 9 tal-Ftehim KEE-Turkija:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Il-partijiet kontraenti jirrikonoxxu li fil-qasam ta’ applikazzjoni tal-Ftehim, u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet partikolari li jistgħu jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 8, kull diskriminazzjoni mwettqa minħabba n-nazzjonalità hija pprojbita skont il-prinċipju stipulat fl-Artikolu 7 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 62 tal-Protokoll Addizzjonali, iffirmat fit-<DATE ISO="19701123">23 ta’ Novembru 1970</DATE> fi Brussell, anness mal-Ftehim KEE-Turkija, konkluż, approvat u kkonfermat f’isem il-Komunità bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2760/72, tad-<DATE ISO="19721219">19 ta’ Diċembru 1972</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 11, p. 41, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Protokoll Addizzjonali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), jipprevedi li l-protokoll addizzjonali huwa parti integrali mill-Ftehim KEE-Turkija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 42(1) tal-Protokoll Addizzjonali jiddisponi dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jestendi għat-Turkija, skont il-modalitajiet li huwa jistabbilixxi b’teħid inkunsiderazzjoni b’mod partikolari tas-sitwazzjoni ġeografika tat-Turkija, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità applikabbli għat-trasport. Huwa jista’ taħt l-istess kundizzjonijiet, jestendi għat-Turkija l-atti meħuda mill-Komunità għall-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet għat-trasport bil-ferrovija, bit-triq u fuq l-ilma.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-[Ftehim KEE-Turkija], tal-protokolls addizzjonali u supplimentari tiegħu, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija jistabbilixxi l-modalitajiet segwenti għall-implementazzjoni tal-fażi finali tal-Unjoni doganali prevista fl-Artikoli 2 u 5 tal-imsemmi ftehim.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-Kapitolu I ta’ din id-deċiżjoni, dwar il-moviment liberu tal-merkanzija u politika kummerċjali, jinkludi t-Taqsima I, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Eliminazzjoni tad-dazji doganali u tat-taxxi li għandhom effett ekwivalenti<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>. [traduzzjoni mhux uffiċjali] L-Artikolu 4 tal-imsemmija deċiżjoni, li jinsab f’din it-taqsima, jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Id-dazji doganali fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni kif ukoll it-taxxi li għandhom effett ekwivalenti għal dazju doganali għandhom jitneħħew kompletament bejn il-Komunità u t-Turkija, mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-deċiżjoni. Il-Komunità u t-Turkija għandhom jastjenu, minn din id-data, milli jintroduċu dazji doganali ġodda fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni jew kwalunkwe taxxa li għandha effett ekwivalenti għal dazju doganali. Dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw ukoll għad-dazji doganali ta’ natura fiskali.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>It-Taqsima II ta’ dan il-kapitolu, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Eliminazzjoni ta’ restrizzjonijiet kwantitattivi jew ta’ miżuri li għandhom effett ekwivalenti<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, hija komposta mill-Artikoli 5 sa 11 tad-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni. L-Artikolu 5 ta’ din tal-aħħar jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Ir-restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni kif ukoll il-miżuri li għandhom effett ekwivalenti kollha huma pprojbiti bejn il-partijiet kontraenti.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tal-imsemmija deċiżjoni huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Ir-restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-esportazzjoni kif ukoll il-miżuri li għandhom effett ekwivalenti kollha huma pprojbiti bejn il-partijiet kontraenti.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>L-Artikoli 5 u 6 ma għandhomx jostakolaw projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew it-tranżitu ġġustifikati minn raġunijiet ta’ moralità pubblika, ta’ ordni pubbliku, ta’ sigurtà pubblika, ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-bnedmin u tal-annimali jew ta’ preżervazzjoni tal-pjanti, ta’ protezzjoni ta’ teżori nazzjonali li għandhom valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku, jew ta’ protezzjoni ta’ propjetà industrijali u kummerċjali. Madankollu, dawn il-projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet la għandhom jikkostitwixxu mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja u lanqas restrizzjoni moħbija fil-kummerċ bejn il-partijiet kontraenti.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 66 ta’ din id-deċiżjoni jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Id-dispożizzjonijiet tad-deċiżjoni preżenti, sa fejn huma identiċi essenzjalment għar-regoli korrispondenti tat-Trattat li jistabbilixxi lill-Komunità Ewropea għandhom jiġu, permezz tal-implementazzjoni tagħhom u tal-applikazzjoni tagħhom għall-prodotti li jaqgħu taħt l-unjoni doganali, interpretati b’konformità mas-sentenzi dwar dan is-suġġett tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1072/2009, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Dan ir-Regolament għandu japplika għat-trasport bit-triq internazzjonali tal-merkanzija bil-kiri jew b’kumpens għall-vjaġġi li jsiru fit-territorju Komunitarju.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="4"?><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ ta’ trasport minn Stat Membru lejn pajjiż terz u viċeversa, dan ir-Regolament għandu japplika għal dik il-parti tal-vjaġġ fit-territorju ta’ Stat Membru traversat waqt il-vjaġġ. M’għandux japplika għal dik il-parti tal-vjaġġ li ssir fit-territorju tal-Istat Membru tat-tagħbija jew tal-ħatt sakemm ma jkunx ġie konkluż il-ftehim meħtieġ bejn il-Komunità u l-pajjiż terz.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Sakemm jintlaħqu il-ftehim imsemmija fil-paragrafu 2, dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>dispożizzjonijiet rigward it-trasport minn Stat Membru għal pajjiż terz u viċeversa li huma inklużi fil-ftehim bilaterali li ntlaħqu mill-Istati Membri ma’ dawk il-pajjiżi terzi;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Id-dritt Ungeriż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 18 tal-ftehim konkluż bejn il-Kunsill Presidenzjali u l-Gvern tar-Repubblika Popolari tal-Ungerija, minn naħa, u l-Gvern tar-Repubblika tat-Turkija, min-naħa l-oħra, li għandu bħala suġġett it-trasport internazzjonali bit-triq, iffirmat f’Budapest fl-<DATE ISO="19680914">14 ta’ Settembru 1968</DATE> [Magyar Közlöny 1969/78 (X. 11.), iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Ftehim Ungerija-Turkija<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>], fil-paragrafu 3 tiegħu jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Il-vetturi li jwettqu trasport ta’ merkanzija <HT TYPE="ITALIC">via</HT> t-territorju tal-parti kontraenti l-oħra huma suġġetti, inkluż il-vjaġġi meta dawn ikunu vojta, għat-taxxi, taxxi addizzjonali, dazji u tariffi li għandhom jitħallsu għat-trasport tal-merkanzija u sabiex jiġu koperti l-ispejjeż marbuta mal-manutenzjoni u mat-tiswija tat-toroq, inklużi t-taxxi previsti għall-imsemmija vetturi li jaqbżu l-piżijiet massimi ammissibbli skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-parti kontraenti l-oħra.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-preambolu tal-gépjárműadóról szóló 1991. évi LXXXII. törvény (Liġi Nru LXXXII, dwar it-taxxa fuq il-karozzi, tal-1991) [Magyar Közlöny 1991/145 (XII. 26.), (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>liġi dwar it-taxxa fuq il-karozzi<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>], huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>L-assemblea nazzjonali, fl-interess ta’ tqassim aħjar tal-ispejjeż pubbliċi marbuta mat-traffiku, ta’ żieda fid-dħul tal-amministrazzjonijiet komunali jew, fil-kapitali, tad-distretti tal-belt, kif ukoll tat-tkabbir tas-sorsi ta’ finanzjament neċessarji għall-manutenzjoni u għall-iżvilupp tan-netwerk tat-toroq pubbliċi [tadotta l-liġi preżenti] dwar it-taxxa fuq il-karozzi.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 ta’ din il-liġi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>It-taxxa fuq il-karozzi għandha titħallas fuq kull vettura jew karru li għandhom pjanċi ta’ reġistrazzjoni Ungeriżi, kif ukoll minn kull vettura tqila ta’ trasport ta’ merkanzija rreġistrata f’pajjiż barrani u li tinsaq fit-territorju tal-Ungerija (iktar 'il quddiem, flimkien, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>vettura<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>) […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="001.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-liġi ma jestendix […], fil-kategorija ta’ vetturi tqal ta’ trasport ta’ merkanzija rreġistrati f’pajjiż barrani, għal dawk li huma rreġistrati fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tal-imsemmija liġi jipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>[i]t-taxxa hija dovuta mid-detentur tal-vettura<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 11 tal-liġi dwar it-taxxa fuq il-karozzi, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>[l-]obbligu fiskali jibda fil-ġurnata ta’ dħul fit-territorju tal-Ungerija<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 ta’ din il-liġi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="015.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Fil-każ ta’ vettura [jew, għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu, ta’ grupp magħqud ta’ vetturi] ta’ kapaċità massima li ma taqbiżx it-12-il tunnellata, li tinsaq b’liċenżja tat-trasport li tintuża għal finijiet ta’ trasport lokali, taxxa ta’ <FT TYPE="NUMBER">10000</FT> [forint Ungeriż (HUF) (madwar EUR 33)] għandha titħallas abbażi, rispettivament, tal-vjaġġ lejn id-destinazzjoni u tal-vjaġġ ta’ ritorn, filwaqt li, fil-każ ta’ vettura ta’ kapaċità massima li teċċedi t-12-il tunellata, li tinsaq b’liċenzja tat-trasport li tintuża għal finijiet ta’ trasport lokali, taxxa ta’ HUF <FT TYPE="NUMBER">30000</FT> [(madwar EUR 100)] għandha titħallas, rispettivament, għall-vjaġġ lejn id-destinazzjoni u għall-vjaġġ ta’ ritorn. Fil-każ ta’ vettura ta’ kapaċità massima li ma taqbiżx it-12-il tunnellata, li tinsaq b’liċenżja tat-trasport li tintuża għal finijiet ta’ tranżitu (inkluż bl-użu ta’ awtorizzazzjoni maħruġa minn pajjiż terz), taxxa ta’ HUF <FT TYPE="NUMBER">20000</FT> [(madwar EUR 66)] għandha titħallas abbażi, rispettivament, tal-vjaġġ lejn id-destinazzjoni u tal-vjaġġ ta’ ritorn, filwaqt li, fil-każ ta’ vettura ta’ kapaċità massima li teċċedi t-12-il tunellata, li tinsaq b’liċenzja tat-trasport li tintuża għal finijiet ta’ tranżitu, taxxa ta’ HUF <FT TYPE="NUMBER">60000</FT> [(madwar EUR 200)] għandha titħallas, rispettivament, għall-vjaġġ lejn id-destinazzjoni u għall-vjaġġ ta’ ritorn. L-obbligu ta’ ħlas tat-taxxa b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet preċedenti jeżisti wkoll meta l-liċenzja tat-trasport ma tkunx valida, jew meta l-persuna taxxabbli użatha b’mod illegali, jew meta hija ssuq mingħajr liċenzja tat-trasport.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-ammonti ta’ taxxa stabbiliti fil-paragrafu 1 jestendu għal vjaġġ lejn id-destinazzjoni u għal vjaġġ ta’ ritorn u għal soġġorn fit-territorju Ungeriż li ma jaqbiżx 48 siegħa kull vjaġġ. Jekk it-tul tas-soġġorn huwa itwal, it-taxxa hija dovuta, skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 iktar 'il fuq, għal kull perijodu ġdid ta’ 48 siegħa li jkun beda. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-ammont ta’ taxxa dovuta skont il-paragrafu 1 titħallas permezz tax-xiri ta’ bolla fiskali li għandha titwaħħal fuq il-liċenzja tat-trasport bit-triq, fil-każ ta’ trasport lokali, għall-perijodu kollu tat-trasport u, fil-każ ta’ trasport ta’ tranżitu, separatament għall-vjaġġ lejn id-destinazzjoni u għal dak ta’ ritorn, fil-mument ta’ dħul fit-territorju tal-Ungerija. La darba l-bolla jew bolol jitwaħħlu, il-persuna taxxabbli għandha b’mod obbligatorju tindika, fuqha jew fuqhom, id-data u l-ħin ta’ dħul (sena, xahar, ġurnata u siegħa). Jekk l-obbligu ta’ ħlas (bolla fiskali) ma jkunx osservat, ma huwiex possibbli li jsir sewqan b’liċenzja tat-trasport suġġetta għat-taxxa mingħajr riskju ta’ sanzjonijiet ħlief f’massimu ta’ 5 km madwar il-punt ta’ dħul fit-territorju tal-Ungerija.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>L-Artikolu 17(2) tal-imsemmija liġi huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Jekk il-persuna taxxabbli naqset milli twettaq, parzjalment jew totalment, l-obbligu tagħha ta’ ħlas tat-taxxa, l-awtorità doganali tikkonstata d-dejn fiskali, kif ukoll multa fiskali ekwivalenti għal ħames darbiet l-ammont ta’ dan id-dejn. […]<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-közúti közlekedésről szóló 1988. évi I. törvény (Liġi Nru I dwar it-traffiku fit-toroq, tas-sena 1988) [Magyar Közlöny 1988/15 (IV. 21.)] tipprevedi, fl-Artikolu 20(1)(a) tagħha, li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>[t]ista’ tintalab tħallas multa kull persuna li tikser id-dispożizzjonijiet relatati mas-servizzi ta’ trasport bit-triq (trasport ta’ persuni jew ta’ merkanzija) nazzjonali jew internazzjonali suġġetti għal awtorizzazzjoni u għall-possessjoni ta’ dokument, bħal dawk previsti f’din il-liġi jew f’atti leġiżlattivi jew regolamentari speċifiċi, jew saħansitra f’atti tad-dirtt Komunitarju<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 4 tad-díj ellenében végzett közúti árutovábbítási, a saját számlás áruszállítási, valamint az autóbusszal díj ellenében végzett személyszállítási és a saját számlás személyszállítási tevékenységről, továbbá az ezekkel összefüggő jogszabályok módosításáról szóló 261/2011. (XII. 7) Korm. rendelet [Digriet Governattiv Nru 261/2011 (XII. 7) dwar l-attivitajiet ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq bi ħlas,<?PAGE NO="6"?> tat-trasport tal-merkanzija għal rashom, kif ukoll għall-attivitajiet ta’ trasport ta’ persuni b’xarabank bi ħlas u t-trasport ta’ persuni għal rashom, kif ukoll għall-emenda tar-regoli tad-dritt relatati ma’ dawn l-attivitajiet] [Magyar Közlöny 2011/146 (XII. 7.)]:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Trasport tal-merkanzija bit-triq bi ħlas, jew trasport tal-merkanzija bit-triq għal rashom, imwettaq fil-kuntest tat-traffiku internazzjonali billi wieħed jgħaddi mit-territorju tal-Ungerija, jista’ jitwettaq</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>b’liċenzja Komunitarja – maħruġa għall-finijiet tat-trasport internazzjonali ta’ merkanzija bit-triq –, bħal dik prevista fl-Artikolu 4 tar-[Regolament Nru 1072/2009] […]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>awtorizzazzjoni stabbilita mill-Forum Internazzjonali dwar it-Trasport […], jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>liċenzja għall-vetturi tqal ta’ trasport ta’ merkanzija maħruġa abbażi ta’ ftehim bilaterali jew multilaterali,</TXT></NP></ITEM></LIST><P>relatata mal-attività inkwistjoni.<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 tal-közúti árufuvarozáshoz, személyszállításhoz és a közúti közlekedéshez kapcsolódó egyes rendelkezések megsértése esetén kiszabható bírságok összegéről, valamint a bírságolással összefüggő hatósági feladatokról szóló 156/2009. (VII 29.)] Korm. rendelet [Digriet Governattiv Nru 156/2009 (VII 29.) dwar l-ammont tal-multi li jistgħu jiġu imposti fil-każ ta’ ksur ta’ ċerti dispożizzjonijiet relatati mat-trasport bit-triq tal-merkanzija u tal-persuni u mat-traffiku fit-triq, kif ukoll dwar id-doveri tal-awtorità pubblika marbuta mal-impożizzjoni ta’ multa] [Magyar Közlöny 2009/107 (VII. 29.)]:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Għall-finijiet tal-Artikolu 20(1)(a) tal-[liġi Nru I dwar it-traffiku fit-toroq tal-1988], u bla ħsara għal dispożizzjonijiet kuntrarji, hija marbuta għall-ħlas ta’ multa ta’ ammont previst fl-Anness 1 kull persuna li</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>tikser id-dispożizzjonijiet relatati mal-awtorizzazzjonijiet u mad-dokumenti meħtieġa sabiex jitwettqu servizzi ta’ trasport bit-triq, previsti fl-[Artikolu 4(1)(c) tad-Digriet Governattiv Nru 261/2011 dwar it-trasport tal-merkanzija].</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><ALINEA>Skont il-punt 5(a) tal-Anness 1, it-trasportatur mingħajr liċenzja tat-trasport bit-triq ta’ merkanzija jew detentur ta’ liċenzja mhux valida ta’ trasport bit-triq ta’ merkanzija għandu jħallas multa ta’ HUF <FT TYPE="NUMBER">300000</FT> [(madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">1000</FT>)].<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Istanbul Lojistik hija kumpannija rreġistrata fit-Turkija, li twettaq trasport bit-triq ta’ merkanzija mit-Turkija lejn id-diversi Stati Membri tal-Unjoni, prinċipalment il-Ġermanja, f’isem impriżi stabbiliti fit-Turkija u fl-Unjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20150330">30 ta’ Marzu 2015</DATE>, in-Nemzeti Adó- és Vámhivatal (amministrazzjoni nazzjonali tat-taxxa u tad-dwana, l-Ungerija) wettqet kontroll fl-inħawi ta’ Nagylak (l-Ungerija), viċin tal-fruntiera mar-Rumanija, fuq grupp magħqud ta’ vetturi ta’ kapaċità massima ta’ iktar minn 12-il tunnellata, irreġistrati fit-Turkija u użati minn Istanbul Lojistik. Din tal-aħħar kienet detentriċi, għall-vettura tqila ta’ trasport ta’ merkanzija kkonċernati, ta’ liċenzja ta’ tranżitu Ungerija-Turkija, li hija kienet tuża sabiex tittrasporta xi prodotti ta’ drapp mit-Turkija lejn il-Ġermanja <HT TYPE="ITALIC">via</HT> l-Ungerija bħala l-pajjiż ta’<?PAGE NO="7"?> tranżitu. Il-liċenzja ta’ tranżitu kien fiha r-referenzi kollha meħtieġa mil-leġiżlazzjoni Ungeriża iżda l-bolla fiskali li tikkorrispondi għall-ammont ta’ taxxa meħtieġa għall-karozzi u li tagħti attestazzjoni tal-pagament ta’ din tal-aħħar ma kinitx twaħħlet fuq l-imsemmija liċenzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjonijiet amministrattivi tal-<DATE ISO="20150331">31 ta’ Marzu 2015</DATE>, adottati wara l-imsemmi kontroll, l-amministrazzjoni nazzjonali tat-taxxa u tad-dwana kkonstatat li Istanbul Lojistik ma kinitx issodisfat l-obbligu fiskali tagħha previst mil-liġi dwar it-taxxa fuq il-karozzi u li, konsegwentement, il-liċenzja ta’ tranżitu tagħha ma kinitx valida. Din l-awtorità imponiet fuq Istanbul Lojistik il-ħlas ta’ somma ta’ HUF <FT TYPE="NUMBER">60000</FT> (madwar EUR 200) li tikkorrispondi għal din it-taxxa, flimkien ma’ multa ta’ HUF <FT TYPE="NUMBER">300000</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">1000</FT>) kif ukoll ta’ multa amministrattiva tal-istess ammont bħal din tal-aħħar, jiġifieri totali ta’ HUF <FT TYPE="NUMBER">660000</FT> (madwar EUR <FT TYPE="NUMBER">2200</FT>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Istanbul Lojistik ippreżentat azzjoni amministrattiva kontra dawn id-deċiżjonijiet quddiem l-awtorità fiskali tat-tieni grad li, permezz ta’ deċiżjonijiet tat-<DATE ISO="20150513">13 ta’ Mejju 2015</DATE>, ikkonfermathom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għaldaqstant din il-kumpannija ppreżentat, quddiem is-Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (qorti amministrattiva u tax-xogħol ta’ Szeged, l-Ungerija), azzjoni kontra d-deċiżjonijiet tal-awtorità fiskali tat-tieni grad.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Insostenn tal-azzjoni tagħha, Istanbul Lojistik issostni li d-dispożizzjonijiet tal-liġi dwar it-taxxa fuq il-karozzi inkwistjoni jiksru l-Artikoli 4 sa 6 tad-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni. Hija ssostni li t-taxxa fuq il-karozzi tista’ tiġi kkunsidrata bħala taxxa li għandha effett ekwivalenti għal dazju doganali fis-sens tal-Artikolu 30 TFUE u, għaldaqstant, tal-Artikolu 4 tal-imsemmija deċiżjoni. Fil-fehma tagħha, din it-taxxa tinġabar b’mod diskriminatorju u b’mod protettiv u tikkostitwixxi restrizzjoni fuq il-moviment liberu tal-merkanzija, li hija kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>L-awtorità fiskali tat-tieni grad titlob iċ-ċaħda tal-azzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Is-Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (qorti amministrattiva u tax-xogħol ta’ Szeged) tistaqsi dwar il-fatt ta’ jekk it-taxxa fuq il-karozzi inkwistjoni tikkostitwixxix taxxa li għandha effett ekwivalenti għal dazju doganali li tmur kontra l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni. Fil-fatt hija tosserva li, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwisjtoni, id-detenturi ta’ vetturi rreġistrati fi Stat Membru ma għandhomx iħallsu t-taxxa fuq il-karozzi, filwaqt li d-detenturi ta’ karozzi rreġistrati fit-Turkija huma obbligati jħallsuha għat-tranżitu mill-Ungerija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li t-taxxa fuq il-karozzi ma hijiex taxxa li għandha effett ekwivalenti għal dazju doganali, skont il-qorti tar-rinviju tqum il-kwistjoni dwar jekk din it-taxxa hijiex miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva u, għaldaqstant, miżura li tmur kontra l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta pożittiva għal din l-aħħar domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-imsemmija taxxa tistax tkun iġġustifikata, b’applikazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, permezz tar-rekwiżiti tas-sigurtà fit-toroq u tat-tressiq ta’ azzjoni kontra l-ksur. Hija tindika li l-għanijiet tal-liġi dwar it-taxxa fuq il-karozzi huma, b’mod partikolari, tqassim aħjar tal-ispejjeż pubbliċi marbuta mat-traffiku, iż-żieda fid-dħul tal-amministrazzjonijiet komunali, kif ukoll il-kisba tar-riżorsi neċessarji għall-manutenzjoni u għall-iżvilupp tan-netwerk tat-toroq pubbliċi. Il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll dwar il-fatt jekk it-taxxa fuq il-karozzi hijiex proporzjonata, idonea sabiex tiggarantixxi t-twettiq tal-għanijiet imfittxija u nondiskriminatorja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Jekk din it-taxxa la hija taxxa li għandha effett ekwivalenti għal dazju doganali u lanqas miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-applikazzjoni tal-Ftehim Ungerija-Turkija hijiex kompatibbli mal-Artikolu 3(2) TFUE, kif ukoll mar-Regolament Nru 1072/2009, peress li, fil-fehma tagħha, il-qasam tat-trasport jaqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tistaqsi wkoll jekk l-imsemmija taxxa hijiex diskriminatorja fir-rigward tat-trasportaturi Torok fis-sens tal-Artikolu 9 tal-Ftehim KEE-Turkija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-Szegedi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (qorti amministrattiva u tax-xogħol ta’ Szeged) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tad-[Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni] għandu jiġi interpretat fis-sens li taxxa bħal dik [prevista] mil-liġi […] dwar it-taxxa fuq iċ-ċirkolazzjoni ta’ vetturi bil-mutur [karozzi], [u] li, konformement ma’ din il-liġi, hija dovuta fir-rigward tal-vetturi [tqal] ta’ trasport ta’ merkanzija rreġistrati fit-Turkija operati minn trasportatur Tork u użati għat-trasport ta’ merkanzija, għall-fatt li dawn il-vetturi li l-post tat-tluq tagħhom tkun it-Turkija jaqsmu l-fruntiera Ungeriża u jgħaddu mill-Ungerija bħala Stat Membru ta’ tranżitu sabiex jaslu fi Stat Membru ieħor, tikkostitwixxi taxxa li għandha effett ekwivalenti għal dazju doganali u għaldaqstant, ma hijiex konformi mal-Artikolu 4 ta’ din id-deċiżjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda preliminari, l-Artikolu 5 tad-[Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni] għandu jiġi interpretat fis-sens li taxxa bħal dik [prevista] mil-liġi Ungeriża dwar it-taxxa fuq iċ-ċirkolazzjoni ta’ vetturi bil-mutur [karozzi], [u] li, konformement ma’ din il-liġi, hija dovuta fir-rigward tal-vetturi [tqal] ta’ trasport ta’ merkanzija irreġistrati fit-Turkija operati minn trasportatur Tork u użati għat-trasport ta’ merkanzija, għall-fatt li dawn il-vetturi li l-post tat-tluq tagħhom tkun it-Turkija jaqsmu l-fruntiera Ungeriża u jgħaddu mill-Ungerija bħala Stat Membru ta’ tranżitu sabiex jaslu fi Stat Membru ieħor, tikkostitwixxi miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva u għaldaqstant, ma hijiex konformi mal-Artikolu 5 ta’ din id-deċiżjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 tad-[Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni] għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa possibbli li tiġi applikata, billi jiġu invokati raġunijiet ta’ sigurtà tat-triq u ta’ applikazzjoni tal-liġijiet [tressiq ta’ azzjoni kontra l-ksur], taxxa bħal dik [prevista] mil-liġi […] dwar it-taxxa fuq iċ-ċirkolazzjoni ta’ vetturi bil-mutur [karozzi], [u] li, konformement ma’ din il-liġi, hija dovuta minn vettura [tqila] ta’ trasport ta’ merkanzija b’numru ta’ reġistrazzjoni Tork operata minn trasportatur Tork u użata għat-trasport ta’ merkanzija, għall-fatt li din il-vettura li l-post tat-tluq tagħha tkun it-Turkija taqsam lejn il-fruntiera Ungeriża sabiex tgħaddi mill-Ungerija bħala Stat Membru ta’ tranżitu u tasal fi Stat Membru ieħor?</TXT></NP></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(2) TFUE u l-Artikolu 1(2) u (3)(a) tar-Regolament […] Nru 1072/2009 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu, abbażi ta’ ftehim bilaterali fil-qasam tat-trasport konkluż mat-Turkija, lill-Istat Membru ta’ tranżitu milli japplika taxxa bħal dik [prevista] mil-liġi […] dwar it-taxxa fuq iċ-ċirkolazzjoni ta’ vetturi bil-mutur [karozzi], [u] li, konformement ma’ din il-liġi, hija dovuta fir-rigward tal-vetturi [tqal] ta’ trasport ta’ merkanzija irreġistrati fit-Turkija operati minn trasportatur Tork u użati għat-trasport ta’ merkanzija, għall-fatt li dawn il-vetturi li l-post tat-tluq tagħhom tkun it-Turkija jaqsmu l-fruntiera Ungeriża u jgħaddu mill-Ungerija bħala Stat Membru ta’ tranżitu sabiex jaslu fi Stat Membru ieħor?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>L-Artikolu 9 tal-[Ftehim KEE-Turkija] għandu jiġi interpretat fis-sens li taxxa bħal dik [prevista] mil-liġi […] dwar it-taxxa fuq iċ-ċirkolazzjoni ta’ vetturi bil-mutur [karozzi], [u] li, konformement ma’ din il-liġi, hija dovuta fir-rigward tal-vetturi [tqal] ta’ trasport ta’ merkanzija irreġistrati fit-Turkija operati minn trasportatur Tork u użati għat-trasport ta’ merkanzija, għall-fatt li dawn il-vetturi li l-post tat-tluq tagħhom tkun it-Turkija jaqsmu l-fruntiera Ungeriża u jgħaddu mill-Ungerija bħala Stat Membru ta’ tranżitu sabiex jaslu fi Stat Membru ieħor, tikkostitwixxi diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità u għaldaqstant, ma hijiex konformi mal-Artikolu 9 ta’ dan il-ftehim?<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandux jiġi interpretat fis-sens li tikkostitwixxi taxxa li għandha effett ekwivalenti għal dazju doganali, fis-sens ta’ dan l-artikolu, taxxa fuq il-karozzi, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandha titħallas mid-detenturi tal-vetturi tqal ta’ trasport ta’ merkanzija rreġistrati fit-Turkija li jaqsmu mit-territorju Ungeriż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 1 ta’ din id-deċiżjoni jirriżulta li din tistabbilixxi l-modalitajiet tal-implementazzjoni tal-fażi finali tal-unjoni doganali bejn l-Unjoni u r-Repubblika tat-Turkija. Skont l-Artikolu 4 tal-imsemmija deċiżjoni, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din tal-aħħar, id-dazji doganali fuq l-importazzjoni jew fuq l-esportazzjoni kif ukoll it-taxxi li għandhom effett ekwivalenti għal dazju doganali għandhom jitneħħew kompletament bejn l-Unjoni u r-Repubblika tat-Turkija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>L-Artikolu 66 tad-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jipprevedi li d-dispożizzjonijiet tagħha, sa fejn huma essenzjalment identiċi għar-regoli korrispondenti tat-Trattat KE, li sar it-Trattat FUE, għandhom jiġu interpretati b’konformità mas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja f’dan ir-rigward. Peress li l-Artikolu 4 ta’ din id-deċiżjoni huwa essenzjalment identiku għall-Artikolu 30 TFUE, konsegwentement dan għandu jiġi interpretat konformement mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja relattiva għal dan tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jitfakkar li kull tariffa pekunjarja, anki jekk minima, imposta unilateralment, irrispettivament mit-titolu tagħha u mit-teknika tagħha, u li tolqot il-merkanziji minħabba l-fatt li tinqasam il-fruntiera, meta ma hijiex dazju doganali fil-veru sens tal-kelma, tikkostitwixxi taxxa li għandha effett ekwivalenti fis-sens tal-Artikoli 28 TFUE u 30 TFUE (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070118">18 ta’ Jannar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Brzeziński</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑313/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:33">EU:C:2007:33</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141002">2 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Orgacom</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑254/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2251">EU:C:2014:2251</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Il-ġustifikazzjoni tal-projbizzjoni tat-taxxi li għandhom effett ekwivalenti għal dazji doganali tinsab fl-ostakoli li dawn it-taxxi jikkostitwixxu għall-moviment tal-merkanzija, sa fejn b’mod artifiċjali dawn iżidu l-prezz tal-merkanzija importata jew esportata meta mqabbla mal-merkanzija nazzjonali (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19910321">21 ta’ Marzu 1991</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑209/89</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1991:139">EU:C:1991:139</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0007">7</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Barra minn hekk, it-taxxi li għandhom effett ekwivalenti huma pprojbiti irrispettivament minn kull kunsiderazzjoni tal-għan li għalih dawn ġew stabbiliti kif ukoll mid-destinazzjoni tad-dħul iġġenerat minnhom (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070621">21 ta’ Ġunju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑173/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:362">EU:C:2007:362</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Għandu wkoll jitfakkar li l-motivi ta’ ġustifikazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 36 TFUE huma applikabbli esklużivament fir-rigward tal-miżuri li għandhom effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva, u mhux fir-rigward tat-taxxi li għandhom effett ekwivalenti għal dazju doganali (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19880614">14 ta’ Ġunju 1988</DATE>, <NAME.CASE>Dansk Denkavit</NAME.CASE>, <NO.CASE>29/87</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1988:299">EU:C:1988:299</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-unjoni doganali timplika neċessarjament li għandu jiġi żgurat il-moviment liberu tal-merkanzija bejn l-Istati Membri. Din il-libertà stess ma tistax tkun ikkompletata li kieku kien possibbli għall-Istati Membri li jxekklu jew li jtellfu, bi kwalunkwe mod, il-moviment tal-merkanzija fi tranżitu. Għaldaqstant jeħtieġ li tiġi rrikonoxxuta, bħala konsegwenza tal-unjoni doganali u fl-interess reċiproku tal-Istati Membri, l-eżistenza ta’ prinċipju ġenerali ta’ libertà tat-tranżitu tal-merkanzija ġewwa l-Unjoni (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070621">21 ta’ Ġunju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs L-Italja</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑173/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:362">EU:C:2007:362</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Fil-fatt, l-Istati Membri jiksru dan il-prinċipju jekk, għall-merkanzija fi tranżitu fit-territorju tagħhom, japplikaw dazji ta’ tranżitu jew kwalunkwe impożizzjoni oħra f’dak li jikkonċerna t-tranżitu (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19830316">16 ta’ Marzu 1983</DATE>, <NAME.CASE>SIOT</NAME.CASE>, <NO.CASE>266/81</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1983:77">EU:C:1983:77</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għandu wkoll jiġi rrilevat li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li taxxa li l-fatt taxxabbli tagħha huwa t-trasport tal-merkanzija u li hija miġbura mhux fuq prodott bħala tali, iżda fuq attività neċessarja fir-rigward tal-prodott tista’ taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 30 TFUE (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, <NAME.CASE>Essent Netwerk Noord <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑206/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:413">EU:C:2008:413</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Fil-fatt, tali taxxa tolqot il-prodotti, anki jekk hija tinġabar mat-trasport tagħhom jew mal-użu tat-toroq u titħallas, l-ewwel nett, inizjalment, mid-detentur tal-vettura tqila ta’ trasport ta’ merkanzija (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19970717">17 ta’ Lulju 1997</DATE>, <NAME.CASE>Haahr Petroleum</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑90/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:368">EU:C:1997:368</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għar-raġunijiet esposti fil-punti 37 u 38 tas-sentenza preżenti, l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE dwar il-moviment liberu tal-merkanzija fi ħdan l-Unjoni tista’ tiġi trasposta għad-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-moviment liberu tal-merkanzija fi ħdan l-unjoni doganali li tirriżulta mill-Ftehim KEE-Turkija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-liġi dwar it-taxxa fuq il-karozzi inkwistjoni fil-kawża prinċipali tipprevedi li t-taxxa fuq dawn il-vetturi għandha titħallas, fir-rigward tal-vetturi tqal ta’ trasport ta’ merkanzija rreġistrati f’pajjiż terz, fil-mument tad-dħul tagħhom fit-territorju Ungeriż, kemm għall-vjaġġ lejn id-destinazzjoni kif ukoll għall-vjaġġ ta’ ritorn. L-ammont ta’ taxxa jiddependi minn kriterji li huma marbuta, b’mod partikolari, mal-kwantità ta’ merkanzija li tista’ tiġi ttrasportata u d-destinazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Konsegwentement, fir-rigward tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 40 sa 43 tas-sentenza preżenti għandu jiġi kkonstatat li, anki jekk it-taxxa fuq il-karozzi ma tinġabarx fuq prodotti bħala tali, hija tolqot il-merkanzija ttrasportata minn vetturi rreġistrati f’pajjiż terz, b’mod partikolari t-Turkija, waqt il-qsim tal-fruntiera Ungeriża, u mhux, kif isostnu l-Gvern Ungeriż u dak Taljan, is-servizz ta’ trasport.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fid-dawl tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 39 sa 41 tas-sentenza preżenti, ma huwiex rilevanti li, hekk kif isostni l-Gvern Ungeriż, l-ammont ta’ din it-taxxa ma jkunx għoli jew li l-ġbir tagħha jkun iġġustifikat min-neċessità li tiġi żgurata l-manutenzjoni tan-netwerk tat-toroq pubbliċi u mid-danni għall-ambjent iġġenerat minn dan il-mezz ta’ trasport.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li taxxa fuq il-karozzi, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tikkostitwixxi taxxa li għandha effett ekwivalenti għal dazju doganali, fis-sens tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, peress li hija tirrappreżenta tariffa pekunjarja imposta unilateralment u li tolqot il-merkanzija minħabba l-fatt li hija taqsam il-fruntiera.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li tikkostitwixxi taxxa li għandha effett ekwivalenti għal dazju doganali, fis-sens ta’ dan l-artikolu, taxxa fuq il-karozzi, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandha titħallas mid-detenturi tal-vetturi tqal ta’ trasport ta’ merkanzija rreġistrati fit-Turkija li jaqsmu mit-territorju Ungeriż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta fir-rigward tat-tieni sar-raba’ domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE‑Turkija, tat-<DATE ISO="19951222">22 ta’ Diċembru 1995</DATE>, dwar l-implementazzjoni tal-fażi definittiva tal-Unjoni Doganali, għandu jiġi interpretat fis-sens li tikkostitwixxi taxxa li għandha effett ekwivalenti għal dazju doganali, fis-sens ta’ dan l-artikolu, taxxa fuq il-karozzi, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li għandha titħallas mid-detenturi tal-vetturi tqal ta’ trasport ta’ merkanzija rreġistrati fit-Turkija li jaqsmu mit-territorju Ungeriż.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>