<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-303/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0303</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:773">EU:C:2017:773</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>7</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>7</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>Sentenza tad-<DATE ISO="20171019">19.10.2017</DATE> – Kawża C-303/16</P><P>Solar Electric Martinique</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20171019">19 ta’ Ottubru 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Sitt Direttiva tal-VAT</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2006/112/KE</KEYWORD><KEYWORD>Xogħlijiet ta’ kostruzzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej</KEYWORD><KEYWORD>Dispożizzjonijiet magħmula applikabbli bid-dritt nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Tranżazzjonijiet ta’ bejgħ u ta’ installazzjoni fuq immobbli</KEYWORD><KEYWORD>Klassifikazzjoni bħala tranżazzjoni unika</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑303/16,</P><P>li għandha bħal suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Conseil d’État (kunsill tal-istat, Franza), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20160520">20 ta’ Mejju 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20160530">30 ta’ Mejju 2016</DATE>, fil-kawża</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Solar Electric Martinique</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ministre des Finances et des Comptes publics</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn J. L. da Cruz Vilaça, President tal-Awla, E. Levits (Relatur), A. Borg Barthet, M. Berger u F. Biltgen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: P. Mengozzi,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20170209">9 ta’ Frar 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Solar Electric Martinique, minn F. Fabiani u F. Joly, avocats,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn S. Ghiandoni u D. Colas, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn N. Gossement u L. Lozano Palacios, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad-<DATE ISO="20170629">29 ta’ Ġunju 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(5) u tal-Artikolu 6(1) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-<DATE ISO="19770517">17 ta’ Mejju 1977</DATE>, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE, tal-<DATE ISO="19950410">10 ta’ April 1995</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 274) (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Sitt Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), kif ukoll tal-Artikolu 14(3) u tal-Artikolu 24(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Direttiva tal-VAT<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), li ssostitwixxiet, b’effett mill-<DATE ISO="20070101">1 ta’ Jannar 2007</DATE>, is-Sitt Direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Solar Electric Martinique u l-ministre des Finances et des Comptes publics (ministru tal-finanzi u tal-kontabbiltà pubblika, Franza) dwar stimi ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) li l-kumpannija ġiet suġġetta għalihom għall-perijodu mill-<DATE ISO="20050101">1 ta’ Jannar 2005</DATE> sal-<DATE ISO="20071231">31 ta’ Diċembru 2007</DATE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Id-dritt tal-Unjoni</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tas-Sitt Direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Applikazzjoni territorjali<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>[G]ħall-iskop ta’ din id-Direttiva:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>territorju ta’ Stat Membru<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> tfisser it-territorju tal-pajjiż kif iddefinit għal kull Stat Membru fil-paragrafi 2 u 3,</P></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>It-territorji li ġejjin ta’ Stati Membri individwali jitħallew barra mit-territorju tal-pajjiż:</P><P>[…]</P></ALINEA><ALINEA><P>It-territorji li ġejjin ta’ Stati Membri individwali jitħallew barra ukoll mit-territorju tal-pajjiż:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>Ir-Repubblika Franċiża:</P><P>id-dipartimenti barranin [id-dipartimenti extra-Ewropej]</P></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tas-Sitt Direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Provvista ta’ oġġetti [Kunsinna ta’ oġġetti]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Provvista ta’ oġġetti<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser it-trasferiment tad-dritt ta’ sid li jiddisponi minn proprjetà korporali.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="005.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li jagħtu ċertu xogħolijiet ta’ kostruzzjoni biex ikunu provvisti fis-sens ta’ paragrafu 1.</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="3"?><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tas-Sitt Direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Provvista ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, fil-paragrafu (1) tiegħu jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Provvista tas-servizzi<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> tfisser kull operazzjoni [tranżazzjoni] li ma tikkostitwix provvista ta’ oġġetti [kunsinna ta’ oġġetti] skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 5.</ALINEA><ALINEA><P>Operazzjonijiet bħal dawn jistgħu jinkludu <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>assenjazzjoni ta’ proprjetà inkorporali, kemm jekk hija u kemm jekk mhix suġġetta għal att li jikkostitwixxi titolu,</P></ITEM><ITEM><P>obbligazzjoni biex ma jsirx jew biex ikun tollerat att jew sitwazzjoni,</P></ITEM><ITEM><P>l-eżekuzzjoni ta’ servizzi skond ordni magħmula minn jew f’isem awtorità pubblika jew skond il-liġi.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6(1)(c) tad-Direttiva tal-VAT, din ma tapplikax għad-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 14(3) tad-Direttiva tal-VAT irriproduċa l-formulazzjoni tal-Artikolu 5(5) tas-Sitt Direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva tal-VAT, titqies bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>provvista ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> kwalunkwe tranżazzjoni li ma tikkostitwixxix kunsinna ta’ oġġetti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Id-dritt Franċiż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont il-paragrafu 1 tal-punt IV tal-Artikolu 256 tal-code général des impôts (kodiċi ġenerali tat-taxxi, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>KĠT<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għat-taxxi inkwistjoni fil-kawża prinċipali, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni għandhom jitqiesu bħala provvista ta’ servizzi suġġetti għall-[VAT].<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 266 ta’ dan il-kodiċi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="266.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-ammont taxxabbli huwa kkostitwit:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>f)</NO.P><TXT>Għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, mill-prezz tal-kuntratti, stimi jew fatturi;</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 268 bis ta’ dan il-kodiċi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Meta persuna twettaq simultanjament tranżazzjonijiet li huma relatati ma’ diversi kategoriji previsti fl-artikoli ta’ dan il-kapitolu, id-dħul mill-bejgħ tagħha għandu jiġi stabbilit billi għal kull grupp ta’ tranżazzjonijiet jiġu applikati r-regoli stabbiliti minn dawn l-artikoli.<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 295 tal-KĠT:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="295.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Huma eżentati mill-[VAT]:</P><P>[…]</P><?PAGE NO="4"?><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>5°</NO.P><TXT>Fid-dipartimenti ta’ Guadeloupe, ta’ Martinique u ta’ Réunion:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a.</NO.P><TXT>L-importazzjonijiet ta’ […] prodotti li l-lista tagħhom hija stabbilita permezz ta’ digrieti konġunti tal-ministru tal-ekonomija u tal-finanzi u tal-ministru […] inkarigat mid-dipartimenti extra-Ewropej;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b.</NO.P><TXT>Il-bejgħ […] tal-prodotti ta’ produzzjoni lokali simili għal dawk li l-importazzjoni tagħhom fid-dipartimenti hawn fuq imsemmija huwa eżentat mid-dispożizzjonijiet preċedenti;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-punt I tal-Artikolu 50 duodecies tal-Anness IV ta’ dan il-kodiċi jsemmi, fost il-prodotti li jistgħu jiġu importati fid-dipartimenti ta’ Guadeloupe, ta’ Martinique u ta’ Réunion mingħajr ma jkunu suġġetti għall-VAT, l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>apparat semikonduttur fotosensittiv, inklużi ċelloli fotovoltajċi anki meta jkunu inkorporati f’moduli jew ikkostitwiti f’pannelli<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>It-tilwima fil-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Solar Electric Martinique, li bħala attività għandha b’mod partikolari l-bejgħ u l-installazzjoni ta’ apparat relatat mal-enerġija solari fid-dipartiment ta’ Martinique, issuġġettat għall-VAT l-operazzjonijiet ta’ installazzjoni fuq il-bejt ta’ bini domestiku ta’ pannelli fotovoltajċi u ta’ tisħin tal-ilma solari biss fir-rigward tal-kost tas-servizzi ta’ installazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Wara verifika li tirrigwarda l-perijodu mill-<DATE ISO="20050101">1 ta’ Jannar 2005</DATE> sal-<DATE ISO="20071231">31 ta’ Diċembru 2007</DATE>, l-amministrazzjoni fiskali qieset li dawn l‑operazzjonijiet kellhom in-natura ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u kellhom, konsegwentement, jinkludu l-kost tal-apparat ipprovdut. Konsegwentement, din l-amministrazzjoni ikkoreġiet il-bażi taxxabbli ta’ dawn it-tranżazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20100921">21 ta’ Settembru 2010</DATE>, Solar Electric Martinique ressqet rikors quddiem it-tribunal administratif de Fort-de-France (qorti amministrattiva ta’ Fort-de-France, Franza) intiż għall-kanċellament tal-istimi tal-VAT li ġiet suġġetta għalihom bħala riżultat ta’ din il-korrezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Peress li t-talba tagħha ġiet miċħuda permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20120626">26 ta’ Ġunju 2012</DATE>, Solar Electric Martinique appellat minn din tal-aħħar quddiem il-cour administrative d’appel de Bordeaux (qorti amministrattiva tal-appell ta’ Bordeaux, Franza), li, permezz ta’ sentenza tal-<DATE ISO="20140710">10 ta’ Lulju 2014</DATE>, ċaħdet l-azzjoni mressqa quddiemha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Solar Electric Martinique appellat fil-kassazzjoni quddiem il‑Conseil d’État (kunsill tal-istat, Franza), u dan billi b’mod partikolari sostniet li l-imsemmija qorti amministrattiva tal-appell kienet wettqet żball ta’ liġi meta qieset li x-xogħlijiet ta’ installazzjoni ta’ pannelli fotovoltajċi u ta’ tisħin tal‑ilma solari li hija kienet wettqet kienu jikkostitwixxu xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, minkejja li dan l-apparat seta’ jitpoġġa mingħajr ma jiġu kkawżati danni gravi għall-bini kkonċernat, u li normalment ma kinux parti mill-kostruzzjoni tal-bini.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tispjega li t-tranżazzjonijiet ta’ bejgħ u ta’ installazzjoni ta’ apparat imsemmija fl-Artikolu 295 tal-KĠT u fil-punt I tal-Artikolu 50 duodecies tal-Anness IV ta’ dan il-kodiċi ma humiex suġġetti għall-VAT ħlief għall-kost tal-operazzjonijiet ta’ installazzjoni, bl-esklużjoni tal-kost tal-akkwist tal-apparat, sakemm ma jitqiesx li dawn l-operazzjonijiet ta’ installazzjoni għandhom in-natura ta’ servizzi ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, u għaldaqstant ikunu suġġetti għall-VAT fuq il-prezz kollu ffatturat lix-xerrej.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Din il-qorti tippreċiża li, filwaqt li l-Artikolu 295 tal-KĠT japplika biss fid-dipartimenti extra-Ewropej, jiġifieri barra mill-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione loci</HT> tas-Sitt Direttiva, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 256 ta’ dan il-kodiċi relatati max-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni japplikaw ukoll fi Franza<?PAGE NO="5"?> metropolitana u jiżguraw it-traspożizzjoni fid-dritt Franċiż tal‑Artikolu 5(5) u tal-Artikolu 6(1) tas-Sitt Direttiva, li d‑dispożizzjonijiet tagħhom ġew riprodotti fl-Artikolu 14(3) u fl‑Artikolu 24(1) tad-Direttiva tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, hemm lok għal applikazzjoni uniformi tad-dispożizzjonijiet ta’ dawn id-direttivi fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Għalhekk, minkejja li l-kawża li hija għandha tiddeċiedi tirrigwarda tranżazzjonijiet li seħħew barra mill-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione loci</HT> ta’ dawn id-direttivi, tqum il-kwistjoni dwar jekk il-bejgħ u l-installazzjoni ta’ pannelli fotovoltajċi u ta’ tisħin tal-ilma solari fuq bini jew bil-għan li binjiet jiġu pprovduti bl-elettriku jew bl-ilma sħun jikkostitwixxux tranżazzjoni unika li għandha n-natura ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, fis-sens tal-imsemmija direttivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Conseil d’État (kunsill tal-istat) iddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>[I]l-bejgħ u l-installazzjoni ta’ pannelli fotovoltajċi u ta’ tisħin tal-ilma solari fuq binjiet jew bil-għan li binjiet jiġu pprovduti bl-elettriku jew bl‑ilma sħun jikkostitwixxu[…] operazzjoni unika [tranżazzjoni unika] li għandha n-natura ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni fis-sens tal-Artikolu 5(5) u l-Artikolu 6(1) tas‑[Sitt Direttiva] li saru l-Artikolu 14(3) u l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva tal-[VAT]?<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-fatti li wasslu għat-tilwima fil-kawża prinċipali jseħħu kollha fid-dipartiment ta’ Martinique, li huwa wieħed mid-dipartimenti extra-Ewropej tar-Repubblika Franċiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(3) tas-Sitt Direttiva u l-Artikolu 6(1)(c) tad-Direttiva dwar il-VAT, dawn id-dipartimenti huma espressament esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn id-direttivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat diversi drabi li hija għandha l-ġurisdizzjoni sabiex tagħti deċiżjoni preliminari li tirrigwarda dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni f’sitwazzjonijiet fejn il-fatti fil-kawża prinċipali ma kinux jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, iżda fejn l-imsemmija dispożizzjonijiet ta’ dan id-dritt ikunu saru applikabbli permezz tad-dritt nazzjonali minħabba rinviju minn dan tal-aħħar lejn il-kontenut tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111221">21 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Cicala</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑482/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:868">EU:C:2011:868</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121018">18 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Nolan</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑583/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:638">EU:C:2012:638</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fil-fatt, meta leġiżlazzjoni nazzjonali tikkonforma ruħha, għas-soluzzjonijiet li hija tipprovdi għal sitwazzjonijiet li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-att tal-Unjoni kkonċernat, ma’ dawk stabbiliti mill-imsemmi att, ikun jeżisti interess ċert tal-Unjoni li d-dispożizzjonijiet meħuda minn dak l-att jingħataw interpretazzjoni uniformi, u dan sabiex jiġu evitati diskrepanzi futuri fl-interpretazzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110707">7 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Agafiţei <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑310/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:467">EU:C:2011:467</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121018">18 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Nolan</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑583/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:638">EU:C:2012:638</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għalhekk, interpretazzjoni, mill-Qorti tal-Ġustizzja, tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni f’sitwazzjonijiet li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan tal-aħħar hija ġġustifikata meta dawn id-dispożizzjonijiet ikunu saru applikabbli għal tali sitwazzjonijiet permezz tad-dritt nazzjonali b’mod dirett u inkundizzjonat, bil-għan li jiġi żgurat trattament identiku għal dawn is-sitwazzjonijiet u għal dawk li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111221">21 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Cicala</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑482/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:868">EU:C:2012:868</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’din il-kawża, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk tqum il-kwistjoni dwar jekk il-bejgħ u l‑installazzjoni ta’ pannelli fotovoltajċi u ta’ tisħin tal-ilma solari fuq bini jew bil-għan li binjiet jiġu pprovduti bl-elettriku jew bl-ilma sħun jikkostitwixxux tranżazzjoni unika li għandha n-natura ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, fis-sens tas-Sitt Direttiva u tad-Direttiva tal-VAT, filwaqt li tippreċiża, minn naħa, li l-Artikolu 256 tal-KĠT jiżgura t-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-imsemmija direttivi fid-dritt nazzjonali u, min-naħa l-oħra, li dawn il-kunċetti jkollhom l-istess portata f’dak li jikkonċerna d-dipartimenti extra-Ewropej, li huma territorji espressament esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmija direttivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>L-eżistenza ta’ interess tal-Unjoni sabiex, bl-għan li jiġu evitati diverġenzi ta’ interpretazzjoni fil-futur, il-kunċett ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni kif ukoll dak ta’ tranżazzjoni unika li għandha n-natura ta’ xogħlijiet ta’ kostruzzjoni jiġu interpretati b’mod uniformi hija ċertament konċepibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Madankollu, hekk kif enfasizza l-Avukat Ġenerali fil-punti 41 sa 44 tal-konklużjonijiet tiegħu, fl-ewwel lok, id-dispożizzjonijiet rilevanti tas-Sitt Direttiva u tad-Direttiva tal-VAT ma jistgħux jitqiesu li ġew trasposti mill-Artikolu 256 tal-KĠT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-fatt, filwaqt li l-Artikolu 5(5) tas-Sitt Direttiva u l-Artikolu 14(3) tad-Direttiva tal-VAT jistabbilixxu l-possibbiltà għall-Istat Membri li jqisu bħala provvista t-twettiq ta’ ċerti xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, l-Artikolu 256 tal-KĠT għall-kuntrarju jipprevedi li x-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni huma kklassifikati bħala provvisti ta’ servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, l-Artikoli 256 u 295 tal-KĠT ma jistgħux jikkostitwixxu, fis-sens tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 27 tas-sentenza preżenti, riferiment dirett u inkundizzjonat għall-imsemmija dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dawn id-direttivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Minn naħa, l-għażla magħmula fl-Artikolu 256 tal-KĠT ma tippermettix li, <HT TYPE="ITALIC">a contrario</HT>, wieħed jinferixxi li x-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, wara kollox bħall-operazzjonijiet kollha li ma jikkostitwixxux kunsinna ta’ oġġetti, jaqgħu taħt l-Artikolu 6(1) tas-Sitt Direttiva u l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, meta jagħti sistema ta’ eżenzjoni derogatorja mir-regoli applikabbli fit-territorju metropolitan Franċiż lill-kunsinni ta’ oġġetti mwettqa f’territorji espressament esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tas-Sitt Direttiva u tad-Direttiva tal-VAT, l-Artikolu 295 tal-KĠT ma jistax jitqies li qiegħed iwettaq riferiment dirett u inkundizzjonat għad-dispożizzjonijiet ta’ dawn id-direttivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Barra minn hekk, it-talba għal deċiżjoni preliminari tressqet speċifikament għaliex, fir-rigward tad-dipartimenti extra-Ewropej li fil-konfront tagħhom is-Sitt Direttiva u d-Direttiva tal-VAT ma japplikawx, jeżistu dispożizzjonijiet speċjali li jipprevedu l-eżenzjoni tal-bejgħ ta’ pannelli fotovoltajċi u ta’ tisħin tal-ilma solari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Konsegwentement, fir-rigward tas-soluzzjonijiet mogħtija għal sitwazzjonijiet li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-atti tal-Unjoni kkonċernati, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma hijiex konformi ma dawk magħżula kemm mis-Sitt Direttiva kif ukoll mid-Direttiva tal-VAT, sa fejn din tagħti eżenzjoni li ma hijiex prevista minn dawn id-direttivi. Għaldaqstant wieħed ma jistax jikkunsidra li d-dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttivi saru applikabbli mid-dritt nazzjonali b’mod dirett u inkundizzjonat għal sitwazzjonijiet li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn l-istess direttivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domanda magħmula mill-Conseil d’État (kunsill tal-istat).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P>Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tagħti risposta għad-domanda magħmula mill-Conseil d’État (kunsill tal-istat, Franza), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20160520">20 ta’ Mejju 2016</DATE>.</P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>