9.11.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 279/38


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1688

tas-7 ta' Novembru 2018

li tagħti derogi lis-Slovakkja fir-rigward tal-provvediment tal-istatistika skont ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika dwar l-enerġija

(notifikata bid-dokument C(2018) 7304)

(Il-verżjoni Slovakka biss hija awtentika)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1099/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2008 dwar l-istatistika dwar l-enerġija (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 5(4) u 10(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Is-Slovakkja ressqet talba biex tikseb derogi mill-obbligu li tibgħat lill-Kummissjoni (lill-Eurostat) l-istatistika nazzjonali li tissemma fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008. Din it-talba kienet tikkonċerna l-provvediment ta' statistika dwar il-porzjon rinnovabbli ta' skart industrijali u dwar is-sħana ambjentali.

(2)

L-informazzjoni mogħtija mis-Slovakkja tiġġustifika li l-ġbir ta' din l-istatistika jwassal għal piż żejjed fuq dawk li jwieġbu f'dak l-Istat Membru, l-aktar għax jeħtieġ jaġġustaw il-klassifikazzjonijiet il-ġodda u jiżviluppaw metodoloġija ġdida fl-istatistika nazzjonali tagħhom biex jonqos il-piż fuq dawk li jwieġbu minħabba l-ġbir u l-kompilazzjoni tad-data mitluba. Għalhekk jenħtieġ jingħataw id-derogi.

(3)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Slovakkja għandha tingħata dawn id-derogi mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1099/2008:

(a)

milli tipproduċi riżultati għas-sena ta' referenza 2017 għall-punt 5.2.11.6 tal-Anness B dwar l-istatistika tal-enerġija rinnovabbli;

(b)

milli tipproduċi riżultati għas-snin ta' referenza 2017, 2018 u 2019 fir-rigward tal-punti 5.2.3, 5.2.6, 5.2.8.1, 5.2.8.2 u 5.2.8.5 tal-Anness B dwar l-istatistika tal-enerġija rinnovabbli (li tkopri kull aggregat għall-prodotti definiti fil-punt 3.5.8.1.7 “Il-porzjon rinnovabbli ta' skart industrijali” u l-punt 3.5.9 “Is-sħana ambjentali” tal-Anness A).

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Slovakka.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta' Novembru 2018.

Għall-Kummissjoni

Marianne THYSSEN

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 304, 14.11.2008, p. 1.