|
16.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 57/25 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10990 — WESTCOAST / KOMSA)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2023/C 57/09)
1.
Fid-9 ta’ Frar 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Westcoast (Holdings) Limited (“Westcoast”, ir-Renju Unit), li tappartjeni għall-Westcoast Group Holdings Limited (“Westcoast Group”), |
|
— |
KOMSA AG (“KOMSA”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn DEROSSI Invest GmbH, il-Ġermanja. |
|
— |
Westcoast takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ KOMSA kollha kemm hi. |
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Westcoast hija distributur internazzjonali ta’ prodotti tas-software u tal-hardware tal-IT u tat-telekomunikazzjonijiet, elettronika għall-konsumatur u fornitur ta’ servizzi tan-negozju, tal-loġistika u tal-kummerċjalizzazzjoni relatati, |
|
— |
KOMSA hija distributur internazzjonali ta’ prodotti tas-software u tal-hardware tal-IT u tat-telekomunikazzjonijiet u tal-elettronika għall-konsumatur. B’mod partikolari, hija tiddistribwixxi smartphones, tablets, smartwatches, varjetà ta’ aċċessorji, sistemi tat-telefown, kuffji, sistemi tad-djar intelliġenti u prodotti tal-elettromobilità. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ ir-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10990 — WESTCOAST / KOMSA
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).