|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/4126 |
27.7.2026 |
Avviż għall-attenzjoni ta' ċerti persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan
(C/2026/4126)
L-informazzjoni li ġejja tinġieb għall-informazzjoni tas-Sur Khalil Ahmed Haqqani (alias (a) Khalil Al-Rahman Haqqani, (b) Khalil ur Rahman Haqqani, (c) Khaleel Haqqani), u s-Sur Abdul Rauf Zakir (psewdonimu Qari Zakir), persuni li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK u l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan jew, fejn xieraq, il-werrieta tagħhom.
Fil-15 ta' April 2026, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti stabbilit skont il-paragrafu 30 tar-Riżoluzzjoni 1988 (2011) tal-KSNU aġġorna l-informazzjoni relatata mal-persuni msemmija hawn fuq. In-narrattivi sottostanti għal dawk l-aġġornamenti huma disponibbli fuq:
Fil-kuntest ta' dan ta' hawn fuq, il-Kunsill biħsiebu jaġġorna l-entrati relatati mal-persuni msemmija hawn fuq fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/486/PESK u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 753/2011.
Kwalunkwe osservazzjoni li l-persuni kkonċernati jew, fejn xieraq, il-werrieta tagħhom, jixtiequ jippreżentaw għandha tiġi ppreżentata sal- 10 ta' Awwissu 2026 fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/4126/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)