|
14.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 329/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1469/2007
tat-13 ta’ Diċembru 2007
li jemenda l-Anness għar-Regolament tal-Kunsill Nru 79/65/KEE rigward il-lista tad-diviżjonijiet
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 79/65/KEE tal-15 ta’ Ġunju 1965 li jistabbilixxi netwerk għall-ġbir ta’ informazzjoni ta’ kontabilità dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fil-Komunità Ekononika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2a tiegħu,
Wara li kkunsidrat it- talba tal-Portugall,
Billi:
|
(1) |
Lista ta’ diviżjonijiet skond it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(d) tar-Regolament Nru 79/65/KEE hija stabbilita fl-Anness għal dak ir-Regolament. |
|
(2) |
Skond dak l-Anness, il-Portugall jinqasam f’ħames diviżjonijiet. Għall-finijiet tar-Regolament Nru 79/65/KEE, il-Portugall talab li jitnaqqas in-numru ta’ diviżjonijiet bl-amalgamazzjoni tad-diviżjonijiet “Entre Douro e Minho e Beira Litoral” u “Trás-os-montes e Beira Interior” f’diviżjoni waħda “Norte e Centro”. |
|
(3) |
Ir-Regolament Nru 79/65/KEE għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
|
(4) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Komunitarju għan-Netwerk tad-Dejta tal-Kontabilità tal-Farms, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness għar-Regolament Nru 79/65/KEE huwa emendat skond l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mis-sena tal-kontabilità 2008.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Diċembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 109, 23.6.1965, p. 1859/65. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
ANNESS
Fl-Anness għar-Regolament Nru 79/65/KEE, il-parti li tikkonċerna l-Portugall għandha tinbidel b'dan li ġej:
“Il-Portugall:
|
1. |
Norte e Centro, |
|
2. |
Ribatejo-Oeste, |
|
3. |
Alentego e Algarve, |
|
4. |
Açores e Madeira.” |