European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/6161

11.10.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta’ Ottubru 2024

li tissostitwixxi membru tal-Bord ta' Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għal Malta

(C/2024/6161)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni (UE) 2022/832 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord ta' Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-perjodu mill-1 ta' Ġunju 2022 sal-31 ta' Mejju 2025.

(2)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Michael CAMILLERI sar vakanti siġġu ta' membru tal-Bord ta' Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi.

(3)

Il-Gvern ta' Malta nnomina kandidata għas-siġġu vakanti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sa Annalise DESIRA hija maħtura membru tal-Bord ta' Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi minflok is-Sur Michael CAMILLERI għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-31 ta' Mejju 2025.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta’ Ottubru 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

VARGA M.


(1)   ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/832 tal-24 ta' Mejju 2022 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord ta' Tmexxija tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (ĠU L 147, 30.5.2022, p. 42).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6161/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)