11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 8/14


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9945 — Siemens Healthineers AG/Varian Medical Systems)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 8/05)

1.   

Fit-23 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Siemens Healthineers AG (“Siemens Healthineers”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Siemens AG (il-Ġermanja),

—

Varian Medical Systems, Inc. (“Varian”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

Siemens Healthineers takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Varian kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Siemens Healthineers hija korporazzjoni tal-istocks bil-kwartieri ġenerali f’Erlangen (il-Ġermanja) u hija kkwotata fil-Borża ta’ Frankfurt. Siemens Healthineers tipprovdi soluzzjonijiet għall-kura tas-saħħa u servizzi mad-dinja kollha fi tliet segmenti tan-negozju: (i) Teħid ta’ Immaġini; (ii) Dijanostika fil-Laboratorju; u (iii) Terapiji Avvanzati,

—

Siemens AG hija kumpanija tat-teknoloġija bil-kwartieri ġenerali f’Munich (il-Ġermanja). Siemens hija attiva mad-dinja kollha u tiffoka fuq l-oqsma tal-awtomazzjoni u d-diġitilizzazzjoni fl-industriji tal-ipproċessar u tal-manifattura, fl-infrastruttura intelliġenti għall-binjiet u sistemi tal-enerġija distribwita, soluzzjonijiet ta’ mobilità intelliġenti għall-ferroviji u t-triq u tekonoloġija medika u servizzi diġitiali ta’ kura tas-saħħa,

—

Varian hija korporazzjoni pubblika bil-kwartieri ġenerali f’Palo Alto (l-Istati Uniti tal-Amerka) u hija kkwotata fil-Borża ta’ New York. Varian hija fornitur golbali ta’ apparati mediċi u soluzzjonijiet ta’ software biex ikunu ttrattati t-tumuri u kundizzjonijiet oħra mediċi b’terapija ta’ radjazzjoni u trattamenti oħra avvanzati.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9945 – Siemens Healthineers/Varian Medical Systems

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).