|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje L |
|
2024/373 |
25.1.2024 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/373
tal-24 ta’ Jannar 2024
dwar l-istandards armonizzati għall-ispezzjoni tat-tagħmir għall-applikazzjoni tal-pestiċidi li qed jintuża, abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (1), u b’mod partikolari, l-Artikolu 20(2) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2009/128/KE, it-tagħmir għall-applikazzjoni tal-pestiċidi li huwa konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun preżunt konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-saħħa u tas-sikurezza u dawk ambjentali stabbiliti fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva koperti minn dawk l-istandards jew minn partijiet minnhom. |
|
(2) |
Permezz tal-ittra M/435 tal-24 ta’ Novembru 2008, il-Kummissjoni għamlet talba lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN) għall-abbozzar ta’ standards armonizzati b’appoġġ għad-Direttiva 2009/128/KE. |
|
(3) |
Abbażi tat-talba M/435 tal-24 ta’ Novembru 2008, is-CEN abbozza l-istandard armonizzat EN ISO 16122-5:2020 (sistemi ta’ tbexxix mill-ajru). |
|
(4) |
Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN, ivvalutat jekk l-istandard EN ISO 16122-5:2020 li ġie abbozzat mis-CEN jikkonformax mat-talba M/435 tal-24 ta’ Novembru 2008. |
|
(5) |
L-istandard jissodisfa r-rekwiżiti li għandu l-għan li jkopri u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2009/128/KE. Għalhekk, jixraq li r-referenzi ta’ dak l-istandard jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(6) |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2015/C 196/02 (3) diġà ppubblikat ir-referenzi ta’ erba’ standards armonizzati dwar l-ispezzjoni tal-bexxiexa li qed jintużaw: EN ISO 16122-1:2015 (rekwiżiti ġenerali), EN ISO 16122-2: 2015 (bexxiexa bi driegħ orizzontali), EN ISO 16122-3:2015 (bexxiexa għall-għelejjel tal-arbuxelli u tas-siġar) u EN ISO 16122-4: 2015 (bexxiexa fissi u semimobbli). Fl-interess taċ-ċarezza u taċ-ċertezza legali, jenħtieġ li tiġi ppubblikata f’att wieħed lista sħiħa tar-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2009/128/KE u li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali li għandhom l-għan li jkopru. Għalhekk, jenħtieġ li dawk l-erba’ referenzi l-oħra jiġu inklużi wkoll f’din id-Deċiżjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Komunikazzjoni 2015/C 196/02 titħassar. |
|
(7) |
Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza tat-tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Ir-referenzi għall-istandards armonizzati għall-ispezzjoni tat-tagħmir għall-applikazzjoni tal-pestiċidi li qed jintuża, abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2009/128/KE, u elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni huma b’dan ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Il-Komunikazzjoni 2015/C 196/02 titħassar.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Jannar 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/dir/2009/128/oj
(2) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/reg/2012/1025/oj
(3) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (ĠU C 196, 12.6.2015, p. 4).
ANNESS
|
Nru |
Referenza tal-istandard |
|
1. |
EN ISO 16122-1:2015 Makkinarju agrikolu u tal-forestrija - Spezzjoni tal-bexxiexa li qed jintużaw - Parti 1: Ġenerali (ISO 16122-1:2015) |
|
2. |
EN ISO 16122-2:2015 Makkinarju agrikolu u tal-forestrija – Spezzjoni tal-bexxiexa li qed jintużaw – Parti 2: Bexxiexa bi driegħ orizzontali (ISO 16122-2: 2015) |
|
3. |
EN ISO 16122-3:2015 Makkinarju agrikolu u tal-forestrija – Spezzjoni tal-bexxiexa li qed jintużaw – Parti 3: Bexxiexa għall-għelejjel tal-arbuxelli u tas-siġar (ISO 16122-3:2015) |
|
4. |
EN ISO 16122-4:2015 Makkinarju agrikolu u tal-forestrija - Spezzjoni tal-bexxiexa li qed jintużaw - Parti 4: Bexxiexa fissi jew semimobbli (ISO 16122-4:2015) |
|
5. |
EN ISO 16122-5:2020 Makkinarju agrikolu u tal-forestrija - Spezzjoni tal-bexxiexa li qed jintużaw - Parti 5: Sistemi ta’ tbexxix mill-ajru (ISO 16122-5:2020) |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/373/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)