<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-700/19 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0700</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:484">EU:C:2022:484</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>31</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>31</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas‑<DATE ISO="20220616">16.6.2022</DATE> – Kawża C‑700/19 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">Toshiba Samsung Storage Technology u Toshiba Samsung Storage Technology Korea vs Il‑Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20220616">16 ta’ Ġunju 2022</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Kompetizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Akkordji</KEYWORD><KEYWORD>Letturi ta’ disk drives ottiċi</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat‑<DATE ISO="19920502">2 ta’ Mejju 1992</DATE></KEYWORD><KEYWORD>Ksur uniku u kontinwu</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett</KEYWORD><KEYWORD>Ftehimiet ta’ kollużjoni li jirrigwardaw sejħiet għal offerti relatati ma’ letturi ta’ disk drives ottiċi għal notebooks u desktops organizzati minn żewġ produtturi tal-kompjuters</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑700/19 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fl‑<DATE ISO="20190920">20 ta’ Settembru 2019</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Toshiba Samsung Storage Technology Corp</HT>., stabbilita fi Tokyo (Il-Ġappun),</P><P><HT TYPE="BOLD">Toshiba Samsung Storage Technology Korea Corp</HT>., stabbilita fi Suwon-si (Il-Korea t’Isfel),</P><P>irrappreżentati inizjalment minn A. Aresu, M. Bay, avvocati u J. Ruiz Calzado, abogado, sussegwentement minn M. Bay, avvocato, u J. Ruiz Calzado, abogado</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-parti l-oħra fil-kawża li hija:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn A. Biolan, M. Farley, F. van Schaik u C. Zois, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn K. Jürimäe (Relatriċi), Presidenta tat-Tielet Awla, li qegħda taġixxi bħala President tar-Raba’ Awla, S. Rodin u N. Piçarra, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Pitruzzella,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA><?PAGE NO="2"?><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑<DATE ISO="20210603">3 ta’ Ġunju 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħhom, Toshiba Samsung Storage Technology Corp. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>TSST Ġappun<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u Toshiba Samsung Storage Technology Korea Corp. (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>TSST KR<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) (iktar ’il quddiem flimkien l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>appellanti<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) jitolbu l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat‑<DATE ISO="20190712">12 ta’ Lulju 2019</DATE>, Toshiba Samsung Storage Technology u Toshiba Samsung Storage Technology Korea vs Il-Kummissjoni (T‑8/16, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:522">EU:T:2019:522</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tagħha hija ċaħdet ir-rikors tagħhom intiż, prinċipalment, għall-annullament totali jew parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2015) 7135 finali tal‑<DATE ISO="20151021">21 ta’ Ottubru 2015</DATE> li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ AT.39639 – Disk Drives Ottiċi) – (iktar il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>deċiżjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), sa fejn tikkonċernahom, u, sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 23(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas‑<DATE ISO="20021216">16 ta’ Diċembru 2002</DATE> fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101 u 102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205):</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="023.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-Kummissjoni [Ewropea] tista’ b’deċiżjoni timponi multi fuq l-impriża u l-assoċjazzjoni tal-impriża meta, jew b’intenżjoni jew b’negligenza:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jiksru l-Artikolu [101 jew 102 TFUE] tat-Trattat; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jikkontravenju deċiżjoni li tordna miżuri intermedjarji taħt l-Artikolu 8; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>jonqsu milli iħarsu rabta li ġiet vinkolanti b’deċiżjoni skond l-Artikolu 9.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Għal kull impriża u assoċjazzjoni ta’ l-impriża li qed jipparteċipaw fil-ksur, il-multi mhux ser jaqbżu l-10 % tat-total ta’ valur tal-bejgħ fis-sena kmmerċjali preċedenti.</P><P>Fejn il-ksur ta’ assoċjazzjoni tirrelta mal-attivitajiet tal-membri tagħhom, il-multa ma taqbiż l-10 % tas-somma totali ta’ valur tal-bejgħ ta’ kull membru attiv fis-suq affetwat mil-ksur ta’ l-assoċjazzjoni.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="023.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Fit-twaħħil ta’ l-ammont li jrid jiġi mmultat, rigward irrid jingħata lejn il-gravità u it-tul tal-ksur.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 27(1) u (2) ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="027.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Qabel ma jiġu meħuda d-deċiżjonijiet kif previsti mil-Artikoli 7, 8, 23 u l-Artikolu 24(2), il-Kummissjoni ħa tagħti l-impriża u l-assoċjazzjoni ta’ l-impriża li huma suġġetti għal proċeduri kondotti mil-Kummissjoni l-opportunità li jiġu msemma’ fuq matterji li l-Kummissjoni kellha<?PAGE NO="3"?> oġġezzjoni fuqhom. Il-Kummissjoni ħa tibbaża d-deċiżjoni tagħha biss fuq l-oġġezzjonijiet li l-partijiet konċernati kienu kapaċi jikkummentaw fuqhom. L-ilmenti ħa jkunu assoċjati mil-viċin mal-proċeduri.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="027.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dritt tad-difiża tal-partijiet konċernati ħa jkunu rispettati kompletament fil-proċeduri. Huma ħa jkunu intitolati li jkollhom aċċess lil file tal-Kummissjoni, suġġett għall-interess leġitimu ta’ l-impriża fil-prottezzjoni tas-sigrieti tal-kummerċ. Id-dritt għal aċċess għal file mhux ser jiġi estiż għal informazzjoni kunfidenżjali u dokumenti interni tal-Kummissjoni jew ta’ l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri. B’mod partikolari, id-dritt għal aċċess mhux ser jiġi estiż għall-korrispndenza bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni ta’ l-Istati Membri, jew bejn dan ta’ l-aħħar, incluż dokumenti imfasla skond l-Artikoli 11 u 14. Xejn f’dan il-paragrafu m’hu ħa jipprevjeni lill-Kummissjoni milli tikxef u tuża l-informazzjoni neċessarja biex tipprova xi ksur.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 31 tal-imsemmi regolament huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Il-Qorti tal-Ġustizzja ħa jkollha ġurisdizzjoni bla limitu għar-reviżjoni tad-deċiżjonijiet fejn il-Kummissjoni waħħlet multa jew perjodu ta’ pagamenti tal-pieni. Hi tista’ tħassar, tnaqqas jew jżid il-multa jew il-perjodu ta’ pagamenti tal-pieni imposti.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kalkolu tal-multi, il-punti 6 u 13 tal-Linji Gwida għall-Kalkolu tal-Ammont tal-Multi imposti bis-saħħa tal-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="210" PAGE.FIRST="2" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, C 210, p. 2</REF.DOC.OJ>) jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="023.006"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>6.</NO.PARAG><ALINEA>[…] [I]l-valur tal-bejgħ relatat mal-ksur meħud flimkien mat-tul tal-ksur huwa meqjus bħala valur ta’ sostituzzjoni adegwat sabiex jiġu riflessi l-importanza ekonomika tal-ksur kif ukoll l-importanza rispettiva ta’ kull impriża li tipparteċipa fil-ksur. Ir-riferiment għal dawn l-indikaturi jagħti indikazzjoni tajba ta’ kemm għandha tkun kbira l-multa u ma għandux jinftiehem bħala l-bażi ta’ metodu ta’ kalkolu awtomatiku u aritmetiku.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="023.013"><NO.PARAG>13.</NO.PARAG><ALINEA>Sabiex jiġi ddeterminat l-ammont bażiku tal-multa li għandha tiġi imposta, il-Kummissjoni ser tuża l-valur tal-bejgħ ta’ oġġetti jew servizzi, iġġenerat mill-impriża, b’konnessjoni diretta jew indiretta mal-ksur, fis-settur ġeografiku kkonċernat fit-territorju taż-[Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE)]. […]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża u d-deċiżjoni kontenzjuża</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-fatti li wasslu għall-kawża, li jinsabu fil-punti 1 sa 37 tas-sentenza appellata, jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej għall-finijiet ta’ din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, TSST Ġappun u TSST KR, huma produtturi u fornituri tal-letturi ta’ disk drives ottiċi (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>DDO<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>). B’mod partikolari, TSST Ġappun hija kumpannija konġunta miżmuma minn Toshiba Corporation, kumpannija stabbilita fil-Ġappun, u minn Samsung Electronics Co., Ltd, kumpannija stabbilita fil-Korea t’Isfel Matul il-perijodu tal-ksur, TSST Ġappun kienet il-kumpannija parent ta’ TSST KR.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>TSST Ġappun u TSST KR bdew joperaw fl‑<DATE ISO="20040401">1 ta’ April 2004</DATE> bħala żewġ unitajiet operattivi separati. F’Diċembru 2005, TSST Ġappun ħalliet is-suq, fejn baqgħet b’attivitajiet ta’ bejgħ limitati ta’ natura tranżitorja sal-bidu tas-sena 2008. TSST KR gradwalment assumiet l-attivitajiet ta’ bejgħ TSST Ġappun u kienet direttament involuta fl-iżvilupp, il-kummerċjalizzazzjoni, il-bejgħ u s-servizz ta’ wara l-bejgħ tad-DDO.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-ksur inkwistjoni jirrigwarda DDO użati f’kompjuters personali (desktop u notebooks) prodotti minn Dell Inc. u Hewlett Packard (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>HP<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Dell u HP huma ż-żewġ produtturi prinċipali ta’ prodotti ta’ oriġini fis-suq globali tal-kompjuters personali. Dawn iż-żewġ kumpanniji jużaw proċeduri ta’ sejħiet għal offerti klassiċi fuq skala globali li jinvolvu, b’mod partikolari, negozjati kull trimestru fuq prezz fuq livell globali u fuq volumi ta’ xiri globali b’numru żgħir ta’ fornituri preselezzjonati ta’ DDO.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-proċeduri ta’ sejħa għal offerti kienu jinkludu talbiet għal kwotazzjonijiet, talbiet għal kwotazzjonijiet elettroniċi, negozjati online, irkanti elettroniċi u negozjati bilaterali (offline). Meta tingħalaq sejħa għal offerti, il-klijenti jattribwixxu volumi lill-fornituri ta’ DDO parteċipanti skont il-prezzijiet li huma joffru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20090114">14 ta’ Jannar 2009</DATE>, il-Kummissjoni rċeviet talba għal immunità bis-saħħa tal-Komunikazzjoni tagħha dwar l-Immunità minn Multi u Tnaqqis f’Multi f’Każijiet ta’ Kartell (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="298" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, C 298, p. 17</REF.DOC.OJ>) imressqa mill-kumpannija Koninklijke Philips NV. Fid‑29 ta’ Jannar u fit-<DATE ISO="20090302">2 ta’ Marzu 2009</DATE>, din it-talba ġiet issupplimentata sabiex tinkludi, minbarra din il-kumpannija, lil Lite-On IT Corporation u l-joint venture tagħhom Philips &amp; Lite-On Digital Solutions Corporations.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20090630">30 ta’ Ġunju 2009</DATE> l-Kummissjoni tat l-immunità kundizzjonata lil Koninklijke Philips, lil Lite-On IT u lil Philips &amp; Lite-On Digital Solutions.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fl‑4 u fis‑<DATE ISO="20090806">6 ta’ Awwissu 2009</DATE>, Hitachi-LG Data Storage Inc. u Hitachi-LG Data Storage Korea Inc. ressqu lill-Kummissjoni talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa b’applikazzjoni tal-Komunikazzjoni msemmija fil-punt 12 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20120718">18 ta’ Lulju 2012</DATE>, il-Kummissjoni bagħtet dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet lil tlettax-il fornitur ta’ DDO, fosthom l-appellanti (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), li fiha hija indikat li dawn kienu kisru l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat‑<DATE ISO="19920502">2 ta’ Mejju 1992</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="001" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="1994">ĠU 1994, L 1, p. 3</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Ftehim ŻEE<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>) billi pparteċipaw f’akkordju dwar id-DDO bejn il‑<DATE ISO="20040205">5 ta’ Frar 2004</DATE> u d‑<DATE ISO="20090629">29 ta’ Ġunju 2009</DATE>, li jikkonsisti fil-koordinazzjoni tal-aġir tagħhom fir-rigward tas-sejħiet għal offerti organizzati minn żewġ manifatturi ta’ kompjuters, jiġifieri Dell u HP.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20121029">29 ta’ Ottubru 2012</DATE>, l-appellanti bagħtu l-osservazzjonijiet tagħhom lill-Kummissjoni fir-rigward tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet. Fid‑29 u fit‑<DATE ISO="20121130">30 ta’ Novembru 2012</DATE> inżammet seduta orali li fiha pparteċipaw id-destinatarji kollha tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20140218">18 ta’ Frar 2014</DATE>, il-Kummissjoni adottat żewġ dikjarazzjonijiet tal-oġġezzjonijiet komplementari sabiex, fil-fehma tagħha, tikkompleta, timmodifika u tiċċara l-oġġezzjonijiet indirizzati lil ċerti destinatarji tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet fir-rigward tar-responsabbiltà tagħhom fil-ksur allegat. Fl‑<DATE ISO="20150601">1 ta’ Ġunju 2015</DATE>, il-Kummissjoni adottat dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet komplementari oħra. Din id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet il-ġdida kellha l-għan li tikkompleta ż-żewġ dikjarazzjonijiet tal-oġġezzjonijiet preċedenti billi tindirizza<?PAGE NO="5"?> l-oġġezzjonijiet imqajma f’dawn id-dikjarazzjonijiet fil-konfront ta’ entitajiet ġuridiċi supplimentari li jappartjenu lill-gruppi ta’ impriżi (kumpanniji parent jew entitajiet assorbiti) li diġà kienu destinatarji tal-ewwel dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet. Id-destinatarji tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet tat‑<DATE ISO="20140218">18 ta’ Frar 2014</DATE> u tal‑<DATE ISO="20150601">1 ta’ Ġunju 2015</DATE> ikkomunikaw l-opinjoni tagħhom lill-Kummissjoni bil-miktub, iżda ma talbux seduta orali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20151021">21 ta’ Ottubru 2015</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’din tal-aħħar, il-Kummissjoni qieset li l-parteċipanti fl-akkordju kienu kkoordinaw l-aġir kompetittiv tagħhom, tal-inqas mit‑<DATE ISO="20040623">23 ta’ Ġunju 2004</DATE> sal‑<DATE ISO="20081125">25 ta’ Novembru 2008</DATE>. Hija ppreċiżat li din il-koordinazzjoni kienet saret permezz ta’ network ta’ kuntatti bilaterali paralleli. Hija indikat li l-parteċipanti fl-akkordju kienu jfittxu li jadattaw il-volumi tagħhom fis-suq u kienu jiżguraw li l-prezzijiet jibqgħu f’livelli ogħla minn dak li kienu jkunu fl-assenza ta’ dawn il-kuntatti bilaterali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ppreċiżat, fid-deċiżjoni kontenzjuża, li l-koordinazzjoni bejn il-parteċipanti fl-akkordju kienet tikkonċerna l-kontijiet klijenti ta’ Dell u ta’ HP. Skont il-Kummissjoni, minbarra n-negozjati bilaterali mal-fornituri tagħhom ta’ DDO, Dell u HP kienu japplikaw proċeduri standard ta’ sejħa għal offerti, li kienu jseħħu ta’ mill-inqas kull trimestru. Hija rrilevat li l-membri fl-akkordju kienu jużaw in-network ta’ kuntatti bilaterali tagħhom sabiex jimmanipulaw dawn il-proċeduri ta’ sejħa għal offerti, fejn b’hekk kienu jwaqqfu t-tentattivi tal-klijenti tagħhom li jistimolaw il-kompetizzjoni permezz tal-prezzijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, l-iskambji regolari ta’ informazzjoni b’mod partikolari ppermettew lill-membri tal-akkordju jkollhom għarfien fin ħafna tal-intenzjonijiet tal-kompetituri tagħhom saħansitra qabel ma jimpenjaw lilhom infushom fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti, u konsegwentement li jipprevedu l-istrateġija kompetittiva tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni żiedet li, f’intervalli regolari, il-membri tal-akkordju kienu jiskambjaw informazzjoni dwar il-prezzijiet fir-rigward tal-kontijiet privati tal-klijenti kif ukoll informazzjoni mhux relatata mal-prezzijiet, bħall-produzzjoni eżistenti u l-kapaċità ta’ provvista, il-qagħda tal-ħażna, is-sitwazzjoni fir-rigward tal-klassifikazzjoni, il-mument tal-introduzzjoni ta’ prodotti ġodda jew titjib. Hija osservat li, barra minn hekk, il-fornituri ta’ DDO kienu qed jissorveljaw ir-riżultati finali ta’ proċeduri ta’ sejħa għal offerti magħluqa, jiġifieri l-klassifikazzjoni, il-prezz u l-volum miksub.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni indikat ukoll li, filwaqt li kellhom f’moħħhom li l-membri tal-akkordju kellhom iżommu l-kuntatti tagħhom sigrieti fil-konfront tal-klijenti, il-fornituri ta’ DDO kienu jużaw, sabiex jikkuntattjaw lil xulxin, il-mezzi li kienu jqisu li huma suffiċjentement adattati sabiex jinkiseb ir-riżultat mixtieq. Hija ppreċiżat li, barra minn hekk, tentattiv li tiġi msejħa laqgħa ta’ tnedija sabiex jiġu organizzati laqgħat multilaterali regolari bejn dawn il-fornituri falla fl‑2003, wara li dan ġie żvelat lil klijent. Skont il-Kummissjoni, minflok dawn il-laqgħat, kien hemm kuntatti bilaterali, essenzjalment fil-forma ta’ telefonati u, kultant permezz ta’ messaġġi elettroniċi, inklużi fuq indirizzi tal-posta elettronika privati u fuq servizzi ta’ messaġġi istantanji, jew waqt laqgħat, l-iktar fuq il-livell ta’ amministraturi ta’ kontijiet globali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni kkonstatat li l-parteċipanti fl-akkordju kienu jikkuntattjaw lil xulxin b’mod regolari u li l-kuntatti, prinċipalment permezz tat-telefon, kienu qed isiru iktar frekwenti waqt il-proċeduri ta’ sejħa għal offerti, fejn matulhom kien hemm diversi telefonati kuljum bejn ċerti binomi ta’ parteċipanti fl-akkordju. Hija ppreċiżat li, ġeneralment, il-kuntatti bejn ċerti binomi ta’ parteċipanti fl-akkordju kienu kunsiderevolment ogħla milli fost oħrajn.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Ir-responsabbiltà tal-appellanti ġiet ikkunsidrata minħabba, minn naħa, l-involviment dirett fl-akkordju TSST KR, mit‑<DATE ISO="20040623">23 ta’ Ġunju 2004</DATE> sas‑<DATE ISO="20081117">17 ta’ Novembru 2008</DATE>, b’mod partikolari għall-koordinazzjoni ma’ kompetituri oħra fil-konfront ta’ Dell u ta’ HP, u, min-naħa l-oħra, l-eżerċizzju ta’ influwenza deċiżiva minn TSST Ġappun fuq is-sussidjarja tagħha matul il-perijodu tal-ksur kollu, kif preżunt mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kalkolu tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq il-Linji gwida għall-kalkolu tal-multi b’applikazzjoni tal-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Qabel kollox, sabiex tiddetermina l-ammont bażiku tal-multa, il-Kummissjoni qieset li, fid-dawl tad-differenzi kunsiderevoli fit-tul ta’ parteċipazzjoni tal-fornituri ta’ DDO fl-akkordju u sabiex jiġi rifless aħjar l-impatt reali ta’ dan tal-aħħar, kien xieraq li tintuża medja annwali kkalkolata fuq il-bażi tal-valur reali tal-bejgħ magħmul mill-impriżi kkonċernati matul ix-xhur kalendarji sħaħ tal-parteċipazzjoni rispettiva tagħhom fil-ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>B’hekk il-Kummissjoni spjegat li l-valur tal-bejgħ ġie kkalkolat fuq il-bażi tal-bejgħ ta’ DDO għall-kompjuters personali ffatturati lill-entitajiet ta’ HP u ta’ Dell li jinsabu fiż-ŻEE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni qieset ukoll li, minħabba li l-aġir antikompetittiv fil-konfront ta’ HP inbeda iktar tard u sabiex tittieħed inkunsiderazzjoni l-evoluzzjoni tal-akkordju, hija kellha tikkalkola l-valur relattiv tal-bejgħ separatament għal HP u għal Dell, u li kellha tapplika żewġ fatturi multiplikaturi bbażati fuq it-tul.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-Kummissjoni ddeċidiet li, peress li l-ftehimiet ta’ koordinazzjoni tal-prezzijiet kienu, min-natura tagħhom stess, fost l-iktar ksur gravi tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, u li l-akkordju kien mifrux mill-inqas fiż-ŻEE, il-perċentwali applikata abbażi tal-gravità f’dan il-każ għandha tkun ta’ 16 % għad-destinatarji kollha tad-deċiżjoni kontenzjuża. Barra minn hekk, il-Kummissjoni indikat li, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ, kien meħtieġ li jiġi miżjud ammont ta’ 16 % għal finijiet dissważivi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, peress li l-ammont bażiku aġġustat tal-multa imposta fuq l-appellanti jilħaq il-limitu ffissat għal 10 % tad-dħul mill-bejgħ tagħhom, il-Kummissjoni kellha tagħmel aġġustament ġdid abbażi tal-Artikolu 23(2) tar-Regolament Nru 1/2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Id-dispożittiv tad-deċiżjoni kontenzjuża, sa fejn dan jirrigwarda lill-appellanti, jipprovdi dan li ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="001"><TI.ART><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Artikolu 1</TI.ART><ALINEA><P>L-impriżi li ġejjin kisru l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE billi pparteċipaw, matul il-perijodi indikati, fi ksur uniku u kontinwu li jinkludi diversi ksur separati, fis-settur tad-disk drives ottiċi li jkopri ż-ŻEE kollha, li kien jikkonsisti fi ftehim ta’ koordinazzjoni tal-prezzijiet:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>[l-appellanti] mit‑<DATE ISO="20040623">23 ta’ Ġunju 2004</DATE> sas‑<DATE ISO="20081117">17 ta’ Novembru 2008</DATE>, għall-koordinazzjoni tagħhom fil-konfront ta’ Dell u HP.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></ARTICLE><?PAGE NO="7"?><ARTICLE IDENTIFIER="002"><TI.ART>Artikolu 2</TI.ART><ALINEA><P>Il-multi li ġejjin huma imposti għall-ksur imsemmi fl-Artikolu 1:</P><P>[…]</P><P>e) [l-appellanti], responsabbli <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT>: [EUR] <FT TYPE="NUMBER">41304000</FT>;</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</P></ALINEA></ARTICLE></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>B’att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil‑<DATE ISO="20160105">5 ta’ Jannar 2016</DATE>, l-appellanti ppreżentaw rikors intiż, prinċipalment, għall-annullament totali jew parzjali tad-deċiżjoni kontenzjuża, u sussidjarjament, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa li kienet ġiet imposta fuqhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħhom, l-appellanti invokaw disa’ motivi. L-ewwel motiv kien ibbażat fuq ksur tal-forom proċedurali sostanzjali u tad-drittijiet tad-difiża, it-tieni motiv, fuq nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni sabiex tapplika l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, it-tielet motiv, fuq żbalji ta’ fatt u ta’ liġi fid-determinazzjoni tal-portata ġeografika tal-ksur, ir-raba’ motiv, fuq żbalji ta’ fatt u ta’ liġi matul il-konstatazzjoni ta’ ksur uniku u kontinwu, il-ħames motiv, fuq żbalji ta’ fatt u ta’ liġi fir-rigward tal-allegat għarfien min-naħa tagħhom tal-ksur kollu, is-sitt motiv, fuq żbalji ta’ fatt u ta’ liġi fir-rigward tad-data tal-bidu tal-parteċipazzjoni tagħhom fl-akkordju, is-seba’ motiv, fuq nuqqas ta’ provi fir-rigward tal-parteċipazzjoni tagħhom fi prattiki miftiehma jew ftehimiet antikompetittivi, it-tmien motiv, fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba minħabba t-tul eċċessiv tal-investigazzjoni u, id-disa’ motiv, ippreżentat sussidjarjament, fuq żbalji mwettqa mill-Kummissjoni fil-kalkolu tal-ammont tal-multa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet kull wieħed minn dawn il-motivi u, għalhekk, ċaħdet l-imsemmi rikors fl-intier tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħhom, l-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kontenzjuża sa fejn din tikkonċernahom;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla jew tnaqqas l-ammont tal-multi imposti fuqhom f’din id-deċiżjoni, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha sostnuti fl-ewwel istanza kif ukoll fil-kuntest ta’ dan l-appell, u</P></ITEM><ITEM><P>tordna kull miżura xierqa fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-kawża.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad l-appell; u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż kollha sostnuti fil-kuntest ta’ din il-proċedura.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw erba’ aggravji, li jirrigwardaw, essenzjalment, l-evalwazzjoni, mill-Qorti Ġenerali, l-ewwel, tal-konstatazzjoni tal-Kummissjoni li l-ksur uniku u kontinwu li bih huma akkużati kien kompost minn diversi ksur distinti, it-tieni, tal-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu, it-tielet, tad-drittijiet tad-difiża u, ir-raba’, tal-kompetenza tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">A.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ewwel aggravju</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel aggravju tagħhom, l-appellanti jallegaw li l-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi fl-eżami tal-ewwel tliet partijiet tal-ewwel motiv għal annullament, li jikkonsistu fi ksur tal-forom proċedurali sostanzjali u tad-drittijiet tad-difiża, sa fejn ikkonfermat li l-ksur uniku u kontinwu inkwistjoni kien kompost minn diversi ksur distinti, filwaqt li din il-klassifikazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>doppja<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> ma tidhirx fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Dan l-aggravju huwa maqsum f’żewġ partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni, preliminarjament, li l-Qorti Ġenerali kkonfermat il-konklużjoni tad-deċiżjoni kontenzjuża li tgħid li l-appellanti pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu. Hija tqis, konsegwentement, li l-argumenti mressqa mir-rikorrenti dwar il-konklużjoni, li hija fformulata, b’mod inċidentali, u li dan il-ksur huwa kompost minn diversi ksur distinti, huma ineffettivi.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-ewwel parti tal-ewwel aggravju</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti tal-ewwel aggravju tagħhom, li jinkludi tliet ilmenti, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet diversi żbalji ta’ liġi fl-analiżi tal-ewwel parti tal-ewwel motiv li huma kienu qajmu fl-ewwel istanza, dwar ksur tad-drittijiet tad-difiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>B’mod ġenerali, il-Kummissjoni ssostni, l-ewwel, li huwa żbaljat li jiġi allegat li hija introduċiet kunsiderazzjonijiet dwar ksur distinti biss fl-istadju tad-deċiżjoni kontenzjuża. Il-Qorti Ġenerali rrilevat b’mod korrett, fil-punt 60 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni rreferiet, fil-premessi 308, 353 u 354 tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, għal sensiela ta’ ksur, ta’ ftehimiet jew ta’ prattiki miftiehma. Il-Qorti Ġenerali ddeduċiet ukoll, fil-punti 61 sa 63 ta’ din is-sentenza, mir-risposta tal-appellanti għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet li huma kienu fehmu dak li huma kienu akkużati bih u li huma setgħu jiddefendu ruħhom f’dak li jirrigwarda l-kuntatti bilaterali kollha sostnuti kontrihom. Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ġustament iddikjarat, fil-punti 56 u 57 tal-imsemmija sentenza, minn naħa, li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>ksur uniku u kontinwu<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> jippreżupponi sensiela ta’ aġir adottat mill-partijiet li jsegwu l-istess għan ekonomiku antikompetittiv, u min-naħa l-oħra, li mill-kunċett stess ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>ksur uniku u kontinwu<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> jirriżulta li tali ksur<?PAGE NO="9"?> jippreżupponi sensiela ta’ aġir jew ta’ ksur. B’hekk, l-appellanti nstemgħu kemm fir-rigward tas-sensiela ta’ ksur inkwistjoni kif ukoll fir-rigward tal-kriterji supplimentari li għandhom jiġu ssodisfatti sabiex tkun tista’ tiġi kkonstatata l-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>It-tieni, kuntrarjament għal dak li jallegaw l-appellanti, il-Kummissjoni sostniet, quddiem il-Qorti Ġenerali, li hija kienet semgħet lid-destinatarji tad-deċiżjoni kontenzjuża dwar il-ksur distinti inkwistjoni. It-tielet, il-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121206">6 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Verhuizingen Coppens</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑441/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:778">EU:C:2012:778</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141010">10 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Soliver vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑68/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:867">EU:T:2014:867</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ma hijiex rilevanti sa fejn l-appellanti kienu tqiegħdu f’pożizzjoni, matul il-proċedura amministrattiva, li jifhmu li kull wieħed mill-aġir li jikkostitwixxi l-ksur uniku u kontinwu kien ġie attribwit lilhom. Ir-raba’, jirriżulta b’mod iktar speċifiku mis-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121206">6 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Verhuizingen Coppens</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑441/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:778">EU:C:2012:778</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li d-destinatarji ta’ deċiżjoni għandhom jinstemgħu dwar il-ksur uniku u kontinwu u dwar l-aġir li jikkostitwixxi dan il-ksur. Issa, dan huwa l-każ hawnhekk. Barra minn hekk, minn din l-aħħar sentenza jirriżulta wkoll li, anki jekk id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ma kklassifikatx b’mod ċar l-aġir allegat bħala ksur iktar limitat tad-drittijiet tad-difiża tagħhom, dan ma jmurx kontra l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, li ma teżiġix tali klassifikazzjoni sakemm il-partijiet ikunu nstemgħu fir-rigward tal-aġir inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel ilment tal-ewwel parti tal-ewwel aggravju</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Skont l-appellanti, wara li, fil-punti 55 u 56 tas-sentenza appellata, esponiet b’mod korrett il-ġurisprudenza dwar il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>ksur uniku u kontinwu<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, billi fakkret, minn naħa, li ksur tal-Artikolu 101 TFUE jista’ jirriżulta mhux biss minn att iżolat, iżda wkoll minn sensiela ta’ atti jew minn aġir kontinwu, u, min-naħa l-oħra, li wieħed jew iktar mill-elementi ta’ din is-sensiela ta’ atti jew ta’ dan l-aġir jistgħu wkoll jikkostitwixxu fihom infushom ksur ta’ dan l-Artikolu 101 TFUE, il-Qorti Ġenerali kellha neċessarjament tikkunsidra, fil-punti 57 u 58 ta’ din is-sentenza, li dan il-kunċett ma jippreżumix neċessarjament l-eżistenza ta’ ksur ta’ portata iżgħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ma rrikonoxxietx li l-Kummissjoni kellha tanalizza b’mod ċar u tikklassifika kull ksur distint ta’ portata iżgħar. Fil-fatt, kull klassifikazzjoni ġuridika supplimentari ta’ att jew ta’ sensiela ta’ atti fid-deċiżjoni kontenzjuża għandha tkun esposta b’mod ċar matul il-proċedura amministrattiva sabiex il-partijiet ikunu jistgħu jinstemgħu u jkunu jistgħu jeżerċitaw b’mod korrett id-drittijiet tad-difiża tagħhom. Is-sempliċi fatt li d-deċiżjoni kontenzjuża tinkludi konstatazzjoni addizzjonali li ma tinsabx fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet kellu jwassal lill-Qorti Ġenerali sabiex tikkonstata ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, ħaġa li ma għamlitx, u b’tali mod li injorat is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121206">6 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Verhuizingen Coppens</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-441/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:778">EU:C:2012:778</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141010">10 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Soliver vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑68/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:867">EU:T:2014:867</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-appellanti jiżnaturaw is-sentenza appellata billi jagħtu x’tifhem li din hija bbażata fuq l-ipoteżi li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>ksur uniku u kontinwu<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> jimplika neċessarjament l-eżistenza ta’ ksur distinti iktar limitati. Issa, il-Qorti Ġenerali ssemmi, fil-punti 55 sa 57 ta’ din is-sentenza, mhux neċessità, iżda possibbiltà. Bl-istess mod, l-appellanti jiddeduċu b’mod żbaljat mis-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141010">10 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Soliver vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑68/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:867">EU:T:2014:867</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li l-Qorti Ġenerali ma ddeċidietx favur l-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża inkwistjoni fil-kawża li tat lok għal din is-sentenza tal-aħħar jekk allegazzjoni ta’ ksur uniku u kontinwu kienet tippreżupponi wkoll dik ta’ ksur distint ta’ portata iżgħar. Fi kwalunkwe każ, il-parteċipazzjoni tal-appellanti fi ksur uniku u kontinwu ġiet ikkonfermata u dawn instemgħu fir-rigward tal-aġir li jikkostitwixxi dan il-ksur. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali ġustament<?PAGE NO="10"?> ikkonkludiet, fil-punt 58 tas-sentenza appellata, li ma kien hemm ebda inkoerenza bejn id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u d-deċiżjoni kontenzjuża u li d-drittijiet tad-difiża kienu ġew irrispettati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">It-tieni lment tal-ewwel parti tal-ewwel aggravju</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>L-appellanti jsostnu li, għalkemm deċiżjoni tista’ tikkompleta u tbiddel l-analiżi li tinsab fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni r-risposti tal-partijiet, hija ma tistax tintroduċi konstatazzjonijiet addizzjonali ta’ ksur distinti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Issa, il-Qorti Ġenerali wettqet, fil-punt 59 tas-sentenza appellata, żball ta’ liġi meta kkunsidrat il-kuntrarju. Minflok ma applikat korrettament il-ġurisprudenza esposta fil-punt 51 ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali sempliċement ikkunsidrat li l-konklużjonijiet finali ta’ deċiżjoni ma għandhomx neċessarjament jikkorrispondu f’kull punt mal-klassifikazzjoni intermedjarja tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, billi għamlet riferiment għall-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 53 tal-imsemmija sentenza. Madankollu, il-Qorti Ġenerali naqset milli ssemmi li l-libertà tal-Kummissjoni hija unikament iġġustifikata sabiex tieħu inkunsiderazzjoni l-osservazzjonijiet tal-partijiet u mhux sabiex tintroduċi konstatazzjonijiet addizzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali applikat b’mod korrett il-ġurisprudenza dwar id-dritt għal smigħ. Kuntrarjament għal dak li jsostnu l-appellanti, il-Qorti Ġenerali ma kinitx obbligata tapplika, fil-punt 59 tas-sentenza appellata, il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 51 ta’ din is-sentenza. L-ewwel, l-argument tagħhom huwa ineffettiv, peress li dan il-punt 59 jinkludi motiv mhux neċessarju insostenn tal-konklużjoni esposta fil-punti 64 sa 66 tal-imsemmija sentenza. It-tieni, ir-raġunament tar-rikorrenti huwa bbażat fuq allegata differenza sinjifikattiva bejn id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u d-deċiżjoni kontenzjuża, li ma teżistix. It-tielet, il-punti 51 u 53 tas-sentenza appellata ma jagħmlux riferiment għal ġurisprudenza differenti. Ir-raba’, peress li, b’risposta għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, l-appellanti ċaħdu li pparteċipaw tal-inqas f’kuntatt illegali u sostnew li l-kriterji neċessarji għall-konstatazzjoni tal-ksur uniku u kontinwu ma kinux issodisfatti, il-Kummissjoni kellha d-dritt li tieħu inkunsiderazzjoni dawn l-argumenti u li ddaħħal il-premessa 352 fid-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">It-tielet ilment tal-ewwel parti tal-ewwel aggravju</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>L-appellanti jsostnu li, kuntrarjament għal dak li ddikjarat il-Qorti Ġenerali, fil-punti 60 sa 64 tas-sentenza appellata, il-Kummissjoni ma pproċedietx, fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, għall-konstatazzjoni ta’ ksur minbarra ksur uniku u kontinwu. L-ebda att ieħor, sensiela ta’ atti u l-ebda tip ta’ aġir ma huma s-suġġett, f’din il-komunikazzjoni, ta’ klassifikazzjoni ġuridika supplimentari u distinta meta mqabbla ma’ dik ta’ ksur uniku u kontinwu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali kkonkludiet, b’mod żbaljat, fil-punti 60 sa 63 tas-sentenza appellata, li d-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet kienet tat il-possibbiltà lill-appellanti li jifformulaw osservazzjonijiet dwar ksur li ma humiex il-ksur uniku u kontinwu inkwistjoni. L-uniċi żewġ riferimenti għal ksur distinti li jinsabu fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ma jissodisfawx il-livell ta’ ċarezza meħtieġ mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 52 ta’ din is-sentenza u din id-dikjarazzjoni ma tinkludi ebda klassifikazzjoni jew deskrizzjoni ċara ta’ ksur distinti tal-ksur uniku u kontinwu. Sempliċi deskrizzjonijiet fattwali ma jistgħux ikunu suffiċjenti f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kuntrarjament għal dak li tafferma l-Qorti Ġenerali, ir-risposta tal-appellanti għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ma tikkorroborax l-affermazzjoni li abbażi tagħha l-appellanti kellhom il-possibbiltà li jwieġbu b’mod effettiv għal ksur distinti. Din it-tweġiba tirrigwarda biss il-provi relatati mal-ksur uniku u kontinwu u ma tirrigwardax xi ksur distint.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li d-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet kienet tistabbilixxi l-allegazzjoni ta’ ksur distinti, ħaġa li l-Qorti Ġenerali ġustament irrikonoxxiet. L-ewwel, l-argument li jgħid li d-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ma tinkludix klassifikazzjoni ġuridika differenti minn dik ta’ ksur uniku u kontinwu huwa ineffettiv, peress li s-sentenza appellata hija bbażata fuq l-ipoteżi li s-sempliċi klassifikazzjoni legali tal-ksur inkwistjoni hija dik ta’ ksur uniku u kontinwu, li hija stess tippreżumi sensiela ta’ aġir jew ta’ ksur. It-tieni, il-Qorti Ġenerali ġustament ikkonkludiet li mid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet kien jirriżulta li dan il-ksur kien kompost minn diversi ksur distinti. Din id-dikjarazzjoni ddefinixxiet il-portata u n-natura tal-aġir tal-appellanti, jiġifieri sensiela ta’ ftehimiet bilaterali ta’ koordinazzjoni tal-prezzijiet, li l-Kummissjoni qieset li jikkostitwixxu ksur tal-Artikolu 101 TFUE. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali kellha raġun tafferma, fil-punti 61 sa 63 tas-sentenza appellata, li l-appellanti kienu f’pożizzjoni li jifhmu l-allegazzjonijiet tal-Kummissjoni. It-tielet, kuntrarjament għal dak li jaffermaw l-appellanti, ir-riferiment, fil-punt 61 ta’ din is-sentenza, għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>klassifikazzjoni ġuridika<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> ma jistax ifisser klassifikazzjoni ġuridika li tmur lil hinn mill-kuntest tal-konstatazzjoni ta’ ksur uniku u kontinwu. Ir-raba’, l-appellanti jiddistingwu b’mod artifiċjali l-ksur uniku u kontinwu tal-ksur distinti li jikkomponuh. Barra minn hekk, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tawtorizza lill-Kummissjoni tikklassifika ċerti fatti biss fl-istadju tad-deċiżjoni tagħha, peress li l-partijiet kellhom l-opportunità li jispjegaw ruħhom fuq il-fatti kkunsidrati mill-Kummissjoni u sa fejn il-prinċipji ta’ dritt u l-elementi fattwali rilevanti ġew indikati fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">It-tieni parti tal-ewwel aggravju:</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tal-ewwel aggravju tagħhom, li jinkludi tliet ilmenti, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi fil-motivazzjoni tas-sentenza appellata peress li ċaħdet it-tieni u t-tielet partijiet tal-ewwel motiv li huma kienu qajmu fl-ewwel istanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Quddiem il-Qorti Ġenerali, l-appellanti kienu sostnew li l-motivazzjoni tad-deċiżjoni kontenzjuża dwar il-klassifikazzjoni ġuridika tal-ksur distinti allegati kienet insuffiċjenti jew kontradittorja, peress li din il-klassifikazzjoni la kienet spjegata u lanqas iġġustifikata. Minħabba f’dan il-fatt, din il-motivazzjoni ma ppermettietx lir-rikorrenti jifhmu n-natura u l-portata tal-ksur ikkunsidrat fir-rigward tagħhom, ma indikatx il-kunsiderazzjonijiet rilevanti u għandha kontradizzjonijiet interni.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">L-ewwel ilment tat-tieni parti tal-ewwel aggravju</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>L-appellanti jsostnu, l-ewwel, li, billi ppreżumiet, fil-punti 76 sa 78 kif ukoll 81 u 82 tas-sentenza appellata, li ksur uniku u kontinwu huwa kompost minn ksur individwali, il-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>It-tieni, billi qieset, fil-punti 78, 80 u 82 ta’ din is-sentenza, li l-kuntatti individwali differenti kienu jikkostitwixxu ksur distinti, il-Qorti Ġenerali stess ipproċediet għal klassifikazzjoni tal-fatti, li kien jidħol fuq is-setgħat attribwiti lill-Kummissjoni mill-Artikolu 101 TFUE. Issa, fid-deċiżjoni<?PAGE NO="12"?> kontenzjuża, il-Kummissjoni għamlet darba waħda biss riferiment, fil-premessa 352 tad-deċiżjoni kontenzjuża, għal ksur li ma huwiex ksur uniku u kontinwu, mingħajr madankollu ma semmiet kuntatti individwali u bilaterali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali kkonkludiet ġustament li l-premessi u d-dispożittiv tad-deċiżjoni kontenzjuża kienu koerenti. L-allegazzjonijiet tal-appellanti huma bbażati fuq qari żbaljat tas-sentenza appellata. L-ewwel, il-Qorti Ġenerali ma kkonkludietx, fil-punt 78 ta’ din is-sentenza, li kull kuntatt bilaterali kien jikkostitwixxi ksur distint. Hija sempliċement fakkret, fil-punt 80 tal-imsemmija sentenza, li l-Anness I tad-deċiżjoni kontenzjuża kien jinkludi lista ta’ kuntatti li jistgħu jikkostitwixxu ksur. Madankollu, il-Qorti Ġenerali ma ħaditx pożizzjoni, fil-punti 70 sa 87 tal-istess sentenza, la fuq il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni u lanqas fuq il-kwistjoni dwar jekk il-kuntatti bilaterali kinux effettivament jikkostitwixxu ksur distinti. It-tieni, sussidjarjament, il-Kummissjoni ssostni li ebda waħda mill-konklużjonijiet imsemmija fil-punti 80 sa 84 tas-sentenza appellata ma hija bbażata fuq il-premessa li d-diversi kuntatti individwali kkonstatati kienu jikkostitwixxu ksur distinti. L-argumenti tal-appellanti huma għalhekk ineffettivi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">It-tieni lment tat-tieni parti tal-ewwel aggravju</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Skont l-appellanti, il-Qorti Ġenerali wettqet ukoll diversi żbalji ta’ liġi fil-punti 76 sa 79 tas-sentenza appellata. L-ewwel, din ma indirizzatx l-argument tal-appellanti li l-premessa 352 tad-deċiżjoni kontenzjuża ma hijiex biżżejjed sabiex issostni l-Artikolu 1 tagħha. Il-punt 76 ta’ din is-sentenza sempliċement jikkunsidra li ma hemm ebda inkoerenza bejn din il-premessa u dan l-Artikolu 1. It-tieni, il-punt 77 tal-imsemmija sentenza jippreżupponi li ksur uniku u kontinwu jimplika neċessarjament ksur distinti. It-tielet, il-punt 78 tal-istess sentenza huwa vvizzjat bl-istess preżunzjoni. Fil-fatt, ikun żbaljat li jiġi affermat li l-Kummissjoni, fil-premessi 303 u 346 tad-deċiżjoni kontenzjuża, ikkonstatat li l-kuntatti individwali kienu jiksru wkoll l-Artikolu 101 TFUE. Ir-raba’, il-Qorti Ġenerali injorat il-ġurisprudenza tagħha stess dwar argumenti simili ħafna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti Ġenerali kkonkludiet ġustament li d-deċiżjoni kontenzjuża ma kienet tinkludi ebda kontradizzjoni. Hija rrispondiet għall-allegazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-ilmenti tal-appellanti u għalhekk ma kinitx obbligata twieġeb għal allegazzjonijiet ta’ inkoerenza wara li kkonstatat l-assena ta’ kwalunkwe inkoerenza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="5"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">It-tielet ilment tat-tieni parti tal-ewwel aggravju</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Sabiex tiċħad l-argument invokat fl-ewwel istanza bbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti tad-deċiżjoni kontenzjuża, il-Qorti Ġenerali wettqet, fil-punti 80 sa 82 u 85 tas-sentenza appellata, diversi żbalji ta’ liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Fil-punt 80 ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali ma rrispondietx għall-ilmenti tal-appellanti. Fil-fatt, id-deċiżjoni kontenzjuża jew l-Anness I tagħha ma tinkludix konklużjonijiet dwar il-ksur distinti msemmija fl-Artikolu 1 ta’ din id-deċiżjoni. Il-fatt li l-Qorti Ġenerali tafferma li l- <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>il-Kummissjoni tiddeskrivi b’mod ċar u mhux ambigwu l-funzjonament tal-akkordju, l-applikazzjoni għall-aġir allegat tal-Artikolu 101(1) TFUE, kif ukoll dawk responsabbli għall-akkordju<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> ma huwiex rilevanti, peress li din l-affermazzjoni ma tirrigwardax dan il-ksur<?PAGE NO="13"?> distinti, iżda l-ksur uniku u kontinwu. Għalhekk, il-Qorti Ġenerali ma tweġibx għall-argument li, anki moqrija flimkien, il-premessa 352 u l-Artikolu 1 tal-imsemmija deċiżjoni ma humiex ċari dwar il-portata tal-imsemmija ksur distinti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-affermazzjoni, li tinsab fil-punt 81 tas-sentenza appellata, li l-fatt li l-istess ksur distinti ma jinkludux klassifikazzjoni ġuridika addizzjonali li tista’ tiġi ddettaljata ma jikkostitwixxix nuqqas ta’ motivazzjoni tal-imsemmija deċiżjoni li tikser il-ġurisprudenza hija bbażata fuq il-premessa żbaljata li l-klassifikazzjoni bħala ksur uniku u kontinwu tippreżupponi hija stess firxa sħiħa ta’ aġir jew ta’ ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Fil-punt 82 ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ieħor meta affermat li, fid-deċiżjoni kontenzjuża, il-ksur distinti jikkorrispondu għall-kuntatti bilaterali differenti allegati, filwaqt li din id-deċiżjoni ma tikklassifikax dawn il-kuntatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fil-punt 85 tal-imsemmija sentenza, il-Qorti Ġenerali fehmet ħażin ir-rikors li hija interpretat bħala li jesponi argumenti ddettaljati dwar il-kuntatti differenti, li juri li d-deċiżjoni kontenzjuża kien fiha motivazzjoni suffiċjenti u li l-appellanti kienu tqiegħdu f’pożizzjoni li jiddefendu lilhom infushom b’mod effikaċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-Qorti Ġenerali ġustament ikkonkludiet li hija kienet osservat l-obbligu ta’ motivazzjoni. L-ewwel, il-Kummissjoni ma għandhiex l-obbligu li tieħu pożizzjoni dwar l-elementi li huma manifestament irrilevanti, insinjifikattivi jew ċarament sekondarji. Fil-punti 80 sa 84 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ġustament ikkonkludiet li d-deċiżjoni kontenzjuża kienet tagħti dettalji suffiċjenti tal-elementi rilevanti u kienet tindika b’mod ċar in-natura u l-portata tal-aġir allegat fil-konfront tal-appellanti, il-mod kif l-Artikolu 101(1) TFUE kien japplika għal din tal-aħħar u l-provi relatati. It-tieni, hemm biss differenza ta’ grad bejn il-konstatazzjoni ta’ ksur sempliċi u dik ta’ ksur uniku u kontinwu. B’hekk, il-Kummissjoni ma kinitx obbligata tipprovdi motivazzjoni iktar iddettaljata, peress li l-konstatazzjoni ta’ ksur distinti hija biss konklużjoni inċidentali li għandha importanza sekondarja meta mqabbla mal-konstatazzjoni prinċipali ta’ ksur uniku u kontinwu. It-tielet, l-appellanti jagħmlu distinzjoni artifiċjali bejn il-ksur uniku u kontinwu u l-ksur distinti li jikkomponuh. Peress li dawn il-ksur jikkonċernaw eżattament l-istess fatti u l-istess provi, l-argumenti tal-appellanti dwar id-diversi kuntatti individwali jservu sabiex jikkontestaw kemm il-konstatazzjoni ta’ ksur uniku u kontinwu kif ukoll dik ta’ ksur distinti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel aggravju tagħhom, l-appellanti jilmentaw li l-Qorti Ġenerali wettqet diversi żbalji ta’ liġi sa fejn ikkonfermat li l-ksur uniku u kontinwu kien kompost minn diversi ksur distinti u li din il-klassifikazzjoni doppja, adottata fid-deċiżjoni kontenzjuża, ġiet ippreżentata fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u kienet immotivata sew f’din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, fl-Artikolu 1(e) tad-deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni essenzjalment ikkonstatat, minn naħa, l-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu u, min-naħa l-oħra, l-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>diversi ksur distinti<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> li jikkostitwixxu dan il-ksur.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jiġi rrilevat ukoll li l-ewwel aggravju huwa intiż li jikkontesta unikament l-evalwazzjoni, imwettqa mill-Qorti Ġenerali, ta’ din l-aħħar konstatazzjoni, dwar l-eżistenza ta’ diversi ksur distinti. Għall-kuntrarju, dan il-motiv ma jirrigwardax l-evalwazzjoni tagħha tal-konklużjoni, li tinsab f’din id-dispożizzjoni, li l-appellanti pparteċipaw fi ksur uniku u kontinwu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, kuntrarjament għal dak li ssostni l-Kummissjoni, sa fejn, f’dan il-każ, din tal-aħħar ibbażat id-deċiżjoni kontenzjuża fuq żewġ konstatazzjonijiet ta’ ksur distinti, l-imsemmi aggravju ma jistax, qabelxejn, jiġi miċħud bħala ineffettiv.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet preliminari</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita li ksur tal-Artikolu 101(1) TFUE jista’ jirriżulta mhux biss minn att individwali, iżda wkoll minn sensiela ta’ atti jew minn aġir kontinwu, anki fil-każ li wieħed jew iktar minn dawn l-elementi ta’ din is-sensiela ta’ atti jew ta’ dan l-aġir kontinwu jistgħu jikkostitwixxu, fihom innifishom u individwalment, ksur ta’ din id-dispożizzjoni. Għalhekk, meta l-aġir differenti jagħmlu parti minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>pjan ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, minħabba l-għan identiku tagħhom li tinħoloq distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern, il-Kummissjoni għandha d-dritt timputa r-responsabbiltà ta’ dawn l-aġir skont il-parteċipazzjoni fil-ksur ikkunsidrat fl-intier tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121206">6 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Verhuizingen Coppens</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑441/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:778">EU:C:2012:778</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Impriża li tkun ipparteċipat fi ksur uniku u kontinwu minħabba f’aġir tagħha stess, li kien jaqa’ taħt kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>ftehim<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> jew ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>prattika miftiehma<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> li għandu għan antikompetittiv fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE u li kienu intiżi sabiex jikkontribwixxu għat-twettiq tal-ksur kollu kemm hu, tista’ wkoll tkun responsabbli għall-aġir ta’ impriżi oħra fil-kuntest tal-istess ksur għall-perijodu kollu tal-parteċipazzjoni tagħha fl-imsemmi ksur (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121206">6 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Verhuizingen Coppens</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑441/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:778">EU:C:2012:778</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 59 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-parteċipazzjoni ta’ impriża fi ksur uniku u kontinwu ma teħtieġx il-parteċipazzjoni diretta tagħha fl-aġir antikompetittiv kollu li jikkostitwixxi dan il-ksur (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201022">22 ta’ Ottubru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Silver Plastics u Johannes Reifenhäuser vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑702/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:857">EU:C:2020:857</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn il-prinċipji li għandu jiġi eżaminat l-ewwel aggravju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti tal-ewwel aggravju</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti tal-ewwel aggravju tagħhom, l-appellanti jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali li wettqet żbalji ta’ liġi li wassluha sabiex tiddeċiedi li l-Kummissjoni ma kinitx kisret id-drittijiet tad-difiża tagħhom. L-ewwel, fil-punti 57 u 58 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet b’mod żbaljat li l-kunċett ta’ ksur uniku u kontinwu jippreżupponi l-eżistenza ta’ ksur distinti ta’ importanza iżgħar. It-tieni, fil-punt 59 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-konklużjonijiet finali ta’ deċiżjoni ma għandhomx bilfors jikkorrispondu f’kull punt mal-klassifikazzjoni intermedjarja tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, filwaqt li naqset milli tippreċiża li din il-libertà ta’ klassifikazzjoni tal-Kummissjoni hija ġġustifikata biss sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni l-osservazzjonijiet tal-partijiet u mhux sabiex jiġu introdotti<?PAGE NO="15"?> konstatazzjonijiet addizzjonali. It-tielet, fil-punti 60 sa 64 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonstatat b’mod żbaljat li l-Kummissjoni kienet ipproċediet għall-konstatazzjoni ta’ ksur ieħor fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet minbarra l-ksur uniku u kontinwu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, l-ewwel, li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>ksur uniku u kontinwu<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> jippreżupponi sensiela ta’ aġir li jista’ jikkostitwixxi wkoll, fih innifsu, ksur tal-Artikolu 101(1) TFUE. Għalkemm firxa sħiħa ta’ aġir tista’ tiġi kklassifikata, taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti 72 u 73 ta’ din is-sentenza, bħala ksur uniku u kontinwu, minn dan ma jistax jiġi dedott li kull wieħed minn dan l-aġir għandu, fih innifsu u individwalment, neċessarjament jiġi kklassifikat bħala ksur distint ta’ din id-dispożizzjoni. Fil-fatt, sabiex tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha wkoll tidentifika u tikkwalifika bħala tali kull wieħed minn dan l-aġir u sussegwentement tipproduċi l-prova tal-involviment tal-impriża kkonċernata li lilha huwa imputat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>F’dan is-sens, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet huwa prevedibbli biss il-qsim ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikklassifika akkordju globali bħala ksur uniku u kontinwu jekk, minn naħa, l-imsemmija impriża kienet tqiegħdet f’pożizzjoni, matul il-proċedura amministrattiva, li tifhem li ġew ikkontestati fil-konfront tagħha wkoll kull aġir li jikkostitwixxi dan, u għalhekk li tiddefendi ruħha fuq dan il-punt, u jekk, min-naħa l-oħra, din id-deċiżjoni tkun suffiċjentement ċara f’dan ir-rigward (ara, b’analoġija, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121206">6 ta’ Diċembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Verhuizingen Coppens</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑441/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:778">EU:C:2012:778</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>It-tieni, fir-rigward tad-drittijiet tad-difiża, skont ġurisprudenza stabbilita, ir-rispett ta’ dawn id-drittijiet f’kull proċedura li tista’ twassal għal sanzjonijiet, b’mod partikolari għal multi jew għal pagamenti ta’ penalità, jikkostitwixxi prinċipju fundamentali tad-dritt tal-Unjoni, li għandu jiġi osservat b’mod sħiħ mill-Kummissjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150305">5 ta’ Marzu 2015</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Versalis <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑93/13 P u C‑123/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:150">EU:C:2015:150</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0094">94</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 1/2003 jipprovdi li lill-partijiet tintbagħtilhom dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet li għandha tindika, b’mod ċar, l-elementi essenzjali kollha li fuqhom il-Kummissjoni tibbaża ruħha f’dan l-istadju tal-proċedura. Tali dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet tikkostitwixxi l-garanzija proċedurali li tapplika l-prinċipju fundamentali tad-dritt tal-Unjoni, li jeżiġi r-rispett tad-drittijiet tad-difiża f’kull proċedura li tista’ twassal għall-impożizzjoni ta’ sanzjoni. Dan il-prinċipju jeżiġi b’mod partikolari li d-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet indirizzata mill-Kummissjoni lil impriża li fil-konfront tagħha hija għandha l-intenzjoni timponi sanzjoni għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tinkludi l-elementi essenzjali meqjusa kontra din l-impriża, bħall-fatti allegati, il-klassifikazzjoni li tingħatalhom u l-provi li fuqhom il-Kummissjoni tibbaża ruħha, sabiex din l-impriża tkun f’pożizzjoni li ssostni l-argumenti tagħha b’mod effikaċi fil-kuntest tal-proċedura amministrattiva mressqa kontriha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090903">3 ta’ Settembru 2009</DATE>, <NAME.CASE>Papierfabrik August Koehler <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑322/07 P, C‑327/07 P u C‑338/07 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:500">EU:C:2009:500</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Ċertament, kif fakkar l-Avukat Ġenerali fil-punt 88 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-Kummissjoni tista’ tippreċiża, fid-deċiżjoni finali tagħha, klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti li hija użat, b’mod provviżorju, fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, billi tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi li jirriżultaw mill-proċedura amministrattiva, jew sabiex tabbanduna oġġezzjonijiet li rriżultaw infondati, jew sabiex tiżviluppa u tikkompleta kemm fil-fatt kif ukoll fid-dritt l-argument tagħha insostenn tal-oġġezzjonijiet li hija ssostni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131205">5 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>SNIA vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑448/11 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:801">EU:C:2013:801</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).<?PAGE NO="16"?> Madankollu, dan jimplika li l-Kummissjoni għandha, fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, tiddikjara kull klassifikazzjoni ġuridika tal-fatti li hija għandha l-intenzjoni li tadotta fid-deċiżjoni finali tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li d-drittijiet tad-difiża tal-impriża kkonċernata ma humiex miksura minħabba nuqqas ta’ qbil bejn id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u d-deċiżjoni finali sakemm ilment imressaq f’din tal-aħħar ma jkunx ġie espost fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet jew li ma jkunx ġie espost b’mod suffiċjenti sabiex jippermetti lid-destinatarji ta’ din id-dikjarazzjoni li jsostnu b’mod utli l-argumenti tagħhom fil-kuntest tal-proċedura mibdija fir-rigward tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, meta l-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li tikkritika lid-destinatarji ta’ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet mhux biss ksur uniku u kontinwu, iżda wkoll kull aġir li jikkostitwixxi dan il-ksur meħud separatament bħala ksur distint, ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża ta’ dawn id-destinatarji jeżiġi li l-Kummissjoni tesponi, f’din id-dikjarazzjoni, l-elementi neċessarji sabiex dawn ikunu jistgħu jifhmu li l-Kummissjoni bdiet proċeduri ġudizzjarji fir-rigward tagħhom fil-kuntest kemm għal dan il-ksur uniku u kontinwu kif ukoll għal kull wieħed minn dawn il-ksur distinti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Fil-punti 50 sa 53 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ġustament fakkret il-prinċipji dwar ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża fil-kuntest ta’ proċedura intiża sabiex jiġi kkonstatat ksur tal-Artikolu 101(1) TFUE. Sussegwentement hija fakkret, fil-punti 55 u 56 ta’ din is-sentenza, ċerti aspetti tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>ksur uniku u kontinwu<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, u b’mod partikolari li dan il-kunċett jippreżupponi sensiela ta’ aġir adottat minn partijiet differenti li jsegwu l-istess għan ekonomiku antikompetittiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Madankollu, fir-rigward ta’ dak li ġie espost fil-punt 83 ta’ din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali ma setgħetx tiddeduċi, fil-punt 57 tas-sentenza appellata, li l-kunċett stess ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>ksur uniku u kontinwu<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> jippreżupponi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>sensiela ta’ aġir jew ta’ ksur<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> u li l-appellanti ma setgħux jallegaw li l-Kummissjoni kienet inkludiet klassifikazzjoni ġuridika addizzjonali fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kontenzjuża, billi qieset, minbarra l-ksur uniku u kontinwu, li dan kien kompost minn diversi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>ksur distinti<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>. Fil-fatt, tali konklużjoni hija bbażata fuq il-premessa żbaljata li kull aġir li jaqa’ taħt ksur uniku u kontinwu jikkostitwixxi ksur distint, li ma huwiex neċessarjament il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Bl-istess mod, għalkemm il-Qorti Ġenerali ġustament fakkret, fil-punt 53 tas-sentenza appellata, il-prinċipji relatati mar-rispett tad-drittijiet tad-difiża fil-kuntest ta’ proċedura intiża sabiex tikkonstata ksur tal-Artikolu 101(1) TFUE, kif għamlet ukoll, essenzjalment, fil-punt 59 ta’ din is-sentenza, minn dan ma setgħetx tiddeduċi li s-sempliċi riferiment, fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, tal-possibbiltà li l-aġir imsemmi jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>ksur distinti<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, kienet suffiċjenti fid-dawl tar-rekwiżiti mfakkra fil-punti 77 sa 83 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>B’mod partikolari, is-sempliċi riferiment, fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, għall-possibbiltà ta’ tali klassifikazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>ksur distint<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, fil-kuntest ta’ analiżi dwar ksur uniku u kontinwu, ma huwiex biżżejjed sabiex l-impriża kkonċernata tkun tista’ ssostni b’mod utli l-argumenti tagħha fil-kuntest tal-proċedura amministrattiva mibdija fil-konfront tagħha dwar dawn il-ksur distinti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>B’hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi. Fil-fatt, ir-rikorrenti ma setgħux jifhmu, fl-assenza ta’ kwalunkwe indikazzjoni ċara fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, li l-Kummissjoni kellha l-intenzjoni tibda’ proċeduri ġudizzjarji kontrihom mhux biss għal-ksur uniku u kontinwu allegat f’din id-dikjarazzjoni, iżda wkoll għal diversi ksur distinti kkostitwiti minn diversi kuntatti bilaterali msemmija f’din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Qorti Ġenerali ma setgħetx, mingħajr ma twettaq żball ta’ liġi, tiddeċiedi li l-Kummissjoni ma kinitx kisret id-drittijiet tad-difiża tal-appellanti, peress li d-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ma kinitx tinkludi l-elementi essenzjali meqjusa fil-konfront tagħhom f’dak li jirrigwarda dan il-ksur distinti, b’mod partikolari l-klassifikazzjoni prevista tal-aġir attribwit lilhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel parti tal-ewwel aggravju għandha tintlaqa’.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">c)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni parti tal-ewwel aggravju</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tal-ewwel aggravju tagħhom, l-appellanti jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali li wettqet żbalji ta’ liġi li wassluha sabiex tiddeċiedi li l-Kummissjoni ma kinitx żviluppat motivazzjoni kontradittorja u insuffiċjenti fid-deċiżjoni kontenzjuża. Fil-punti 76 sa 85 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kienet, l-ewwel, ippreżumiet li ksur uniku u kontinwu huwa neċessarjament kompost minn ksur individwali. It-tieni, hija ssostitwixxiet ukoll il-motivazzjoni tagħha stess għal dik tal-Kummissjoni billi kkunsidrat li d-diversi kuntatti individwali inkwistjoni kienu jikkostitwixxu ksur distinti. It-tielet, hija ma mmotivatx suffiċjentement id-deċiżjoni tagħha sabiex tiċħad l-argument tal-appellanti li l-premessa 352 u l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kontenzjuża ma kinux ċari dwar il-portata tal-ksur distinti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fl-ewwel lok, skont ġurisprudenza stabbilita, il-motivazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 296 TFUE għandha tiġi adattata għan-natura tal-att inkwistjoni u għandha turi b’mod ċar u mhux ekwivoku r-raġunament tal-istituzzjoni, awtriċi tal-att ikkontestat, b’tali mod li tippermetti li l-partijiet ikkonċernati jsiru jafu l-ġustifikazzjonijiet tal-miżura meħuda u li l-qorti tal-Unjoni Ewropea teżerċita l-istħarriġ tagħha. Ma huwiex meħtieġ li l-motivazzjoni tispeċifika l-elementi kollha ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti, sa fejn il-kwistjoni dwar jekk il-motivazzjoni ta’ att tissodisfax ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 296 TFUE għandha tiġi evalwata mhux biss fid-dawl tal-formulazzjoni tagħha, iżda wkoll tal-kuntest tagħha kif ukoll tar-regoli ġuridiċi li jirregolaw il-qasam ikkonċernat (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190710">10 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Icap <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑39/18 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:584">EU:C:2019:584</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, l-obbligu ta’ motivazzjoni ma jimponix fuq il-Qorti Ġenerali li tipprovdi espożizzjoni li ssegwi, b’mod eżawrjenti u wieħed wieħed, ir-raġunamenti kollha artikolati mill-partijiet fit-tilwima. Il-motivazzjoni tista’ għaldaqstant tkun impliċita bil-kundizzjoni li hija tippermetti lill-partijiet ikkonċernati li jkunu jafu r-raġunijiet għaliex il-Qorti Ġenerali ma laqgħetx l-argumenti tagħhom u lill-Qorti tal-Ġustizzja li tiddisponi minn elementi suffiċjenti sabiex teżerċita l-istħarriġ tagħha (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170126">26 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Villeroy &amp; Boch Austria vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑626/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:54">EU:C:2017:54</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, kif tfakkar fil-kuntest tal-eżami tal-ewwel parti tal-ewwel aggravju, ma jistax jiġi dedott mill-fatt li l-Kummissjoni tikklassifika firxa ta’ aġir bħala ksur uniku u kontinwu li kull wieħed minn dan l-aġir, fih innifsu u meħud individwalment, għandu neċessarjament jiġi kklassifikat bħala ksur distint. Fil-fatt, jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tikklassifika bħala tali l-aġir inkwistjoni u timputah lill-appellanti, hija għandha xorta teżaminah individwalment u turi n-natura illegali tiegħu kif ukoll l-involviment tar-rikorrenti f’kull wieħed minn dan l-aġir.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, meta l-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li takkuża lir-rikorrenti li pparteċipaw mhux biss fi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>ksur uniku u kontinwu<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, iżda wkoll f’diversi ksur distinti li jikkorrispondu għal aġir li jikkostitwixxi dan il-ksur, hija għandha tippreċiża u timmotiva l-klassifikazzjoni ġuridika bħala ksur distint li hija tagħti lil kull wieħed minn dan l-aġir.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali impliċitament iddeċidiet, fil-punti 76 sa 78, 81 u 82 tas-sentenza appellata, li ksur uniku u kontinwu huwa neċessarjament kompost minn ksur individwali. Fil-fatt, hija affermat, fil-punt 76 ta’ din is-sentenza, li l-kunċett stess ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>ksur uniku u kontinwu<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> jippreżupponi firxa sħiħa ta’ aġir jew ta’ ksur u minn dan iddeduċiet, mingħajr ebda preċiżazzjoni oħra, li l-ksur distinti imsemmija fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kontenzjuża għalhekk ma kienx jikkostitwixxi klassifikazzjoni ġuridika addizzjonali. Din il-konfużjoni bejn il-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>ksur<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>aġir<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> tinsab ukoll fil-punti 78, 81 u 82 tal-imsemmija sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>L-imsemmija konfużjoni wasslet lill-Qorti Ġenerali sabiex tikkunsidra, fil-punti 82 sa 84 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni kienet immotivat suffiċjentement id-deċiżjoni tagħha, minkejja li mid-deċiżjoni kontenzjuża ma jirriżultax li l-Kummissjoni kklassifikat kull wieħed mill-kuntatti bilaterali inkwistjoni bħala ksur distinti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Issa, b’tali mod, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi. Fil-fatt, kuntrarjament għal dak li ddeċidiet il-Qorti Ġenerali, il-motivazzjoni tal-konstatazzjoni ta’ diversi ksur distinti li l-appellanti allegatament wettqu, kif tinsab fil-premessa 352 ta’ din id-deċiżjoni, ma hijiex suffiċjenti. Għalhekk, minn din il-premessa jirriżulta li, abbażi tal-fatti deskritti fit-Taqsima 4 u fl-Anness I tal-imsemmija deċiżjoni, kull manifestazzjoni tal-aġir adottat jew ta’ kull sensiela (jew diversi sensieli) ta’ kuntatti bilaterali kellha l-għan li tirrestrinġi l-kompetizzjoni u għalhekk tikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 101 TFUE, mingħajr madankollu ma l-Kummissjoni tagħti r-raġunijiet għalfejn kien hemm lok, fil-fehma tagħha, li jiġi attribwit lill-appellanti kull wieħed mill-aġir li huwa attribwit lilhom mhux biss bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>ksur uniku u kontinwu<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, iżda wkoll għal diversi ksur distinti tal-Artikolu 101 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, meta ddeċidiet li l-Kummissjoni kienet issodisfat l-obbligu tagħha li timmotiva d-deċiżjoni kontenzjuża billi kkunsidrat li l-appellanti kienu, minbarra l-parteċipazzjoni tagħhom fi ksur uniku u kontinwu, ipparteċipaw ukoll f’diversi ksur distinti, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tieni parti tal-ewwel aggravju kif ukoll, konsegwentement, dan l-aggravju fit-totalità tiegħu, għandhom jintlaqgħu</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">B.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq it-tieni aggravju</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni aggravju tagħhom, l-appellanti jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali li wettqet diversi żbalji ta’ liġi meta ddeterminat il-kriterju ġuridiku applikabbli sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu. Dan l-aggravju huwa maqsum f’żewġ partijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti tat-tieni aggravju</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti tat-tieni aggravju tagħhom, l-appellanti jsostnu li l-punti 123, 205 u 206 tas-sentenza appellata huma vvizzjati bi żball ta’ liġi li jikkonċerna l-kriterju ġuridiku applikabbli sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali iddikjarat fiha b’mod żbaljat li ma huwiex neċessarju li jiġi vverifikat jekk l-aġir allegat għandux rabta ta’ komplementarjetà sabiex jiġi kklassifikat bħala ksur uniku u kontinwu. Issa, tali dikjarazzjoni tmur kontra l-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali li tipprovdi li rabta ta’ komplementarjetà hija kundizzjoni neċessarja sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ tali ksur, kull darba li ma tkunx teżisti prova diretta ta’ pjan formali li jgħaqqad il-komponenti differenti tal-ksur. Is-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131219">19 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Siemens <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑239/11 P, C‑489/11 P u C‑498/11 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:866">EU:C:2013:866</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li fuqha tibbaża ruħha l-Qorti Ġenerali, tirrigwarda fatti differenti minn dawk ta’ din il-kawża, peress li l-parteċipanti fil-kartell inkwistjoni fil-kawża li tat lok għal din is-sentenza kienu ffirmaw minn qabel u bil-miktub pjan formali. Bl-istess mod, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170126">26 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Villeroy &amp; Boch Belgium vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑642/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:58">EU:C:2017:58</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170126">26 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Villeroy &amp; Boch vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑644/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:59">EU:C:2017:59</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jidħlu f’kuntest fattwali differenti minn dak ta’ din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Skont il-ġurisprudenza msemmija mill-appellanti, sempliċi xebh bejn id-diversi firxiet ta’ aġir ma huwiex suffiċjenti sabiex jiġi pprovat ksur uniku u kontinwu. Jeħtieġ ukoll li jintwera l-komplementarjetà tagħhom u l-interazzjonijiet bejniethom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li l-ewwel parti tat-tieni aggravju ma hijiex fondata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti tat-tieni aggravju tagħhom, l-appellanti jikkritikaw, essenzjalment, lill-Qorti Ġenerali talli ddeċidiet li sempliċi xebh bejn id-diversi firxiet ta’ aġir kien suffiċjenti sabiex tiġi pprovata l-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu, mingħajr ma kien neċessarju li jintwera komplementarjetà u interazzjoni bejniethom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, sabiex aġir differenti jiġu kklassifikati bħala ksur uniku u kontinwu, ma hemmx lok li jiġi vverifikat jekk dawn għandhomx rabta ta’ komplementarjetà, fis-sens li kull wieħed minnhom huwa intiż sabiex jittratta konsegwenza waħda jew iktar tal-iżvilupp normali tal-kompetizzjoni, u jikkontribwixxu, permezz ta’ interazzjoni, għat-twettiq tal-effetti antikompetittivi kollha intiżi mill-awturi tagħhom, fil-kuntest ta’ pjan ġenerali li jipprevedi għan uniku. Għall-kuntrarju, il-kundizzjoni dwar il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>għan uniku<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> jimplika li għandu jiġi vverifikat jekk jeżistux elementi li jikkaratterizzaw l-aġir differenti li jagħmlu parti mill-ksur li jistgħu jindikaw li aġir materjalment implimentati minn impriżi parteċipanti oħra ma għandhomx l-istess għan jew l-istess effett antikompetittiv u li konsegwentement ma jaqgħux taħt <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>pjan ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> minħabba l-għan identiku tagħhom ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170126">26 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Villeroy &amp; Boch vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑644/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:59">EU:C:2017:59</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="20"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Minn din il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ma jistax jiġi dedott li hija tapplika biss għal sitwazzjonijiet li fihom teżisti prova diretta ta’ pjan formali li tgħaqqad il-komponenti differenti ta’ ksur u li, fl-assenza ta’ tali provi, tali rabta ta’ komplementarjetà hija kundizzjoni neċessarja sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ tali ksur. Fil-fatt, fis-sentenzi msemmija fil-punt 103 ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja, għall-kuntrarju, ipprovdiet preċiżazzjonijiet li għandhom portata ġenerali u li jkopru l-ksur uniku u kontinwu kollu, indipendentement mill-modalitajiet fattwali tal-implimentazzjoni ta’ dawn tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>L-argument tal-appellanti huwa għalhekk ibbażat fuq qari żbaljat tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Fil-punti 205 u 206 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ġustament iddeċidiet li l-kriterju determinanti tal-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu huwa dak li l-aġir differenti li jagħmel parti mill-ksur jifforma parti minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>pjan ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> b’għan uniku. F’dan ir-rigward, hija ppreċiżat li ma huwiex neċessarju li jiġi vverifikat jekk l-imsemmi aġir għandux rabta ta’ komplementarjetà sabiex jiġi kklassifikat bħala ksur uniku u kontinwu. Għalhekk, il-Qorti Ġenerali ma tistax tiġi kkritikata li ma kkonformatx mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel parti tat-tieni aggravju għandha tiġi miċħuda bħala infondata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni parti tat-tieni aggravju</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tat-tieni aggravju tagħhom, l-appellanti jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali bi żbalji ta’ liġi dwar l-eżistenza ta’ pjan ġenerali jew ta’ ksur uniku u kontinwu. Din tal-aħħar, fis-sentenza appellata, applikat b’mod żbaljat il-kriterju legali rilevanti stabbilit fis-sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131219">19 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Siemens <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑239/11 P, C‑489/11 P u C‑498/11 P</NO.CASE>, mhux ippubblikati, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:866">EU:C:2013:866</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170126">26 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Villeroy &amp; Boch Belgium vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑642/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:58">EU:C:2017:58</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), u tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170126">26 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Villeroy &amp; Boch vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑644/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:59">EU:C:2017:59</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali kkunsidrat, b’mod żbaljat, fil-punti 209 sa 213 tas-sentenza appellata, li x-xebh bejn l-aġir allegat kien jikkostitwixxi kriterju rilevanti u suffiċjenti sabiex jiġi kkaratterizzat ksur uniku u kontinwu u li l-eżistenza ta’ rabta ta’ komplementarjetà ma tikkostitwixxix kundizzjoni neċessarja f’dan ir-rigward. Issa, l-appellanti jsostnu li, jekk ix-xebh tal-aġir huwa kriterju rilevanti, dan ma huwiex suffiċjenti u hija biss l-eżistenza ta’ tali rabta li tista’ turi, fl-assenza ta’ prova diretta ta’ interazzjoni jew ta’ pjan formali stabbilit minn qabel, l-eżistenza ta’ tali ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li t-tieni parti tat-tieni aggravju għandha tiġi miċħuda bħala infondata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tat-tieni aggravju tagħhom, l-appellanti jilmentaw li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punti 209 sa 213 tas-sentenza appellata, li xebh bejn aġir kien kriterju rilevanti u suffiċjenti sabiex jiġi kkaraterizzat ksur uniku u kontinwu u li l-eżistenza ta’ rabta ta’ komplementarjetà bejn dan l-aġir ma kinitx tikkostitwixxi kundizzjoni rilevanti f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="21"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, sabiex tipprova l-eżistenza ta’ għan komuni għal aġir differenti li jista’ jiġi kklassifikat, flimkien, bħala ksur uniku u kontinwu, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra diversi elementi oġġettivi, bħax-xebh tal-implimentazzjoni tal-arranġamenti ta’ kollużjoni inkwistjoni kif ukoll is-sovrapożizzjonijiet fattwali, ġeografiċi u fiż-żmien bejn il-prattiki kkonċernati (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170126">26 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Villeroy &amp; Boch Belgium vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑642/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:58">EU:C:2017:58</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Issa, il-Qorti Ġenerali, essenzjalment, irrilevat, fil-punt 209 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni kienet enfasizzat li d-diversi kuntatti kollużorji kienu jirrigwardaw l-istess prodott, kellhom kontenut simili, kienu jinvolvu sostanzjalment l-istess partijiet, kellhom l-istess portata ġeografika u kienu jsegwu l-istess għan u li hija kienet ikkonkludiet li dawn id-diversi elementi oġġettivi kienu jikkostitwixxu indizji rilevanti sabiex tintwera l-eżistenza ta’ pjan globali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-Qorti Ġenerali fakkret, fil-punt 212 tas-sentenza appellata, li x-xebh bejn l-aġir ikkritikat huwa kriterju rilevanti sabiex tintwera l-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu. Hija ppreċiżat li kriterji oħra huma wkoll rilevanti, bħall-identità tal-persuni fiżiċi involuti jew ukoll dak tal-kamp ta’ applikazzjoni ġeografika tal-prattiki inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>Għalhekk, kuntrarjament għal dak li jallegaw l-appellanti, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet mhux li xebh bejn l-aġir inkwistjoni kien suffiċjenti sabiex tintwera l-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu, iżda li dan ix-xebh kien jikkostitwixxi biss kriterju fost oħrajn sabiex tintwera l-eżistenza ta’ pjan ġenerali, li huwa wieħed mill-kundizzjonijiet sabiex jiġi kkaratterizzat tali ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>Għaldaqstant, fil-punt 213 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet korrettament li x-xebh invokat mill-appellanti kien jikkostitwixxi kriterju rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk l-aġir differenti li jagħmel parti mill-ksur uniku u kontinwu kienx inkluż fi pjan ġenerali li jipprevedi għan uniku, mingħajr ma kien neċessarju li jiġi stabbilit tip ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>sinerġija bejn l-aġir allegat<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tieni parti tat-tieni aggravju għandha tiġi miċħuda bħala infondata u, għaldaqstant, dan l-aggravju għandu fl-intier tiegħu jiġi miċħud ukoll bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">C.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq it-tielet aggravju</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet aggravju tagħhom, l-appellanti jilmentaw li l-Qorti Ġenerali, fil-punti 120 sa 130 tas-sentenza appellata, ċaħdet l-argument tagħhom li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża tagħhom billi introduċiet, fid-deċiżjoni kontenzjuża, kriterju essenzjali ġdid, jiġifieri dak ta’ rabta ta’ komplementarjetà bejn l-aġir ikkritikat, sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu, meta dan il-kriterju ma kienx ġie espost fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u li huma ma kellhomx l-opportunità li jifformulaw osservazzjonijiet dwar din id-deċiżjoni qabel l-adozzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>Issa, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat, l-ewwel, fil-punti 120 sa 125 ta’ din is-sentenza, li tali rabta ma kinitx tikkostitwixxi kriterju essenzjali sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu, u, it-tieni, fil-punti 126 sa 130 tal-imsemmija sentenza, li l-introduzzjoni ta’ dan l-element ġdid<?PAGE NO="22"?> fid-deċiżjoni kontenzjuża ma kinitx tikser id-drittijiet tad-difiża tal-appellanti, peress li d-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni ma kellhiex neċessarjament tkun kopja eżatta tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ din l-aħħar kunsiderazzjoni, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-kriterju ġuridiku rilevanti sabiex tevalwa l-eżistenza ta’ ksur tad-drittijiet tad-difiża. Fil-fatt, fil-fehma tagħhom, id-diverġenzi bejn id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u d-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni jistgħu jikkonċernaw biss argumenti invokati matul il-proċedura amministrattiva mid-destinatarji ta’ din id-dikjarazzjoni. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali kienet żbaljata meta ddeċidiet li analiżi determinanti u bidla sostanzjali tal-approċċ segwit fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet setgħu jiġu introdotti b’mod leġittimu fid-deċiżjoni kontenzjuża sabiex tiġi pprovata l-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li t-tielet aggravju għandu jiġi miċħud bħala ineffettiv jew infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet aggravju tagħhom, l-appellanti jilmentaw li l-Qorti Ġenerali, fil-punti 120 sa 130 tas-sentenza appellata, wettqet żball ta’ liġi meta ċaħdet l-ilment tagħhom li l-Kummissjoni kienet kisret id-drittijiet tad-difiża tagħhom bl-użu għall-ewwel darba tal-kriterju ta’ rabta ta’ komplementarjetà bejn l-aġir allegati fl-istadju tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-Artikolu 27(1) tar-Regolament Nru 1/2003 jipprevedi li tintbagħat lill-partijiet dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet. Skont ġurisprudenza stabbilita, din id-dikjarazzjoni għandha tindika, b’mod ċar, l-elementi essenzjali kollha li tibbaża ruħha fuqhom il-Kummissjoni f’dan l-istadju tal-proċedura. Madankollu, din l-indikazzjoni tista’ ssir fil-qosor u d-deċiżjoni meħuda sussegwentement mill-Kummissjoni ma għandhiex neċessarjament tkun kopja tal-espożizzjoni tal-ilment, peress li din id-dikjarazzjoni tikkostitwixxi dokument preparatorju li jinkludi evalwazzjonijiet ta’ fatt u ta’ dritt ta’ natura purament provviżorja (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210325">25 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>Skovak Telekom vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑165/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:239">EU:C:2021:239</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0082">82</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li peress li l-klassifikazzjoni legali tal-fatti ritenuti fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, skont it-tifsira tagħha, tista’ tkun biss ta’ natura proviżorja, deċiżjoni ulterjuri tal-Kummissjoni ma tistax tiġi annullata għas-sempliċi raġuni li l-konklużjonijiet definittivi dderivati minn dawn il-fatti ma jikkorrispondux b’mod preċiż ma’ din il-klassifikazzjoni provviżorja. Fil-fatt, il-Kummissjoni għandha tisma’ lid-destinatarji tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u, jekk ikun il-każ, tieħu inkunsiderazzjoni l-osservazzjonijiet tagħhom magħmulin bi tweġiba għall-ilmenti ikkunsidrati billi tibdel l-analiżi tagħha preċiżament sabiex tirrispetta d-drittijiet tad-difiża tagħhom. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tingħata l-possibbiltà li tippreċiża l-imsemmija klassifikazzjoni fid-deċiżjoni finali tagħha, billi tieħu inkunsiderazzjoni elementi li jirriżultaw mill-proċedura amministrattiva, sabiex jew tabbanduna oġġezzjonijiet li jirriżultaw li huma infondati, jew sabiex tiżviluppa u tikkompleta kemm fid-dritt kif ukoll fil-fatt l-argument tagħha insostenn tal-oġġezzjonijiet li hija ssostni, madankollu bil-kundizzjoni li hija tirrileva biss fatti li dwarhom l-partijiet ikkonċernati kellhom il-possibbiltà li jispjegaw ruħhom u li tipprovdi, matul il-proċedura amministrattiva, l-elementi neċessarji għad-difiża tal-interessi tagħhom (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210325">25 ta’ Marzu 2021</DATE>, <NAME.CASE>Skovak Telekom vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑165/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:239">EU:C:2021:239</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0083">83</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="23"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129</NO.P><TXT>Issa, fil-punti 120 sa 130 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-ilment tal-appellanti li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża tagħhom meta stabbilixxiet l-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu abbażi ta’ kriterju essenzjali ġdid, jiġifieri dak ta’ rabta ta’ komplementarjetà bejn l-aġir allegat, mingħajr ma semmiet dan il-kriterju fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130</NO.P><TXT>Sabiex waslet għal din il-konklużjoni, il-Qorti Ġenerali fakkret il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, imfakkra fil-punt 107 ta’ din is-sentenza, li tipprovdi li ma huwiex neċessarju li jiġi vverifikat jekk l-aġir inkwistjoni għandux rabta ta’ komplementarjetà sabiex ikun jista’ jiġi kklassifikat, flimkien, bħala ksur uniku u kontinwu. Minn dan hija ddeduċiet, fil-punti 124 u 125 tas-sentenza appellata, li tali rabta ta’ komplementarjetà ma kinitx tikkostitwixxi element essenzjali, fis-sens tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 127 ta’ din is-sentenza, u li, għaldaqstant, il-Kummissjoni ma kinitx obbligata tanalizza din ir-rabta fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, b’dan il-mod, il-Qorti Ġenerali kkonformat ruħha mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u li ma tistax tiġi kkritikata li wettqet l-allegat żball ta’ liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tielet aggravju għandu jiġi miċħud bħala infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">D.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-raba’ aggravju</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ aggravju tagħhom, l-appellanti jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali bi ksur tal-forom essenzjali, nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward taċ-ċaħda tat-tieni motiv li huma qajmu fl-ewwel istanza, ibbażat fuq nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni sabiex tapplika l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE, kif ukoll fuq żbalji ta’ evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ ammissibbiltà tal-provi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0134"><NO.P>134</NO.P><TXT>Permezz ta’ dan it-tieni motiv, l-appellanti sostnew, essenzjalment, li l-Kummissjoni ma kinitx ipprovat il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>kompetenza interna<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> tagħha, minħabba li, fid-deċiżjoni kontenzjuża, hija ma kinitx uriet li l-aġir tagħhom kien affettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE, b’tali mod li hija ma kinitx kompetenti sabiex timponilhom multa skont din id-dispożizzjoni u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. Permezz tas-sentenza appellata, b’mod partikolari fil-punti 169, 173 u 177 tagħha, il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-imsemmi motiv billi kkunsidrat li l-Kummissjoni kienet ipprovat il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>kompetenza esterna<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> tagħha abbażi tal-kriterju tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>implimentazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, minħabba li DDO kienu nbiegħu fiż-ŻEE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0135"><NO.P>135</NO.P><TXT>Ir-raba’ aggravju huwa maqsum fi tliet partijiet.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel parti tar-raba’ aggravju</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0136"><NO.P>136</NO.P><TXT>L-ewwel parti tar-raba’ aggravju hija bbażata fuq motivazzjoni insuffiċjenti tas-sentenza appellata fir-rigward tat-tieni motiv imqajjem fl-ewwel istanza mill-appellanti, dwar nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni sabiex tapplika l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. Fir-rigward tal-ewwel parti ta’ dan it-tieni aggravju, dwar l-allegazzjoni ta’ assenza ta’ prova dwar l-effett tal-akkordju fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri, il-Qorti Ġenerali ma indirizzatx l-argumenti tal-appellanti u ffokat, sabiex tiċħadhom, fuq il-kriterju żbaljat ta’ kompetenza, jiġifieri dak tal-implimentazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="24"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0137"><NO.P>137</NO.P><TXT>Issa, il-kriterju tal-kompetenza esterna u l-kriterju tal-kompetenza interna ma jeskludux lil xulxin. Il-kriterju tal-kompetenza esterna huwa prerekwiżit għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE, meta l-aġir sanzjonabbli jseħħ barra mill-Unjoni jew miż-ŻEE. Madankollu, anki jekk dan il-kriterju jiġi ssodisfatt, ikun ukoll il-kompitu tal-Kummissjoni li tiddetermina jekk l-aġir inkwistjoni jistax jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0138"><NO.P>138</NO.P><TXT>L-appellanti sostnew fl-ewwel istanza li, fin-nuqqas ta’ provi suffiċjenti ta’ kummerċ ta’ DDO bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni ma kinitx stabbilixxiet li l-kummerċ bejn l-Istati Membri kien ġie affettwat, fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. Il-Qorti Ġenerali ma indirizzatx dawn l-argumenti u aċċettat motivi illoġiċi jew mhux sostanzjati sa fejn din injorat l-assenza ta’ prova prodotta mill-Kummissjoni u li hija kkonfondiet, fil-punt 174 tas-sentenza appellata, l-eżistenza ta’ bejgħ lil Dell u lil HP fiż-ŻEE b’dak ta’ eventwali bejgħ ta’ DDO fi ħdan iż-ŻEE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0139"><NO.P>139</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-ewwel parti tar-raba’ aggravju hija infondata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0140"><NO.P>140</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti tar-raba’ aggravju tagħhom, l-appellanti jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali b’nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-motiv tagħhom, invokat fl-ewwel istanza, dwar in-nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni. Din tal-aħħar ma indirizzatx l-argumenti tagħhom u ffokat, sabiex tiċħadhom, fuq il-kriterju żbaljat ta’ kompetenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0141"><NO.P>141</NO.P><TXT>Kif diġà tfakkar fil-punt 93 ta’ din is-sentenza, minn naħa, l-obbligu ta’ motivazzjoni ma jimponix madankollu fuq il-Qorti Ġenerali l-obbligu li tipprovdi rendikont li jsegwi, b’mod eżawrjenti u wieħed wieħed, kull raġunament artikolat mill-partijiet fil-kawża. Il‑motivazzjoni tista’ għalhekk tkun impliċita bil‑kundizzjoni li tkun tippermetti lill‑partijiet ikkonċernati li jkunu jafu r‑raġunijiet għalfejn il‑Qorti Ġenerali ma laqgħetx l‑argumenti tagħhom u lill‑Qorti tal‑Ġustizzja li jkollha elementi biżżejjed sabiex teżerċita l‑istħarriġ tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0142"><NO.P>142</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, skont ġurisprudenza stabbilita, sabiex tiġi ssodisfatta il-kundizzjoni li ftehim, fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE, għandu jkun jista’ jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, huwa neċessarju li dan il-ftehim jippermetti li jiġi previst b’livell ta’ probabbiltà suffiċjenti, abbażi ta’ numru ta’ punti ta’ liġi u ta’ fatt, li dan jista’ jeżerċita influwenza diretta jew indiretta, attwali jew potenzjali, fuq it-tendenzi tal-kummerċ bejn l-Istati Membri, u dan b’mod li jagħti x’jifhem li jista’ jostakola t-twettiq ta’ suq wieħed bejn l-Istati Membri. Barra minn dan, din l-influwenza ma għandhiex tkun mhux sinjifikattiva (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>ING Pensii</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑172/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:484">EU:C:2015:484</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0143"><NO.P>143</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, fil-punti 170 sa 172 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat b’mod partikolari li l-Kummissjoni kienet uriet, b’mod suffiċjenti fid-dritt, li d-destinatarji tad-deċiżjoni kontenzjuża kienu fornew DDO lill-klijenti tagħhom Dell u HP, li kienu stabbiliti f’diversi Stati Membri. Issa, anki jekk dawn l-elementi ġew ippreżentati fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-kriterju msejjaħ tal-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>implimentazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, l-appellanti kienu perfettament f’pożizzjoni li jifhmu li dawn kienu suffiċjenti sabiex juru li l-Kummissjoni kienet stabbilixxiet li l-kummerċ bejn l-Istati Membri seta’ jiġi affettwat, u dan iktar u iktar meta l-Qorti Ġenerali sussegwentement analizzat, fil-punti 179 sa 191 ta’ din is-sentenza, l-ilment tal-appellanti bbażat fuq assenza ta’ evalwazzjoni tan-natura sensittiva tal-effett tal-akkordju inkwistjoni fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Biċ-ċaħda ta’ dan l-ilment, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet espressament, fil-punt 187 tas-sentenza appellata, li l-Kummissjoni kienet issodisfat il-kriterju li<?PAGE NO="25"?> jipprovdi li l-kummerċ bejn l-Istati Membri għandu jkun jista’ jiġi affettwat, imsemmi fil-paragrafu 53 tal-Linji gwida li jirrigwardaw il-kunċett tal-effett fuq il-kummerċ li jinsab fl-Artikoli [101 u 102 TFUE] (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="101" PAGE.FIRST="81" DATE.PUB="2004">ĠU 2004, C 101, p. 81</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0144"><NO.P>144</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-motivazzjoni tal-Qorti Ġenerali, għalkemm impliċita, ippermettiet lill-appellanti jsiru jafu r-raġunijiet għalfejn hija ma laqgħetx l-ewwel parti tat-tieni motiv tar-rikors tagħhom fl-ewwel istanza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0145"><NO.P>145</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel parti tar-raba’ aggravju għandha tiġi miċħuda bħala infondata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni parti tar-raba’ aggravju</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0146"><NO.P>146</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tar-raba’ aggravju tagħhom, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li l-provi dwar il-kundizzjoni li abbażi tiegħu l-kummerċ bejn l-Istati Membri għandu jkun jista’ jiġi affettwat, invokati mill-Kummissjoni għall-ewwel darba fl-ewwel istanza, fir-risposta tagħha, kienu ammissibbli, minħabba, b’mod partikolari, li dawn l-elementi kienu ssemmew fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0147"><NO.P>147</NO.P><TXT>Fil-punt 176 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali qieset li l-provi invokati għall-ewwel darba mill-Kummissjoni fl-ewwel istanza, fir-risposta tagħha, insostenn tat-talbiet tagħha dwar l-imsemmija kundizzjoni kienu ammissibbli. Dawn l-elementi, skont il-Qorti Ġenerali, kellhom jissemmew fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0148"><NO.P>148</NO.P><TXT>L-ewwel, din tal-aħħar ma tikkostitwixxi l-ebda konklużjoni dwar il-kwistjoni tal-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. It-tieni, kuntrarjament għal dak li tafferma l-Qorti Ġenerali, ċerti dokumenti invokati fl-ewwel istanza mill-Kummissjoni ma humiex iċċitati, fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, insostenn tal-konklużjoni tagħha dwar il-kompetenza tagħha. Xi wħud minnhom ma jissemmewx. Oħrajn jissemmew biss fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, iżda mhux fid-deċiżjoni kontenzjuża, li jfisser li l-Kummissjoni ma tqishomx iktar bħala rilevanti. Oħrajn jissemmew fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u fid-deċiżjoni kontenzjuża, iżda mhux fl-argumentazzjoni mingħajr rabta mal-evalwazzjoni tal-kundizzjoni li l-kummerċ bejn l-Istati Membri għandu jkun jista’ jiġi affettwat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0149"><NO.P>149</NO.P><TXT>Issa, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li anki d-dokumenti li tagħhom impriża implikata tkun diġà taf bihom ma jistgħux jiġu validament iċċitati f’deċiżjoni, jekk dawn ma jkunux issemmew qabel u ġew eżaminati fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0150"><NO.P>150</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li t-tieni parti tar-raba’ aggravju hija infondata u, fi kwalunkwe każ, ineffettiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0151"><NO.P>151</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tar-raba’ aggravju tagħhom, l-appellanti jilmentaw li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punt 176 tas-sentenza appellata, li l-provi invokati mill-Kummissjoni fl-ewwel istanza, fir-risposta tagħha, insostenn tat-talbiet tagħha dwar il-kundizzjoni li l-kummerċ bejn l-Istati Membri għandu jkun jista’ jiġi affettwat kienu ammissibbli, minkejja li dawn il-provi kienu invokati għall-ewwel darba mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="26"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0152"><NO.P>152</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li mill-punt 170 tas-sentenza appellata jirriżulta li l-Qorti Ġenerali, abbażi tal-premessi 53, 270 u 464 sa 468 tad-deċiżjoni kontenzjuża, ikkonfermat l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni dwar din il-kundizzjoni. Issa, peress li l-provi invokati mill-Kummissjoni u msemmija mill-appellanti, huma dawk imsemmija mill-Qorti Ġenerali fil-punti 171 u 172 ta’ din is-sentenza, għandu jiġi kkonstatat li dawn huma ta’ natura superfluwa meta mqabbla mal-motivazzjoni esposta f’dan il-punt 170, u li, għaldaqstant, it-tieni parti tar-raba’ aggravju għandha titqies ineffettiva.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet parti tar-raba’ aggravju</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">a)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0153"><NO.P>153</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet parti tar-raba’ aggravju tagħhom, l-appellanti jsostnu li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>provi<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> invokati mill-Kummissjoni fl-ewwel istanza huma inammissibbli, irrilevanti u insuffiċjenti. Din it-tielet parti tirrigwarda l-argumenti mressqa mill-Kummissjoni u jkunu effettivi biss fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0154"><NO.P>154</NO.P><TXT>L-ewwel, il-provi li jikkonċernaw lil Dell, huma irrilevanti għall-motivi indikati fil-punt 46 tar-replika quddiem il-Qorti Ġenerali. It-tieni, il-fatt li HP kellha uffiċji tal-bejgħ fir-Renju Unit huwa irrilevanti għall-motivi indikati fil-punt 47 ta’ din ir-replika. It-tielet, il-provi ċċitati fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 74 u 75 tad-difiża quddiem il-Qorti Ġenerali jikkonfermaw sempliċement element mhux ikkontestat, jiġifieri li l-impriżi kkonċernati kienu jfornu lil Dell u lil HP fiż-ŻEE b’DDO li joriġinaw minn barra ż-ZEE. Ir-raba’ fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 25 tar-replika quddiem il-Qorti Ġenerali, il-Kummissjoni tikkwota silta differenti mid-dokument ID 1412/4, ikkwotata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 74 tad-difiża. Dan id-dokument huwa invokat fil-kontroreplika sabiex tiġi stabbilita konklużjoni li ma tidher la fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u lanqas fid-deċiżjoni kontenzjuża. Għaldaqstant, din il-konklużjoni ġdida insostenn tal-legalità tad-deċiżjoni kontenzjuża hija inammissibbli fl-istadju tar-rikors u għandu għalhekk jitqies l-imsemmi dokument ukoll bħala inammissibbli. Il-ħames, il-provi ċċitati fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 76 tar-risposta huma totalment irrilevanti. Dawn jirrigwardaw bejgħ f’segment differenti tas-suq li jikkonċerna klijenti oħra minbarra Dell u HP li jmorru lil hinn mill-kuntest tal-aġir inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0155"><NO.P>155</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-provi ċċitati għall-ewwel darba fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 26 tal-kontroreplika, il-Kummissjoni ħarġet mill-proċess dokument li, fil-fehma tagħha, jindika li ċerti fornituri ta’ DDO li jfornu lil HP kienu stabbiliti fiż-ŻEE, li juri l-eżistenza ta’ kummerċ fi ħdan iż-ŻEE. Dan id-dokument ma huwiex ammissibbli, b’mod partikolari peress li la huwa msemmi u lanqas ma huwa eżaminat fid-dikjarazzjoni ta’ l-oġġezzjonijiet jew fid-deċiżjoni kontenzjuża, sabiex jiġi pprovat effett fuq il-kummerċ fi ħdan iż-ŻEE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0156"><NO.P>156</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li t-tielet parti tar-raba’ aggravju ma hijiex fondata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">b)</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0157"><NO.P>157</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet parti tar-raba’ aggravju tagħhom, l-appellanti jsostnu li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>provi<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> invokati mill-Kummissjoni fl-ewwel istanza huma inammissibbli, irrilevanti u insuffiċjenti. Din it-tielet parti tirrigwarda l-argumenti mressqa mill-Kummissjoni u tkun effettiva biss fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="27"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0158"><NO.P>158</NO.P><TXT>Issa, huwa biżżejjed li jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, motiv invokat għall-ewwel darba fil-kuntest tal-appell quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli. Fil-kuntest ta’ appell, il-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja hija limitata għall-eżami tal-evalwazzjoni tal-Qorti Ġenerali tal-motivi indirizzati quddiemha. Issa, li parti tiġi awtorizzata tinvoka f’dan il-kuntest motiv li ma kinitx invokat quddiem il-Qorti Ġenerali jfisser li din il-parti tkun qed titħalla tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li l-kompetenza tagħha f’appell hija limitata, kawża iktar wiesgħa minn dik li kienet tressqet quddiem il-Qorti Ġenerali (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140710">10 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>Telefónica u Telefónica de España vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑295/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2062">EU:C:2014:2062</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0099">99</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0159"><NO.P>159</NO.P><TXT>Għalhekk, it-tielet parti tar-raba’ motiv għandha tiġi miċħuda bħala inammissibbli. Għaldaqstant, dan l-aggravju għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu bħala parzjalment inammissibbli, parzjalment ineffettiv, u parzjalment infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq l-annullament tas-sentenza appellata</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0160"><NO.P>160</NO.P><TXT>Mill-punti 76 sa 100 ta’ din is-sentenza jirriżulta li, billi ddeċidiet li l-Kummissjoni ma kinitx kisret id-drittijiet tad-difiża tal-appellanti u li hija kienet issodisfat l-obbligu tagħha li timmotiva d-deċiżjoni kkontestata billi kkunsidrat li l-appellanti kienu, minbarra l-parteċipazzjoni tagħhom fi ksur uniku u kontinwu, ukoll ipparteċipaw f’diversi ksur distinti, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0161"><NO.P>161</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-sentenza appellata għandha tiġi annullata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VII.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Fuq ir-rikors quddiem il-Qorti Ġenerali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0162"><NO.P>162</NO.P><TXT>Konformement mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, meta l-appell ikun fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali. F’dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ hija stess taqta’ l-kawża definittivament meta din tkun fi stat li tiġi deċiża jew tista’ tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tal-aħħar tiddeċiedi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0163"><NO.P>163</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hemm lok li tiddeċiedi definittivament il-kawża, li hija fi stat li tiġi deċiża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0164"><NO.P>164</NO.P><TXT>Kif jirriżulta mill-punt 34 ta’ din is-sentenza, l-appellanti qajmu disa’ motivi quddiem il-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0165"><NO.P>165</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel motiv tar-rikors tagħhom quddiem il-Qorti Ġenerali, l-appellanti jsostnu li, billi affermat għall-ewwel darba fid-deċiżjoni kontenzjuża li huma kienu pparteċipaw f’diversi ksur distinti li jikkostitwixxu l-ksur uniku u kontinwu li ġie imputat lilhom, mingħajr ma allegat dan matul il-proċedura amministrattiva, il-Kummissjoni kisret id-drittijiet tad-difiża tagħhom. Din id-deċiżjoni hija wkoll ivvizzjata minn nuqqas ta’ motivazzjoni, minħabba li l-Kummissjoni ma indikatx ir-raġunijiet għalfejn hija kkunsidrat li l-appellanti kienu pparteċipaw f’dawn il-ksur distinti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0166"><NO.P>166</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ilment dwar ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, għandu jiġi kkunsidrat li, għar-raġunijiet imsemmija fil-punti 91 sa 99 ta’ din is-sentenza, il-Kummissjoni ma mmotivatx id-deċiżjoni tagħha dwar il-parteċipazzjoni tal-appellanti fl-imsemmi ksur distinti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="28"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0167"><NO.P>167</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel rikors imqajjem mill-appellanti insostenn tar-rikors tagħhom għandu jintlaqa’ sa fejn jilmenta li l-Kummissjoni ma mmotivatx suffiċjentement id-deċiżjoni kontenzjuża fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-appellanti f’dawn l-istess ksur distinti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0168"><NO.P>168</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, fid-dawl ta’ dak li ġie ppreċiżat fil-punti 68 sa 71 ta’ din is-sentenza, u mingħajr ma huwa neċessarju li jiġu eżaminati l-argumenti l-oħra mqajma fil-kuntest ta’ dan l-ewwel motiv, l-Artikolu 1(e) ta’ din id-deċiżjoni għandu jiġi annullat sa fejn jikkonstata li l-appellanti kisru l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE billi pparteċipaw f’diversi ksur distinti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0169"><NO.P>169</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni motiv tar-rikors tagħhom quddiem il-Qorti Ġenerali, l-appellanti jsostnu li l-Kummissjoni ma hijiex kompetenti sabiex tapplika l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. Huma jsostnu, essenzjalment, li l-Kummissjoni ma tipprovax, fid-deċiżjoni kontenzjuża, li l-kummerċ bejn l-Istati Membri kien affettwat mill-aġir ikkritikat lilhom u li, konsegwentement, hija ma hijiex kompetenti sabiex timponilhom multa skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. Il-Qorti tal-Ġustizzja adottat il-motivazzjoni li tinsab fil-punti 165 sa 177 u 181 sa 190 tas-sentenza appellata. Għalhekk, għar-raġunijiet esposti f’dawn il-punti, dan it-tieni motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0170"><NO.P>170</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet motiv tar-rikors tagħhom quddiem il-Qorti Ġenerali, l-appellanti jikkontestaw li l-ksur allegat seħħ fiż-ŻEE kollha, kuntrarjament għal dak li ġie indikat fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kontenzjuża. Huma jsostnu li l-bejgħ ta’ DDO mill-parteċipanti fl-akkordju kien limitat għal Dell u għal HP, li huma stabbiliti rispettivament fil-Pajjiżi l-Baxxi u fil-Ġermanja. Huma jsostnu li l-post fejn il-klijenti jixtru l-prodotti kkonċernati huwa determinanti sabiex jiġi vverifikat jekk twettaqx ksur. Il-Qorti tal-Ġustizzja adottat il-motivazzjoni li tinsab fil-punti 194 sa 199 tas-sentenza appellata. Għalhekk għar-raġunijiet esposti f’dawn il-punti, dan it-tielet motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0171"><NO.P>171</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ motiv tagħhom quddiem il-Qorti Ġenerali, l-appellanti jikkontestaw il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-eżistenza ta’ ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. Fil-kuntest tal-ewwel parti, huma jsostnu li l-prova ta’ rabta ta’ komplementarjetà bejn l-aġir antikompetittiv individwali differenti huwa l-kriterju essenzjali sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ tali ksur u li, fid-deċiżjoni kontenzjuża, il-Kummissjoni ma rnexxilhiex tipprova b’mod suffiċjenti fid-dritt din ir-rabta. Fil-kuntest tat-tieni parti, l-appellanti jikkontestaw il-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-aġir marbut ma’ Dell u ma’ HP ta lok għal ksur uniku. L-ewwel, huma jsostnu li l-aġir relatat ma’ Dell u ma’ HP ma kellux għan antikompetittiv wieħed, peress li dawn tal-aħħar huma żewġ klijenti distinti. It-tieni, huma jirrilevaw li l-aġir marbut ma’ Dell ma kienx komplementari għal dak relatat ma’ HP, peress li ma kienx hemm interazzjoni bejn it-tnejn. It-tielet, huma jqisu li x-xebh elenkat f’din id-deċiżjoni relatat mal-prodotti, mal-modus operatorju, mal-kontenut u mal-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku ma huwiex biżżejjed sabiex juri l-eżistenza ta’ tali rabta. Ir-raba’ nett, huma jsostnu li l-aġir relatat ma’ Dell u ma’ HP dwar it-tul, il-parteċipanti, il-klijenti, il-persuni fiżiċi involuti u ż-żoni ġeografiċi kienu sostanzjalment differenti, kuntrarjament għal dak li ġie indikat fl-imsemmija deċiżjoni. Il-ħames, l-appellanti jsostnu li l-provi prodotti fl-istess deċiżjoni huma insuffiċjenti u ma humiex rilevanti sabiex tintwera’ komplementarjetà tal-aġir inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0172"><NO.P>172</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel parti tar-raba’ motiv, il-Qorti tal-Ġustizzja tadotta l-motivazzjoni li tinsab fil-punti 204 sa 216 tas-sentenza appellata, moqrija fid-dawl tal-punti 107 sa 110 u 116 sa 120 ta’ din is-sentenza. Għalhekk, għar-raġunijiet esposti f’dawn il-punti, l-ewwel parti ta’ dan il-motiv għandha tiġi miċħuda. Fir-rigward tat-tieni parti tal-imsemmi motiv, il-Qorti tal-Ġustizzja adottat<?PAGE NO="29"?> il-motivazzjoni li tinsab fil-punti 220 sa 240 tas-sentenza appellata. Għalhekk, għar-raġunijiet esposti f’dawn l-aħħar punti, it-tieni parti tal-istess motiv għandha tiġi miċħuda. Għaldaqstant, ir-raba’ motiv għandu jiġi miċħud kollu kemm hu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0173"><NO.P>173</NO.P><TXT>Permezz tal-ħames motiv tar-rikors tagħhom quddiem il-Qorti Ġenerali, l-appellanti jsostnu li l-Kummissjoni ma wrietx suffiċjentement skont il-liġi li huma jafu jew li kellhom ikunu jafu bil-ksur uniku u kontinwu kollu kkonstatat fid-deċiżjoni kontenzjuża kif ukoll l-involviment tal-parteċipanti l-oħra kollha. Konsegwentement, skont l-appellanti, il-Kummissjoni ma tistax timputalhom il-parteċipazzjoni f’dan il-ksur, peress li din id-deċiżjoni għandha tiġi annullata kollha kemm hi sa fejn tikkonċernahom. Il-Qorti tal-Ġustizzja adottat il-motivazzjoni li tinsab fil-punti 246 sa 277, 280 sa 345 u 349 sa 358 tas-sentenza appellata. Għalhekk, għar-raġunijiet esposti f’dawn il-punti, dan il-ħames aggravju għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0174"><NO.P>174</NO.P><TXT>Permezz tas-sitt motiv tar-rikors tagħhom quddiem il-Qorti Ġenerali, l-appellanti jsostnu li l-Kummissjoni ma wrietx b’mod suffiċjenti fid-dritt l-għarfien tagħhom tal-elementi kollha li jikkostitwixxu l-akkordju allegat u lanqas l-għarfien tagħhom tal-aġir tal-parteċipanti l-oħra f’dan l-akkordju mit-<DATE ISO="20040623">23 ta’ Ġunju 2004</DATE>. Huma josservaw, f’dan ir-rigward, li huma seta’ kellhom għarfien tal-għan uniku tal-imsemmi akkordju unikament mill‑<DATE ISO="20060620">20 ta’ Ġunju 2006</DATE>, minn liema data r-responsabbiltà tal-kuntatti relatati ma’ HP ġiet attribwita lilhom, u li, konsegwentement, id-deċiżjoni kontenzjuża għandha tiġi annullata fl-intier tagħha. Il-Qorti tal-Ġustizzja adottat il-motivazzjoni li tinsab fil-punti 362 sa 373 tas-sentenza appellata. Għalhekk, għar-raġunijiet esposti f’dawn il-punti, dan is-sitt motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0175"><NO.P>175</NO.P><TXT>Permezz tas-seba’ motiv tagħhom quddiem il-Qorti Ġenerali, l-appellanti jsostnu, qabelxejn, li l-Kummissjoni ma pprovatx b’mod suffiċjenti fid-dritt li l-kuntatti bilaterali li, minħabba fihom, ġew allegatament involuti fil-ksur uniku u kontinwu kkonstatat kienu jikkostitwixxu ftehimiet illegali, fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE. Huma jsostnu, sussegwentement, li l-Kummissjoni ma pprovatx suffiċjentement skont il-liġi l-eżistenza ta’ kwalunkwe qbil ta’ intenzjonijiet antikompetittivi fir-rigward ta’ kull wieħed mit-tmien kuntatti bilaterali allegati. Barra minn hekk, huma jikkontestaw il-fatt li l-Kummissjoni bbażat ruħha fuq dikjarazzjonijiet tal-impriżi li jitolbu l-klemenza tagħha billi kkontestat il-valur probatorju ta’ dawn id-dikjarazzjonijiet kif ukoll il-provi kontemporanji tal-fatti, b’mod partikolari r-reġistri tal-konverżazzjonijiet telefoniċi. Fl-aħħar nett, huma jqisu li dawn il-kuntatti jinkludu sempliċi skambji ta’ informazzjoni u li, konsegwentement, il-multa imposta fuqhom għandha titnaqqas. Din il-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-aġir tagħhom, fil-fehma tagħhom, tista’ twassal għal azzjoni għad-danni sussegwenti. Il-Qorti tal-Ġustizzja adottat il-motivazzjoni li tinsab fil-punti 377 sa 463 tas-sentenza appellata. Għalhekk, għar-raġunijiet esposti f’dawn il-punti, dan is-seba’ motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0176"><NO.P>176</NO.P><TXT>Permezz tat-tmien motiv tar-rikors tagħhom quddiem il-Qorti Ġenerali, l-appellanti jsostnu li t-tul tal-investigazzjoni kien eċċessiv fid-dawl tal-volum tal-proċess, tan-numru ta’ partijiet involuti, tal-involviment biss ta’ żewġ klijenti, tat-tul relattivament qasir tal-ksur uniku u kontinwu allegat mill-Kummissjoni u tal-assenza ta’ kull ċirkustanza eċċezzjonali ta’ natura li tiġġustifika investigazzjoni twila. Huma jqisu li l-konstatazzjoni ta’ dan it-tul eċċessiv għandu jagħti lok għal tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta, tal-inqas b’5 %. Il-Qorti tal-Ġustizzja adottat il-motivazzjoni li tinsab fil-punti 467 sa 472 tas-sentenza appellata. Għalhekk, għar-raġunijiet esposti f’dawn il-punti, dan it-tmien motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0177"><NO.P>177</NO.P><TXT>Permezz tad-disa’ motiv tagħhom quddiem il-Qorti Ġenerali, l-appellanti jsostnu li l-Kummissjoni ddeterminat b’mod żbaljat l-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqhom. Dan il-motiv jinqasam fi tliet partijiet, ibbażati, l-ewwel, fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma ħaditx<?PAGE NO="30"?> inkunsiderazzjoni l-fatt li r-rikorrenti huma impriżi monoprodott, it-tieni, li hija ma ħaditx inkunsiderazzjoni ċirkustanzi oħra li jillimitaw il-gravità tal-aġir individwali ta’ TSST KR u, it-tielet, li hija ma evalwatx korrettament iċ-ċirkustanzi partikolari tal-ksur inkwistjoni għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-koeffiċjent ta’ gravità ġenerali. Il-Qorti tal-Ġustizzja adottat il-motivazzjoni li tinsab fil-punti 477 sa 485, 489 sa 497 u 501 sa 507 tas-sentenza appellata. Għalhekk, għar-raġunijiet esposti f’dawn il-punti, dan id-disa’ motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0178"><NO.P>178</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ammont tal-multa msemmi fl-Artikolu 2(e) tad-deċiżjoni kontenzjuża, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li ebda wieħed mill-elementi invokati mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ din il-kawża, u lanqas ebda motiv ta’ ordni pubbliku, ma jiġġustifika li hija tuża, skont l-Artikolu 261 TFUE u l-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003, il-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha sabiex tnaqqas dan l-ammont.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0179"><NO.P>179</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, hemm lok li jiġi annullat l-Artikolu 1(e) tad-deċiżjoni kontenzjuża, sa fejn jikkonstata li l-appellanti kisru l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE billi pparteċipaw f’diversi ksur distinti, u l-kumplament tar-rikors għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0180"><NO.P>180</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-appell ikun fondat u l-Qorti tal-Ġustizzja taqta’ l-kawża definittivament hija stess, hija għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0181"><NO.P>181</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tal-istess Regoli, applikabbli għall-proċedura ta’ appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) ta’ dawn ir-Regoli, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. L-Artikolu 138(3), tal-imsemmi regolament jippreċiża li jekk il-partijiet jitilfu kap wieħed jew iktar, kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha. Madankollu, jekk fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-kawża jkun jidher ġustifikat, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi li waħda mill-partijiet għandha, minbarra l-ispejjeż tagħha, tbati parti mill-ispejjeż tal-parti l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0182"><NO.P>182</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-appellanti talbu li l-Kummissjoni tiġi kkundannata għall-ispejjeż kollha relatati mal-proċeduri fl-ewwel istanza u fl-appell u din tilfet fl-aggravji tagħha fil-kuntest ta’ dan l-appell kif ukoll, parzjalment, fl-ewwel istanza. L-appellanti tilfu parzjalment fl-ewwel istanza. Fid-dawl ta’ dan, il-Qorti tal-Ġustizzja tqis, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ, li hemm lok li l-Kummissjoni tiġi kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha relatati kemm mal-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll ma’ dik fl-appell, it-totalità tal-ispejjeż li l-appellanti sostnew fil-kuntest ta’ dan l-appell kif ukoll nofs l-ispejjeż li huma sostnew fl-ewwel istanza. Ir-rikorrenti għandhom ibatu nofs l-ispejjeż tagħhom relatati mal-proċedura fl-ewwel istanza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190712">12 ta’ Lulju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Toshiba Samsung Storage Technology u Toshiba Samsung Storage Technology Korea vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑8/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:522">EU:T:2019:522</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), hija annullata.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 1(e) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 7135 finali tal‑<DATE ISO="20151021">21 ta’ Ottubru 2015</DATE> li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (Każ AT.39639 – Disk Drives Ottiċi) hija annullata sa fejn din tikkonstata li Toshiba Samsung Storage Technology Corp. u Toshiba Samsung<?PAGE NO="31"?> Storage Technology Korea Corp. kisru l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat‑<DATE ISO="19920502">2 ta’ Mejju 1992</DATE>, billi pparteċipaw, mit‑<DATE ISO="20040623">23 ta’ Ġunju 2004</DATE> sas‑<DATE ISO="20081117">17 ta’ Novembru 2008</DATE>, f’diversi ksur distinti.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha relatati kemm mal-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll ma’ dik fl-appell, it-totalità tal-ispejjeż li Toshiba Samsung Storage Technology Corp. u Toshiba Samsung Storage Technology Korea Corp. sostnew fil-kuntest ta’ dan l-appell, kif ukoll nofs l-ispejjeż li huma sostnew fl-ewwel istanza.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">5)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Toshiba Samsung Storage Technology Corp. u Toshiba Samsung Storage Technology Korea Corp. għandhom ibatu nofs l-ispejjeż tagħhom relatati mal-proċedura fl-ewwel istanza.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>