1.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

141


POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2006/755/PESK

tas-7 ta’ Novembru 2006

dwar l-akkoljenza temporanja mill-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea ta' ċerti Palestinjani

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-14 ta' Novembru 2005, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2005/793/PESK (1) dwar l-akkoljenza temporanja mill-Istati Membri ta' l-Unjoni Ewropea ta' ċerti Palestinjani, li provdiet għal estensjoni tal-validità tal-permessi nazzjonali tagħhom għad-dħul u l-waqfa fit-territorju ta' l-Istati Membri msemmija fil-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK (2) għal perijodu ulterjuri ta' 12-il xahar.

(2)

Abbażi ta' evalwazzjoni ta' l-applikazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK, il-Kunsill iqis li jkun xieraq li l-validità ta' dawk il-permessi għandha tiġi estiża għal perijodu ulterjuri ta' 12-il xahar,

ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:

Artikolu 1

L-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 2 tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK għandhom jestendu l-validità tal-permessi nazzjonali għad-dħul u l-waqfa mogħtija skond l-Artikolu 3 ta' dik il-Pożizzjoni Komuni għal perijodu ulterjuri ta' 12-il xahar.

Artikolu 2

Il-Kunsill għandu jevalwa l-applikazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2002/400/PESK fi żmien 6 xhur mill-adozzjoni ta' din il-Pożizzjoni Komuni.

Artikolu 3

Din il-Pożizzjoni Komuni għandu jkollha effett mill-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Novembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

E. HEINÄLUOMA


(1)   ĠU L 299, 16.11.2005, p. 80.

(2)   ĠU L 138, 28.5.2002, p. 33. Pożizzjoni Komuni kif emendata l-aħħar bil-Pożizzjoni Komuni 2004/493/PESK (ĠU L 181, 18.5.2004, p. 24).