02011R1068 — MT — 23.06.2017 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1068/2011 tal-21 ta’ Ottubru 2011 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni enżimatika ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Aspergillus niger (CBS 109.713) u endo-1,4-beta-glukanażi prodotta minn Aspergillus niger (DSM 18404) bħala addittiv fl-għalf għal tiġieġ mrobbija għall-bajd, dundjani għal skopijiet ta’ tgħammir, dundjani mrobbija għat-tgħammir, speċijiet minuri ta’ tjur oħrajn (għajr il-papri għas-simna) u għasafar ornamentali (detentur tal-awtorizzazzjoni BASF SE) (ĠU L 277 22.10.2011, p. 11) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/950 tat-2 ta' Ġunju 2017 |
L 143 |
5 |
3.6.2017 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1068/2011
tal-21 ta’ Ottubru 2011
dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparazzjoni enżimatika ta’ endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Aspergillus niger (CBS 109.713) u endo-1,4-beta-glukanażi prodotta minn Aspergillus niger (DSM 18404) bħala addittiv fl-għalf għal tiġieġ mrobbija għall-bajd, dundjani għal skopijiet ta’ tgħammir, dundjani mrobbija għat-tgħammir, speċijiet minuri ta’ tjur oħrajn (għajr il-papri għas-simna) u għasafar ornamentali (detentur tal-awtorizzazzjoni BASF SE)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jtejbu d-diġestibilità”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS
|
Numru ta' identifikazz-joni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjo-ni |
|
Unitajiet ta' attività/kg tal-għalf komplet b'kontenut ta' ndewwa ta' 12 % |
|||||||||
|
Kategorija tal-addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibilità |
|||||||||
|
4a7 |
BASF SE |
Endo-1,4-beta-ksilanażi (KE 3.2.1.8) Endo-1,4-beta-glukanażi (KE 3.2.1.4) |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparazzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Aspergillus niger (CBS 109.713) u endo-1,4-beta-glukanażi prodotta minn Aspergillus niger (DSM 18404) b'attività minima ta': Forma likwida: 5 600 TXU u 2 500 TGU/g Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva endo-1,4-beta-ksilanażi prodotta minn Aspergillus niger (CBS 109.713) u endo-1,4-beta-glukanażi prodotta minn Aspergillus niger (DSM 18404) Metodu analitiku (3) Għall-kwantifikazzjoni ta' attività endo-1,4-beta-ksilanażi: il-metodu viskosimetriku bbażat fuq tnaqqis ta' viskożità prodott b'azzjoni ta' endo-1,4-beta-ksilanażi fuq is-substrat li fih il-ksilan (l-arabinoksilan tal-qamħ) b'pH 3,5 u 55 °C. Għall-kwantifikazzjoni ta' attività endo-1,4-beta-glukanażi: il-metodu viskosimetriku bbażat fuq tnaqqis ta' viskożità prodott b'azzjoni ta' endo-1,4-beta-glukanażi fuq is-substrat li fih il-glukan (il-betaglukan tax-xgħir) b'pH 3,5 u 40 °C. |
Speċijiet minuri ta' tjur għas-simna (għajr il-papri għas-simna) u għasafar ornamentali |
— |
280 TXU 125 TXU |
— |
1. Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħażna u l-istabbiltà matul il-proċess tat-tisħin. 2. Dożi rakkomandati għal kull kilogramma tal-għalf komplet: — speċijiet minuri ta' tjur għas-simna (għajr il-papri) u għasafar ornamentali: 280-840 TXU/125- 375 TGU; — tiġieġ imrobbija għall-bajd, u l-ispeċijiet minuri ta' tjur għall-bajd: 280-840 TXU/125- 375 TGU; — dundjani għal skopijiet ta' tgħammir, dundjani mrobbija għat-tgħammir: 560-840 TXU/250-375 TGU; 3. Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi sabiex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tiegħu. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa kemm jista' jkun permezz ta' proċeduri u miżuri bħal dawn, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b'tagħmir ta' protezzjoni personali, inkluż protezzjoni għan-nifs u protezzjoni għall-ġilda. |
11.11.2021 |
|
Tiġieġ imrobbija għall-bajd, u l-ispeċijiet minuri ta' tjur għall-bajd: |
280 TXU 125 TXU |
||||||||
|
Dundjani għal skopijiet ta' tgħammir, dundjani mrobbija għat-tgħammir: |
560 TXU 250 TXU |
||||||||
|
(1) 1 TXU huwa l-ammont ta' enżima li jillibera 5 mikromoli ta' zokkor riduċenti (ekwivalenti ta' ksilożju) mill-arabinoksilan tal-qamħ fil-minuta b'pH 3,5 u 55 °C. (2) 1 TGU huwa l-ammont ta' enżimi li jillibera 1 mikromolu ta' zokkor riduċenti (ekwivalenti tal-glukożju) minn ß-glukan tax-xgħir fil-minuta b'pH 3,5 u 40 °C. (3) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports |
|||||||||