European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/916

16.5.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/916

tal-15 ta’ Mejju 2025

li jopera tnaqqis mill-isforz tas-sajd disponibbli għall-Italja fl-2025 minħabba sajd eċċessiv fis-sena preċedenti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 106(1) u (2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-isforzi tas-sajd għas-snin 2024 u 2025 ġew stabbiliti, rispettivament, bir-Regolamenti tal-Kunsill (UE) 2024/259 (2) u (UE) 2025/219 (3).

(2)

Skont l-Artikolu 106(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, meta l-Kummissjoni tkun stabbiliet li Stat Membru jkun qabeż l-isforz tas-sajd li ġie allokat lilu, il-Kummissjoni trid topera tnaqqis mill-isforz tas-sajd futur li jiġi allokat lil dak l-Istat Membru.

(3)

L-Artikolu 106(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 jipprevedi li dan it-tnaqqis irid isir fis-sena jew fis-snin ta’ wara billi jiġi applikat fattur ta’ multiplikazzjoni stipulat fih.

(4)

L-Italja qabżet l-isforz tas-sajd massimu permissibbli għall-bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ b’tul tat-Tip 10 li jistadu għall-merluzz fis-subżoni ġeografiċi 12, 13, 14, 15 u 16 (EFF4/MED4_OTB2) tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran (GFCM, General Fisheries Commission for the Mediterranean) allokat lilha għas-sena 2024.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li jitnaqqas l-isforz tas-sajd allokat lill-Italja fl-2025 minħabba l-isforz tas-sajd mistad b’mod eċċessiv fiż-żoni tas-sajd u fis-sajd ikkonċernati.

(6)

Xorta jistgħu jsiru aktar aġġornamenti jew korrezzjonijiet wara d-detezzjoni, għall-eżerċizzji attwali jew preċedenti tat-tnaqqis, ta’ erruri, ta’ ommissjonijiet jew ta’ rappurtar ħażin fid-data dwar l-użu tal-isforz tas-sajd iddikjarata skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-isforz tas-sajd stabbilit għas-sena 2025 fir-Regolament (UE) 2025/219 għandhom jitnaqqsu kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Mejju 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1224/oj.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/259 tal-10 ta’ Jannar 2024 li jistabbilixxi għall-2024 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed (ĠU L, 2024/259, 11.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/259/oj).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2025/219 tat-30 ta’ Jannar 2025 dwar l-iffissar tal-opportunitajiet tas-sajd għall-2025 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u għal ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut applikabbli fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed (ĠU L 2025/219, 4.2.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2025/219/oj).


ANNESS

TNAQQIS MILL-ISFORZ TAS-SAJD GĦAS-SENA 2025 GĦALL-ISTOKK MISTAD B’MOD EĊĊESSIV

Stat Membru

Kodiċi tal-grupp ta’ sforz tas-sajd

Grupp ta’ stokkijiet

Tul tal-bastiment

Tip ta’ bastiment

Sforz tas-sajd inizjalment allokat għall-2024 (f’jiem ta’ sajd)

Sforz tas-sajd adattat għall-2024 (1)

(f’jiem ta’ sajd)

Total ta’ sforz tas-sajd użat fl-2024

(f’jiem ta’ sajd)

Sforz reali fl-2024 (f’%)

Sajd eċċessiv relatat mal-isforz tas-sajd adattat fl-2024

(f’jiem ta’ sajd)

Fattur ta’ multiplikazzjoni (2)

Tnaqqis li għandu jiġi applikat fl-allokazzjoni tal-isforz tas-sajd għall-2025

(f’jiem ta’ sajd)

ITA

EFF4/MED4_OTB2

Il-merluzz fis-subżoni ġeografiċi 12, 13, 14, 15 u 16 tal-GFCM

T-10

Bastimenti tat-tkarkir tal-qiegħ

188

188

206

109,57  %

18

1,0

18


(1)  L-isforz disponibbli għal Stat Membru skont ir-Regolament rilevanti dwar l-opportunitajiet tas-sajd wara li jitqies it-trasferiment possibbli tal-opportunitajiet tas-sajd, l-iskambji tal-opportunitajiet tas-sajd f’konformità mal-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1380/oj), kif ukoll it-tnaqqis tal-opportunitajiet tas-sajd f’konformità mal-Artikolu 106 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

(2)  Kif stipulat fl-Artikolu 106(2) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/916/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)