|
28.11.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 343/35 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-26 ta' Novembru 2014
li temenda d-Deċiżjoni 2005/817/KE, Euratom li tawtorizza lir-Repubblika tal-Latvja li tuża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tal-VAT tar-riżorsi proprji
(notifikata bid-dokument C(2014) 8926)
(It-test bil-Latvjan biss huwa awtentiku)
(2014/845/UE, Euratom)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta' Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta' riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa tal-valur miżjud (1), u b'mod partikulari it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(3) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv dwar ir-Riżorsi Proprji,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 384 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (2), il-Latvja tista', skont il-kundizzjonijiet li japplikaw f'dak l-Istat Membru fid-data tal-adeżjoni tiegħu, tkompli teżenta t-tranżazzjonijiet kif imsemmi fil-punti 2 u 10 tal-Anness X, il-Parti B ta' dik id-Direttiva, sakemm l-istess eżenzjoni tibqa' tiġi applikata f'xi wieħed mill-Istati Membri li kienu membri tal-Komunità fit-30 ta' April 2004; dawk it-tranżazzjonijiet iridu jiġu kkunsidrati biex tkun determinata l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT. |
|
(2) |
Fir-risposta tagħha tat-30 ta' April 2014 għall-ittra tal-14 ta' Frar 2014 tal-Kummissjoni dwar is-simplifikazzjoni ta' spezzjonijiet tar-riżorsi proprji tal-VAT (3), il-Latvja talbet awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni biex tuża perċentwali fissa tal-bażi intermedja għall-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT għat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt 2 u 10 tal-Anness X, il-Parti B tad-Direttiva 2006/112/KE għas-snin finanzjarji 2014 sa 2020. Il-Latvja wriet li l-perċentwali storika baqgħet stabbli maż-żmien. Il-Latvja għandha għalhekk tingħata awtorizzazzjoni biex tikkalkula l-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT billi tuża perċentwali fissa skont l-ittra mibgħuta mill-Kummissjoni. |
|
(3) |
Għall-finijiet ta' trasparenza u ċertezza ġuridika, hu xieraq li jkun hemm limitu ta' żmien għall-applikabilità tal-awtorizzazzjoni. |
|
(4) |
Huwa għalhekk xieraq li tkun emendata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/817/KE, Euratom (4) kif meħtieġ, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fid-Deċiżjoni 2005/817/KE, Euratom jiddaħħlu l-Artikoli 1a u 1b li ġejjin:
“Artikolu 1a
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 1(1) ta' din id-Deċiżjoni, għall-fini tal-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020, il-Latvja hija awtorizzata li tuża 0,04 % tal-bażi intermedja fir-rigward tat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt 2 tal-Anness X, il-Parti B, (professjonijiet liberi) tad-Direttiva 2006/112/KE (*1).
Artikolu 1b
Permezz ta' deroga mill-Artikolu 1(2) ta' din id-Deċiżjoni, għall-fini tal-kalkolu tal-bażi tar-riżorsi proprji tal-VAT mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020, il-Latvja hija awtorizzata li tuża 0,30 % tal-bażi intermedja fir-rigward tat-tranżazzjonijiet imsemmija fil-punt 10 tal-Anness X, il-Parti B, (trasport tal-passiġġieri) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE.
(*1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).” "
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Latvja.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Novembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Kristalina GEORGIEVA
Viċi President
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
(3) Ares(2014)371249.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/817/KE, Euratom tal-21 ta' Novembru 2005 li tawtorizza lir-Repubblika tal-Latvja li tuża ċerti estimi approssimattivi għall-kalkolu tal-bażi tal-VAT tar-riżorsi proprji (ĠU L 305, 24.11.2005, p. 38).