|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1009 |
27.5.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1009
tas-26 ta’ Mejju 2025
dwar l-approvazzjoni ta’ emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-ispeċjalità tradizzjonali garantita “Berthoud”
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ April 2024 dwar indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, kif ukoll l-ispeċjalitajiet tradizzjonali garantiti u t-termini tal-kwalità mhux obbligatorji għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2019/787 u (UE) 2019/1753 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 64(2) flimkien mal-Artikolu 66(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 59(4) tar-Regolament (UE) 2024/1143, flimkien mal-Artikolu 66(2) ta’ dak ir-Regolament, l-applikazzjoni ta’ Franza għall-approvazzjoni ta’ emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tal-ispeċjalità tradizzjonali garantita “Berthoud”, ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) 2024/1143. |
|
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li l-emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott tiġi approvata, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-ispeċjalità tradizzjonali garantita “Berthoud” (STG) hija b’dan approvata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Mejju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L, 2024/1143, 23.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1143/oj.
(2) ĠU C, C/2025/483, 23.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/483/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1009/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)