20.10.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 355/209


P8_TA(2015)0386

Aġenzija tal-UE għat-Taħriġ dwar l-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Ottubru 2015 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-taħriġ fl-infurzar tal-liġi (Cepol), li jħassar u jissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI (COM(2014)0465 – C8-0110/2014 – 2014/0217(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2017/C 355/28)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0465),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 87(2)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0110/2014),

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-29 ta' Ġunju 2015 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0048/2015),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi analiżi tal-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-aġenziji tal-Unjoni Ewropea u dwar fejn tali kooperazzjoni tkun tista’ toħloq sinerġiji fil-futur;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


P8_TC1-COD(2014)0217

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-29 ta' Ottubru 2015 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2015/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel mal-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) 2015/2219.)