31989D0195



Official Journal L 073 , 17/03/1989 P. 0049 - 0051


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-13 ta’ Marzu 1989

rigward il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-għamla ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tat-Tunisija dwar l-importazzjoni fil-Komunità tal-inslata tal-frott preservat li toriġina fit-Tunisija

(89/195/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment Artikolu 113 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkommandazzjoni mill-Kummissjoni,

Billi l-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tat-Tunisija [1] kien ġie ffirmat fil-25 ta’ April 1976 u daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 1978;

Billi l-Ftehim fil-għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tat-Tunisija dwar l-importazzjoni fil-Komunità tal-inslata tal-frott preservat li toriġina fit-Tunisija għandu jkun approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim fil-għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika tat-Tunisija dwar l-importazzjoni fil-Komunità tal-inslata tal-frott preservat li toriġina fit-Tunisija huwa hawnhekk approvat f’isem il-Komunità,

It-test ta’ dan il-Ftehim huma mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jinnomina l-persuna bil-poter li tiffirma l-Ftehim għall-iskop li jorbot lill-Komunità.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tibda jkollha effett fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fit-22 ta’ Novembru 1989.

F’isem il-Kunsill

Il-President

C. Solchaga Catalan

[1] ĠU L 265, tas-27.9.1978, p. 2.

--------------------------------------------------