|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/422 |
23.11.2023 |
P9_TA(2023)0074
L-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Marzu 2023 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/ĠAI (COM(2021)0782 – C9-0457/2021 – 2021/0411(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
(C/2023/422)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0782), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 87(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0457/2021), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitati responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-7 ta’ Diċembru 2022, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0247/2022), |
|
1. |
Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali. |
P9_TC1-COD(2021)0411
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-15 ta' Marzu 2023 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2023/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/960/ĠAI
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġislattiv finali, d-Direttiva (UE) 2023/977.)
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/422/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)