|
2.10.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 319/36 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1379
tal-1 ta’ Ottubru 2020
dwar l-awtorizzazzjoni tal-L-ċistina prodotta mill-Pantoea ananatis NITE BP-02525 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata din l-awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-L-ċistina prodotta mill-Pantoea ananatis NITE BP-02525 bħala addittiv tal-għalf fl-għalf u fl-ilma għax-xorb għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Mal-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
Din l-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-L-ċistina prodotta mill-Pantoea ananatis NITE BP-02525 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali li trid tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”, il-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom”, u fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji”, il-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tat-28 ta’ Jannar 2020 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-L-ċistina prodotta mill-Pantoea ananatis NITE BP-02525 ma għandhiex effett avvers fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-konsumaturi jew fuq l-ambjent, u li hija kemxejn irritanti jekk tinġibed bin-nifs. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. Barra minn hekk, l-Awtorità ddikjarat li s-supplimentazzjoni bl-L-ċistina prodotta mill-fermentazzjoni mal-Pantoea ananatis NITE BP-02525 jenħtieġ li tirrispetta r-rekwiżiti għall-aċidi amminiċi li fihom il-kubrit. Għalhekk jenħtieġ li tiġi stabbilita dispożizzjoni ta’ tikkettar rispettiva. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-addittiv jista’ jitqies effikaċi biex jikkontribwixxi għar-rekwiżiti għall-aċidi amminiċi li fihom il-kubrit fl-ispeċijiet kollha tal-annimali u li biex l-L-ċistina bħala suppliment ikun effikaċi għalkollox fir-ruminanti, jenħtieġ li tiġi protetta mid-degradazzjoni fil-kirxa. Fl-opinjoni tagħha, l-Awtorità esprimiet tħassib dwar żbilanċi nutrizzjonali potenzjali meta l-L-ċistina tiġi amministrata bħala aċidu amminiku permezz tal-ilma tax-xorb. Madankollu, l-Awtorità ma pproponiet l-ebda kontenut massimu għal-L-ċistina. Għalhekk, fil-każ tas-supplimentazzjoni tal-għalf u tal-ilma tax-xorb bl-L-ċistina bħala aċidu amminiku, jixraq li titqies il-provvista djetetika bl-aċidi amminiċi essenzjali u kundizzjonalment essenzjali kollha. |
|
(5) |
Fir-rigward tal-użu bħala aromatizzant, l-Awtorità tiddikjara li ma hemmx bżonn iżjed provi tal-effikaċja tagħha meta tintuża fid-doża rakkomandata. L-użu tal-L-ċistina bħala kompost aromatizzant mhuwiex awtorizzat fl-ilma tax-xorb. Mhuwiex probabbli li fid-doża rakkomandata, l-L-ċistina bħala kompost aromatizzant toħloq xi tħassib. Il-fatt li l-użu tal-L-ċistina mhuwiex awtorizzat bħala aromatizzant fl-ilma tax-xorb ma jipprekludix l-użu tagħha fl-għalf kompost li jingħata permezz tal-ilma. |
|
(6) |
Jenħtieġ li jiġu previsti restrizzjonijiet u kundizzjonijiet biex jippermettu kontroll aħjar tal-L-ċistina meta tintuża bħala kompost aromatizzant. Għal-L-ċistina, il-kontenut irrakkomandat jenħtieġ li jiġi indikat fuq it-tikketta tal-addittiv. Meta tali kontenut jinqabeż, jenħtieġ li ċertu informazzjoni tiġi indikata fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel. |
|
(7) |
L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapporti dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf li tressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(8) |
Il-valutazzjoni tal-L-ċistina turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk, l-użu ta’ dan l-addittiv jenħtieġ li jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Is-sustanza L-ċistina prodotta mill-Pantoea ananatis NITE BP-02525 speċifikata fl-Anness, li taqa’ taħt il-kategorija ta’ addittivi “addittivi nutrittivi” u l-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom”, hija awtorizzata bħala addittiv tal-għalf fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
2. Is-sustanza L-ċistina prodotta mill-Pantoea ananatis NITE BP-02525 speċifikata fl-Anness, li taqa’ taħt il-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji” u l-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”, hija awtorizzata bħala addittiv tal-għalf fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Ottubru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2020; 18(2):6020.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||
|
mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: aċidi amminiċi, l-imlieħ u l-analogi tagħhom. |
|||||||||||||||||||||||
|
3c392 |
- |
L-ċistina |
Kompożizzjoni tal-addittiv: Trab b’kontenut minimu ta’ 98 % L-ċistina |
L-ispeċijiet kollha ta’ annimali |
- |
- |
- |
|
22.10.2030 |
||||||||||||||
|
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: L-ċistina prodotta permezz tal-fermentazzjoni bil-Pantoea ananatis NITE BP-02525 Isem IUPAC: aċidu (2R)-2-ammino-3-[(2R)-2-ammino-3-idrossi-3-ossopropil] disulfanil-propanojku Numru CAS: 56-89-3 Formula kimika: C6H12N2O4S2 |
|||||||||||||||||||||||
|
Metodu analitiku (1): Għall-identifikazzjoni tal-L-ċistina fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni taċ-ċistina fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:
Għall-kwantifikazzjoni taċ-ċistina fit-taħlitiet lesti minn qabel, fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni taċ-ċistina fl-ilma:
|
|||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorji. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
|||||||||||||||||||||||
|
3c392 |
- |
L-ċistina |
Kompożizzjoni tal-addittiv: Trab b’kontenut minimu ta’ 98 % L-ċistina |
L-ispeċijiet kollha ta’ annimali |
- |
- |
- |
|
22.10.2030 |
||||||||||||||
|
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: L-ċistina prodotta permezz tal-fermentazzjoni bil-Pantoea ananatis NITE BP-02525 Isem IUPAC: aċidu (2R)-2-ammino-3-[(2R)-2-ammino-3-idrossi-3-ossopropil] disulfanil-propanojku Numru CAS: 56-89-3 Formula kimika: C6H12N2O4S2 |
|||||||||||||||||||||||
|
Metodu analitiku (3): Għad-determinazzjoni tal-L-ċistina fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni taċ-ċistina fl-addittiv tal-għalf u fit-taħlitiet lesti minn qabel:
|
|||||||||||||||||||||||
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports
(3) Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports