Official Journal L 299 , 23/11/1977 P. 0009 - 0009
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 9 P. 0128
Greek special edition: Chapter 03 Volume 19 P. 0184
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 9 P. 0128
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 13 P. 0121
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 13 P. 0121
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2564/77 tat-22 ta’ Novembru 1977 li jemenda Regolament (KEE) Nru 1351/72 fuq l-għarfien ta’ gruppi ta’ produtturi tal-ħops IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea; Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (EEC) Nru 1696/71 tas-26 ta’ Lulju 1971 fuq l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-ħops [1], kif l-aħħar emendat minn Regolament (KEE) Nru 1170/77 [2], u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) mehmuż, Billi Regolament (EEC) Nru 1170/77 emenda id-disposizzjonijiet marbuta ma’ gruppi ta’ produtturi magħrufa, speċjalment rigward l-membri u l-funzjonijiet tagħhom, Billi dawn il-funzjonijiet ġew estiżi; billi jridu għalhekk isiru disposizzjonijiet li, sabiex grupp ikun magħruf, ir-regoli tiegħu jridu jinkludu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex il-membri ikunu konxji ta’ l-obbligazzjonijiet tagħhom fil-grupp; Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (EEC) Nru 1351/72 tat-28 ta’ Ġunju 1972 dwar l-għarfien ta’ gruppi ta’ produtturi tal-ħops [3] iridu jkunu emendati skond il-bżonn, b’mod partikulari fejn tidħol il-politika ta’ dawk il-gruppi biex ibiegħu l-produzzjoni tagħhom u l-amministrazzjoni ta’ l-għajnuna tal-produzzjoni; Billi l-miżuri li jaħseb għalihom dan ir-Regolament jaqblu mal-fehma tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Ħops. ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Artikolu 1 tar-Regolament (EEC) Nru 1351/72 huwa hawnhekk emendat u jinqara skond li ġej: "Artikolu 1 1. Ir-regoli komuni msemmija fl-Artikolu 7(3)(a) u (b) tar-Regolament (EEC) Nru 1696/71 se jkunu stabbiliti bil-miktub. Dawn ir-regoli se jinkludu għall-inqas: (a) fejn tidħol il-produzzjoni: (aa) L-użu ta’ wieħed jew aktar varjetajiet speċifikati meta l-imxietel ikunu mġedda jew meta jinħolqu l-ġodda (bb) konformità ma’ ċerti metodi ta’ tkabbir u protezzjoni tal-pjanti, (ċċ) l-ħsad, it-tnixxif u, fejn jixraq, il-preparamenti għal marketing; (b) ejn jidħol il-bejgħ, speċjalment fejn għandhom x’jaqsmu l-konċentrazzjoni u l-kondizzjonijiet tal-provvista: (aa) disposizzjonijiet ġenerali li jirregolaw il-bejgħ mill-grupp, (bb) disposizzjonijiet marbuta mal-kwantitajiet li l-produtturi huma awtorizzati li jbiegħu huma stess u r-regoli li jirregolaw dak il-bejgħ, (ċċ) il-kondizzjonijiet li dwarhom tista’ tingħata għajnuna ta’ produzzjoni lill-grupp skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 12(3) tar-Regolament (KEE) Nru 1696/71 jistgħu jintużaw għall-miżuri ta’ l-istabbilità tas-suq. 2. "L-ewwel stadju ta’ marketing" ifisser il-bejgħ tal-ħops mill-produttur innifsu jew, fil-każ tal-grupp tal-produtturi, il-bejgħ tal-ħops mill-membri tiegħu lin-negozjant bl-ingrossa jew lill-industriji li jużawh." Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fit-22 ta’ Novembru 1977. Għall-Kummissjoni Finn Gundelach Viċi-President [1] ĠU L 175, ta’ l-4.8.1971, p. 1. [2] ĠU L 137, tat-3.6.1977, p. 7. [3] ĠU L 148, tat-30.6.1972, p. 13. --------------------------------------------------