<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑87/14</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62014CC0087</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:192">EU:C:2015:192</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET BOT — KAWŻA C‑87/14</P><P>IL-KUMMISSJONI vs L-IRLANDA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Bot</HT></P><P>ippreżentati fid-<DATE ISO="20150319">19 ta’ Marzu 2015</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑87/14</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">L-Irlanda</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2003/88/KE</KEYWORD><KEYWORD>Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Tobba waqt it-taħriġ</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Bir-rikors tagħha, il-Kummissjoni Ewropea titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li, bin-nuqqas ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20031104">4 ta’ Novembru 2003</DATE>, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.</P></NOTE>, għall-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol tat-tobba waqt it-taħriġ, imsejħa wkoll tobba tal-isptar mhux konsulenti (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>non-consultant hospital doctors<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>NCHD<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 3, 5, 6 u 17(2) u (5) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-Irlanda ttrasponiet id-Direttiva 2003/88 fid-dritt nazzjonali fir-rigward tal-NCHD bir-Regolament tal-2004 dwar il-Komunitajiet Ewropej (organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol) (tobba waqt it-taħriġ) [European Communities (Organisation of Working Time) (Activities of Doctors in Training) Regulations 2004], kif emendat bir-Regolament tal-2010 (iktar ’il quddiem, ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Regolament tal-2004<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Sabiex tiġi riżolta tilwima dwar il-ħin tax-xogħol tal-NCHD, l-Irish Medical Organisation (il-federazzjoni tat-tobba tal-Irlanda), li tirrappreżenta lit-tobba kollha li jipprattikaw fit-territorju Irlandiż, u l-Health Service Executive (l-amministrazzjoni tas-servizzi tas-saħħa, iktar ’il quddiem, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>HSE<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), il-korp pubbliku li jirrappreżenta lill-awtoritajiet tas-saħħa, iffirmaw ftehim ta’ soluzzjoni fit-<DATE ISO="20120122">22 ta’ Jannar 2012</DATE>, li miegħu hemm anness ftehim kollettiv li jiġbor flimkien lil dawn il-partijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Iktar ’il quddiem, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>ftehim kollettiv<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</P></NOTE> kif ukoll mudell ta’ kuntratt tax-xogħol għall-NCHD<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Iktar ’il quddiem, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>mudell ta’ kuntratt tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="2"?><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-preambolu ta’ dan il-mudell ta’ kuntratt tax-xogħol jiddeskrivi l-NCHD bil-mod li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Għall-finijiet ta’ dan il-kuntratt, it-terminu [NCHD] jirreferi għal persuni impjegati fis-settur tas-saħħa pubblika fl-Irlanda bħala <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Interns<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/>, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Senior House Officers<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/>, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Registrars<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/>, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Senior Registrars<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/>, <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Specialist Registrars<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> [titoli li jikkorrispondu għal gradi fil-karriera tal-mediċina skont, b’mod partikolari, it-taħriġ segwit] jew titolu ieħor sabiex jipprovdu servizzi mediċi jew dentali u/jew sabiex jiġi segwit taħriġ mediku jew dentali li, għall-finijiet ta’ dan l-impjieg, ma humiex impjegati bħala <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Consultants<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="2019" ID="QE0014"/>.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Skont il-klawżola 3(a) tal-ftehim kollettiv, is-sigħat ta’ taħriġ previsti fir-roster lil hinn mill-perijodi ta’ ħin <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>on-call<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> ma għandhomx jingħaddu bħala ħin tax-xogħol.</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis, għall-kuntrarju, li tali sigħat ta’ taħriġ jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2003/88.</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Ir-rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ppreżentat mill-Kummissjoni kontra l-Irlanda fih diversi lmenti. Madankollu, dawn il-konklużjonijiet ser jiffokaw fuq l-uniku lment dwar l-inkompatibbiltà tal-klawżola 3(a) tal-ftehim kollettiv mad-Direttiva 2003/88. Fil-fatt, dan l-ilment iqajjem punt ta’ liġi ġdid dwar l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva. Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha għalhekk tiddeċiedi jekk huwiex konformi mad-Direttiva 2003/88 jew le li jiġi eskluż mill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(1) tal-imsemmija direttiva, il-ħin li l-NCHD jiddedikaw għat-taħriġ tagħhom, inkluż lil hinn mill-perijodi on-call tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="2019" ID="QE0021"/> ifisser kwalunkwe perjodu li matulu il-ħaddiem ikunu għax-xogħol, għad-disposizzjoni ta’ min jimpjegah u jwettaq l-attivitajiet jew id-doveri tiegħu, b’konformità mal-liġijiet nazzjonali u/jew prattiċi;</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Id-definizzjoni tal-kunċett ta’ ħin tax-xogħol għandha importanza partikolari fis-sistema tad-Direttiva 2003/88, għaliex minnha tiddependi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet oħra ta’ din id-direttiva, bħall-Artikoli 3, 5 u 6 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2003/88, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>Serħan ta’ kull jum<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa ħalli jassiguraw li kull ħaddiem ikun intitolat għal perjodu minimu ta’ serħan kull jum ta’ 11‑il siegħa konsekuttivi f’perjodu ta’ 24 siegħa.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 ta’ din l-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Perjodu ta’ serħan ta’ kull ġimgħa<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, jipprevedi fl-ewwel paragrafu tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa ħalli jassiguraw li, f’kull perjodu ta’ sebat ijiem kull ħaddiem ikun intitolat għal perjodu minimu mingħajr interruzzjoni ta’ serħan kull perjodu ta’ 24 il-siegħa flimkien ma 11‑il siegħa serħan ta’ kull jum kif li hemm referenza għalih fl-Artikolu 3.<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Ħin massimu ta’ xogħol matul ġimgħa<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa ħalli jassiguraw li, skond il-ħtieġa tal-protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema:</P><P>[...]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>il-medja tal-ħin tax-xogħol għal kull perjodu ta’ sebat ijiem, inkluża s-sahra, ma tkunx teċċedi it-48 siegħa.<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tosserva li l-attivitajiet ta’ taħriġ tal-NCHD huma parti integrali mill-impjieg tagħhom u mill-istatus professjonali tagħhom, bħalma jirriżulta mid-dispożizzjonijiet tal-mudell ta’ kuntratt tax-xogħol, u b’mod partikolari mit-Taqsima 8 ta’ dan tal-aħħar, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>Medical Education and Training<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Tagħlim u taħriġ mediku<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>). Dawn it-tobba huma marbuta jikkompletaw dawn l-attivitajiet ta’ taħriġ skont il-kuntratt tax-xogħol tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-ftehim dwar it-trattament tas-sigħat ta’ taħriġ li huwa anness mal-ftehim kollettiv jiddistingwi bejn tliet kategoriji ta’ sigħat ta’ taħriġ:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>is-sigħat ta’ taħriġ barra mis-sit ipprogrammati u protetti kif meħtieġa mill-programm ta’ taħriġ;</P></ITEM><ITEM><P>l-attivitajiet ta’ tagħlim u taħriġ ipprogrammati organizzati fuq il-post perjodikament (kull ġimgħa/ġimagħtejn), bħall-konferenzi, il-laqgħat xjentifiċi kif ukoll l-analiżi tal-morbożità u l-mortalità; u</P></ITEM><ITEM><P>l-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ studju, eċċ.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqis li, sa fejn l-attivitajiet ta’ taħriġ huma meħtieġa mill-programm ta’ taħriġ u jseħħu f’post stabbilit minn dan il-programm, dawn għandhom jingħaddu bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> għall-finijiet tad-Direttiva 2003/88. Dan għandu jkun il-każ, skont il-Kummissjoni, għall-ewwel żewġ kategoriji ta’ sigħat ta’ taħriġ iddefiniti mill-ftehim dwar it-trattament tas-sigħat ta’ taħriġ. Għall-kuntrarju, il-ħin iddedikat għall-attivitajiet ta’ studju u riċerka li jsiru d-dar ma għandhomx jitqiesu li huma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> u jistgħu, konsegwentement, jingħaddu bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>perijodu ta’ serħan<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> għall-finijiet ta’ din l-istess direttiva. Dan jidher li huwa l-każ tat-tielet kategorija ta’ sigħat ta’ taħriġ.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tindika wkoll li l-fatt li jiġu ddedikati ħinijiet speċifiċi għall-attivitajiet ta’ taħriġ fir-roster ma jibdilx il-fatt li dan jirrigwarda intrinsikament <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>xogħol<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tenfasizza wkoll ir-rwol speċifiku tal-limitazzjoni tal-ħin tax-xogħol u l-istabbiliment ta’ perijodi minimi ta’ serħan għat-tobba sabiex jiġu protetti s-saħħa u s-sigurtà ta’ dawn it-tobba u l-pazjenti tagħhom. Fil-fehma tagħha, interpretazzjoni restrittiva tal-kunċett ta’ ħin tax-xogħol bħal dik proposta mill-Irlanda, li teskludi l-attivitajiet ta’ taħriġ, la tkun konformi mad-drittijiet soċjali fundamentali mogħtija mid-Direttiva 2003/88 u lanqas mal-għan tagħha ta’ protezzjoni tas-saħħa u tas-sigurtà tal-ħaddiema.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Huwa għalhekk li l-Kummissjoni tqis li l-klawżola 3(a) tal-ftehim kollettiv ma hijiex kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/88, u b’mod partikolari mal-Artikoli 3, 5 u 6 tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Bħala risposta, l-Irlanda ssostni li s-sigħat ta’ taħriġ previsti fir-roster lil hinn mill-perijodi ta’ ħin on-call, li jirrappreżentaw il-perijodu ta’ taħriġ protett, ma għandhomx jingħaddu bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2003/88.</TXT></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>L-Irlanda ċertament tammetti li x-xogħol u t-taħriġ jistgħu jkunu marbutin mill-qrib fil-każ tal-NCHD. Madankollu teżisti, fil-fehma tagħha, distinzjoni fundamentali bejn iż-żewġ kunċetti, b’mod partikolari fil-kuntest tal-perijodu ta’ taħriġ protett, bħal f’dan il-każ. Fil-fatt, l-Irlanda tosserva li, f’dan il-kuntest, l-NCHD ma humiex għad-dispożizzjoni tal-persuna li timpjega u ma jwettqux l-attività jew id-doveri tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>L-Irlanda tispjega li, għalkemm il-perijodi ta’ taħriġ huma rreġistrati u effettivament miktuba fir-roster sabiex jiġi żgurat li jkunu protetti fl-iskeda tax-xogħol tal-NCHD u sabiex ikun possibbli għall-persuna li timpjega li tippjana l-attivitajiet b’mod razzjonali, tali perijodi huma inklużi b’mod espliċitu bħala li huma distinti — jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>ħelsien<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> — mill-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>attivitajiet jew id-doveri<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> tax-xogħol.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Skont l-Irlanda, mis-sentenza Simap<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>C‑303/98, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:528">EU:C:2000:528</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> jirriżulta li l-kunċett ta’ ħin tax-xogħol huwa essenzjalment marbut mat-twettiq, jew mad-disponibbiltà bil-għan ta’ twettiq u mat-twettiq effettiv, tad-doveri u tal-attivitajiet tax-xogħol fuq il-post tax-xogħol. Barra minn hekk, mill-punt 63 tas-sentenza Jaeger<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>C‑151/02, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:437">EU:C:2003:437</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> jirriżulta li, sabiex tiġi ssodisfatta d-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> prevista mid-Direttiva 2003/88, huwa indispensabbli li tabib ikun għad-dispożizzjoni tal-persuna li timpjegah f’post determinat, normalment iżda mhux esklużivament fuq il-post, sabiex jipprovdi s-servizzi u/jew iwettaq l-attivitajiet u d-doveri marbuta max-xogħol tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Madankollu, jirriżulta b’mod ċar mill-klawżola 3(a) tal-ftehim kollettiv kif ukoll mill-anness tiegħu li l-perijodu ta’ taħriġ protett ta’ kull ġimgħa huwa perijodu li matulu NCHD ma jkunx on-call, u lanqas ma jwettaq attivitajiet jew doveri marbuta max-xogħol tiegħu u ma jkunx effettivament disponibbli għal dawn l-attivitajiet jew id-doveri. In-natura protetta ta’ dan it-taħriġ teskludi neċessarjament id-disponibbiltà għax-xogħol. Barra minn hekk, il-fatt li dan il-perijodu ta’ taħriġ jiġi rremunerat minkejja li t-tabib ma jwettaqx jew ma jkunx disponibbli biex iwettaq xogħlu jirrifletti sempliċement l-istatus partikolari tat-tobba waqt it-taħriġ u jagħmel parti mill-vantaġġi tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Skont l-Irlanda, teżisti distinzjoni fundamentali bejn il-perijodu ta’ taħriġ protett li jimplika l-preżenza fiżika fuq il-post tax-xogħol minn naħa, u l-ħin on-call li jeħtieġ il-preżenza fiżika fuq il-post tax-xogħol min-naħa l-oħra, li ġie eżaminat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi tagħha Simap<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>C‑303/98, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:528">EU:C:2000:528</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> u Jaeger<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>C‑151/02, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:437">EU:C:2003:437</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, li huwa espressament iddefinit bħala ħin tax-xogħol mir-Regolament tal-2004. Filwaqt li tabib on-call huwa disponibbli għax-xogħol u jista’ jkun marbut iwettaq l-attivitajiet u d-doveri marbuta max-xogħol tiegħu, tabib li huwa f’perijodu ta’ taħriġ protett ma huwiex disponibbli għax-xogħol u ma jistax iwettaq dawn l-attivitajiet jew id-doveri. Għal din ir-raġuni, dan il-perijodu ta’ taħriġ ma jistax jitqies li huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> għall-finijiet tar-Regolament tal-2004 jew tad-Direttiva 2003/88.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>L-argument tal-Kummissjoni huwa bbażat fuq ftehim żbaljat fundamentali tar-relazzjoni bejn ir-rekwiżiti tat-taħriġ tal-NCHD u l-obbligi normali tagħhom skont il-kuntratt tax-xogħol tagħhom. Għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni l-Kummissjoni fir-replika tagħha, ir-rekwiżiti tat-taħriġ tal-NCHD ma humiex parti integrali mix-xogħol tagħhom fis-sens ta’ obbligi imposti jew issorveljati mill-persuna li timpjega. Kif jirriżulta mit-Taqsimiet 2 u 8 tal-mudell ta’ kuntratt tax-xogħol, dawn huma pjuttost rekwiżiti regolatorji essenzjali li l-NCHD kollha għandhom jissodisfaw biex jiġu rreġistrati bħala tobba skont il-Liġi tal-2007 dwar it-tobba (Medical Practitioners Act 2007). Ir-relazzjoni bejn l-NCHD u l-korp ta’ taħriġ tagħhom hija separata u distinta minn dik li teżisti bejn l-NCHD u l-persuna li timpjegahom.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Bħalma huwa espost fit-Taqsima 8(a) tal-mudell ta’ kuntratt tax-xogħol, il-persuna li timpjega għandha biss tiffaċilita, jekk ikun il-każ, it-taħriġ meħtieġ u/jew il-garanzija ta’ kompetenza meħtieġa tal-pożizzjonijiet ta’ NCHD. Filwaqt li l-persuna li timpjega toffri qafas li fih l-NCHD jistgħu jsegwu taħriġ, din ma tmexxix l-iżvolġiment ta’ tali taħriġ, ma tiddeterminax liema attivitajiet l-NCHD għandhom iwettqu fil-kuntest tat-taħriġ tagħhom lanqas il-progress tal-NCHD fil-kuntest ta’ dan u ma tiddeterminax il-post tal-imsemmi taħriġ. Dawn huma kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-korpi ta’ taħriġ tal-NCHD jew tal-NCHD infushom.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>L-assenjazzjoni ta’ sigħat speċifiċi għall-attivitajiet ta’ taħriġ fir-roster issir bl-iskop li tiffaċilita l-osservanza tal-obbligi mill-NCHD skont il-Liġi tal-2007 dwar it-tobba u li tiżgura ċarezza totali fir-rigward tal-organizzazzjoni tal-ħin tal-NCHD, kemm għalihom stess kif ukoll għall-persuna li timpjega, u dan sabiex tiġi żgurata l-provvista effettiva tas-servizzi.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-evalwazzjoni tiegħi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2003/88 għandha l-għan li tistabbilixxi rekwiżiti minimi maħsuba sabiex itejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol tal-ħaddiema permezz ta’ approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali dwar, b’mod partikolari, it-tul tal-ħin tax-xogħol. Din l-armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol għandha l-għan li tiżgura protezzjoni aħjar tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema, billi tara li dawn jibbenefikaw minn perijodi minimi ta’ serħan — b’mod partikolari ta’ kull jum u ta’ kull ġimgħa — kif ukoll minn perijodi ta’ waqfien adegwati, u billi tipprevedi limitu massimu ta’ 48 siegħa għat-tul medju tal-ġimgħa tax-xogħol, limitu massimu li fir-rigward tiegħu jiġi espressament ippreċiżat li jinkludi s-sahra<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Digriet Grigore (C‑258/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:122">EU:C:2011:122</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 40 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dan l-għan essenzjali, kull ħaddiem għandu b’mod partikolari jgawdi minn perijodi ta’ serħan adegwati li mhux biss għandhom ikunu effettivi, billi jippermettu lill-persuni kkonċernati jirkupraw mill-għeja tax-xogħol tagħhom, iżda għandhom ukoll ikunu ta’ natura preventiva b’mod li jnaqqsu, sa fejn possibbli, ir-riskju li jiġu mittiefsa s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema li l-akkumulazzjoni ta’ perijodi ta’ xogħol mingħajr is-serħan meħtieġ tista’ ġġib magħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Sentenza Jaeger (C‑151/02, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:437">EU:C:2003:437</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 92).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Ir-rekwiżiti differenti li tistabbilixxi d-Direttiva 2003/88 fir-rigward tat-tul massimu tax-xogħol u tal-ħin minimu ta’ serħan jikkostitwixxu regoli tad-dritt soċjali tal-Unjoni ta’ importanza partikolari u li minnhom għandu jibbenefika kull ħaddiem bħala rekwiżit minimu neċessarju sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Digriet Grigore (C‑258/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:122">EU:C:2011:122</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 41 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Għalkemm kienu oriġinarjament esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/104/KE, tat-<DATE ISO="19931123">23 ta’ Novembru 1993</DATE>, dwar xi aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 197.</P></NOTE>, l-attivitajiet tat-tobba waqt it-taħriġ ġew inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva permezz tad-Direttiva 2000/34/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Direttiva 2000/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20000622">22 ta’ Ġunju 2000</DATE>, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/104 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 27).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Fil-white paper tagħha dwar is-setturi u l-attivitajiet esklużi mid-Direttiva dwar il-Ħin tax-Xogħol, tal-<DATE ISO="19970715">15 ta’ Lulju 1997</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>COM(97) 334 finali</P></NOTE>, il-Kummissjoni enfasizzat li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>s-sigħat tax-xogħol tat-tobba waqt it-taħriġ kienu ta’ spiss jaqbżu l-55 siegħa fil-ġimgħa f’bosta pajjiżi<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Punt 64.</P></NOTE> [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Minn dan jirriżulta, fil-fehma tagħha, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>riskju evidenti [...] għas-saħħa u s-sigurtà ta’ numru sinjifikattiv ta’ tobba waqt it-taħriġ. Sa fejn dawn it-tobba jipparteċipaw direttament fi proċeduri u deċiżjonijiet mediċi li jolqtu lil pazjenti, is-sigurtà ta’ dawn tal-aħħar ukoll tista’ titqiegħed f’perikolu.<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Punt 65.</P></NOTE> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Sabiex jittieħdu inkunsiderazzjoni diffikultajiet potenzjali li l-Istati Membri jiltaqgħu magħhom sabiex jirrikonċiljaw id-dispożizzjonijiet dwar il-ħin tax-xogħol mar-responsabbiltajiet tagħhom fir-rigward tal-organizzazzjoni u l-provvista ta’ servizzi tas-saħħa u tal-kura medika, l-integrazzjoni tat-tobba waqt it-taħriġ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 93/104 saret gradwalment.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Bil-kodifikazzjoni li saret mid-Direttiva 2003/88, id-dispożizzjonijiet tranżitorji jidhru fl-Artikolu 17(5) ta’ din id-direttiva. Minn dan jirriżulta, essenzjalment, li d-derogi permessi jikkonċernaw l-Artikoli 6 (ħin massimu ta’ xogħol matul ġimgħa) u 16(b) (perijodu ta’ referenza) tal-imsemmija direttiva u ma humiex awtorizzati ħlief għal perijodu tranżitorju ta’ ħames snin mill-<DATE ISO="20040801">1 ta’ Awwissu 2004</DATE>, li eventwalment jista’ jiġi estiż b’sentejn, imbagħad b’sena.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Minn din id-deskrizzjoni fil-qosor tal-evoluzzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli għat-tobba waqt it-taħriġ jirriżulta li, mit-tmiem tal-perijodu tranżitorju, din il-kategorija ta’ tobba hija integralment suġġetta għall-osservanza tar-regoli dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol li jinsabu fid-Direttiva 2003/88.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi nnotat li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva li jirrigwardaw speċifikament it-tobba waqt it-taħriġ ma jipprevedux definizzjoni partikolari fir-rigward tagħhom tal-kunċett ta’ ħin tax-xogħol, u lanqas esklużjoni ta’ wħud mill-attivitajiet tagħhom minn dan il-kunċett.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Għalhekk tapplika d-definizzjoni ġenerali li tinsab fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2003/88.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ripetutament li din id-direttiva tiddefinixxi l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, bħala kull perijodu li matulu l-ħaddiem ikun ix-xogħol, għad-dispożizzjoni tal-persuna li timpjega u jwettaq l-attività jew id-doveri tiegħu, konformement mal-leġiżlazzjoni u/jew il-prattiki nazzjonali, u li l-istess kunċett għandu jinftiehem bħala l-oppost tal-perijodu ta’ serħan, peress li dawn iż-żewġ kunċetti jeskludu lil xulxin b’mod reċiproku<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Digriet Grigore (C‑258/10, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:122">EU:C:2011:122</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 42 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat, minn naħa, li d-Direttiva 2003/88 ma tipprevedix kategorija intermedjarja bejn il-perijodi ta’ xogħol u dawk ta’ serħan u li, min-naħa l-oħra, l-intensità tax-xogħol imwettaq mill-ħaddiem jew l-effiċjenza tiegħu ma tidhirx fost l-elementi karatteristiċi tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> fis-sens ta’ din id-direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (punt 43 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Għalhekk, l-imsemmija direttiva ma tipprovdix għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>perijodi griżi<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> li jidħlu bejn il-ħin tax-xogħol u l-ħin ta’ serħan. Konformement mas-sistema implementata mil-leġiżlatur tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja adottat approċċ binarju li jgħid li dak li ma jaqax taħt il-kunċett ta’ ħin tax-xogħol jaqa’ taħt il-kunċett ta’ ħin ta’ serħan, u bil-kontra.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li l-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>perijodu ta’ serħan<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> fis-sens tad-Direttiva 2003/88 jikkostitwixxu kunċetti tad-dritt tal-Unjoni li għandhom jiġu ddefiniti skont karatteristiċi oġġettivi, filwaqt li jsir riferiment għas-sistema u l-iskop ta’ din id-direttiva, intiża sabiex tistabbilixxi rekwiżiti minimi maħsuba sabiex itejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol tal-ħaddiema. Fil-fatt, tali interpretazzjoni awtonoma biss hija ta’ natura li tiżgura l-effett sħiħ ta’ din id-direttiva kif ukoll applikazzjoni uniformi tal-imsemmija kunċetti fl-Istati Membri kollha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (punt 44 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88 ma jidhirx fost id-dispożizzjonijiet tagħha li hija permessa deroga għalihom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (punt 45).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tobba, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeduċiet minn dan li s-servizzi on-call li l-ħaddiem iwettaq skont is-sistema tal-preżenza fiżika fl-istabbiliment tal-persuna li timpjega għandu jitqies kollu kemm hu li huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> fis-sens tad-Direttiva 2003/88, indipendentement mix-xogħol realment imwettaq mill-persuna kkonċernata waqt dawn il-perijodi li tkun on-call<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Digriet Vorel (C‑437/05, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:23">EU:C:2007:23</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 27 u l-ġurisprudenza ċċitata). Minħabba li l-Artikoli 1 sa 6 tad-Direttiva 2003/88 huma fformulati f’termini li huma essenzjalment identiċi għal dawk tal-Artikoli 1 sa 6 tad-Direttiva 93/104, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat, f’dan l-istess digriet, li l-interpretazzjoni ta’ din tal-aħħar hija kompletament applikabbli għad-Direttiva 2003/88 (punt 29).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-fatt li s-servizzi on-call jinkludu ċerti perijodi fejn ma titwettaqx attività, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, huwa irrilevanti f’dan il-kuntest. Fil-fatt, il-fattur deċiżiv sabiex jiġi kkunsidrat li l-elementi karatteristiċi tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>, fis-sens tad-Direttiva 2003/88, huma preżenti fis-servizzi on-call li ħaddiem iwettaq fuq il-post tax-xogħol tiegħu stess huwa l-fatt li huwa mġiegħel ikun fiżikament preżenti fuq il-post stabbilit mill-persuna li timpjegah u li jżomm ruħu għad-dispożizzjoni ta’ din tal-aħħar sabiex f’każ ta’ bżonn ikun jista’ jipprovdi s-servizzi xierqa immedjatament. Hemm lok, konsegwentement, skont il-Qorti tal-Ġustizzja, li dawn l-obbligi jitqiesu li huma rilevanti għat-twettiq tad-doveri ta’ dan il-ħaddiem<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Id-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2003/88, hija bbażata fuq tliet kriterji li, fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, jidher li għandhom jitqiesu li huma kumulattivi. Dawn huma l-kriterju spazjali (li wieħed ikun fuq il-post tax-xogħol), il-kriterju tal-awtorità (li wieħed ikun għad-dispożizzjoni tal-persuna li timpjega) u l-kriterju professjonali (li wieħed iwettaq l-attivitajiet jew id-doveri tiegħu)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara, fir-rigward tas-sentenza Jaeger (C‑151/02, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:437">EU:C:2003:437</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-kummenti ta’ Vigneau C., <HT TYPE="ITALIC">European Review of Private Law</HT>, Nru 13, Vol. 2, Kluwer Law International, Il-Pajjiżi l-Baxxi, 2005, p. 219, speċjalment p. 220.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>L-esklużjoni tas-sigħat ta’ taħriġ tal-NCHD mill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, hija, fil-fehma tiegħi, kuntrarja għad-Direttiva 2003/88 sa fejn, f’dak li jikkonċerna din il-kategorija ta’ ħaddiema, ikunu ssodisfatti t-tliet kriterji msemmija fid-definizzjoni inkluża fl-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Se nibda d-demostrazzjoni tiegħi bl-aħħar wieħed mit-tliet kriterji elenkati, li jeħtieġ li l-ħaddiem iwettaq l-attività jew id-doveri tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>L-attività tal-NCHD tinkludi żewġ aspetti prinċipali, jiġifieri, minn naħa, li jagħtu kura medika u, min-naħa l-oħra, li jsegwu t-taħriġ tagħhom. Huma rremunerati kemm għall-ewwel aspett kif ukoll għat-tieni wieħed.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>L-NCHD iwettqu ż-żewġ partijiet tal-attività tagħhom fi ħdan żewġ entitajiet. Minn naħa, dawn jiġu assenjati fi sptar u, min-naħa l-oħra jkunu marbuta ma’ korp ta’ taħriġ, dan kollu taħt l-awspiċi tal-HSE li torganizza, permezz ta’ ftehimiet konklużi mal-korpi ta’ taħriġ, u tiffinanzja t-taħriġ tal-NCHD<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>It-Taqsima 15 tal-mudell ta’ kuntratt tax-xogħol, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>Training Supports<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>Finanzjamenti tat-taħriġ<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>), tipprevedi li l-HSE ser tkun responsabbli għall-ispejjeż ta’ taħriġ tal-NCHD.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Jekk nirreferu għad-dokument stabbilit mill-HSE, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>Non Consultant Hospital Doctor (NCHD) – Job Specification<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> [<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>Tobba tal-isptar mhux konsulenti (NCHD) – Deksrizzjoni tal-impjieg<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>]<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Dan id-dokument huwa disponibbli fuq l-indirizz elettroniku http://www.irishpsychiatry.ie/Libraries/PGT_HSE_Docs/HSE_Job_Specification_for_NCHD_Posts.sflb.ashx</P></NOTE>, ninnotaw li l-ewwel parti tal-attivitajiet tal-NCHD hija kkaratterizzata, b’mod partikolari, mill-funzjonijiet li ġejjin<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara wkoll it-Taqsima 6 tal-mudell ta’ kuntratt tax-xogħol.</P></NOTE>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>jipparteċipaw bħala membri ta’ tim multi-dixxiplinari fil-provvista ta’ kura medika lill-pazjenti<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>;</P></ITEM><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>jagħmlu dijanjosi u jittrattaw lill-pazjenti<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>;</P></ITEM><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>jiktbu u jinterpretaw testijiet ta’ dijanjosi<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>; u</P></ITEM><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>jibdew u jissorveljaw it-trattament<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/></P></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>L-NCHD huma għalhekk involuti bis-sħiħ fl-għoti ta’ kura medika lill-pazjenti.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni parti dwar it-taħriġ tal-NCHD, din tinvolvi, skont it-termini tat-Taqsima intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0058" ID="QS0058"/>Education and Training<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0059" ID="QS0059"/>Tagħlim u taħriġ<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>) tal-istess dokument, b’mod partikolari l-funzjonijiet li ġejjin<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara wkoll it-Taqsima 8 tal-mudell ta’ kuntratt tax-xogħol.</P></NOTE>:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0060" ID="QS0060"/>jipparteċipaw fi programmi obbligatorji u rrakkomandati ta’ tagħlim u ta’ żvilupp professjonali skont ir-rekwiżiti organizzazzjonali/professjonali<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>;</P></ITEM><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0061" ID="QS0061"/>iżommu u jiżviluppaw il-perizja u l-għarfien professjonali billi jinvolvu ruħhom b’mod attiv f’tagħlim u fi żvilupp professjonali kontinwat<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>;</P></ITEM><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0062" ID="QS0062"/>jagħmlu progress sodisfaċenti fit-tagħlim u fl-iżvilupp tagħhom skont ir-rekwiżiti tal-korp ta’ taħriġ<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>; u</P></ITEM><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0063" ID="QS0063"/>jipparteċipaw f’kontrolli ta’ ppjanar u ta’ prestazzjoni kif mitlub mal-konsulent inkarigat mis-sorveljanza/direttur tal-klinika/kap tad-dipartiment akkademiku <QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/>.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>L-NCHD għalhekk għandhom isegwu programm ta’ taħriġ fi ħdan korp awtorizzat għal dan l-għan, u għandhom jagħmlu dan b’koordinazzjoni mal-persuna li timpjegahom li għandha torganizza r-roster tagħhom b’mod li tiżgura l-implementazzjoni korretta ta’ dan it-taħriġ.</TXT></NP><?PAGE NO="9"?><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Ir-rabta stretta li tgħaqqad dawn iż-żewġ aspetti tal-attività tal-NCHD hija, ġustament, enfasizzata fid-dokument intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0064" ID="QS0064"/>Training principles to be incorporated into new working arrangements for doctors in training<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/> (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0065" ID="QS0065"/>Prinċipji fil-qasam tat-taħriġ li għandhom jiġu inkorporati fil-modalitajiet ġodda ta’ xogħol għat-tobba waqt it-taħriġ<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/>)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P><HT TYPE="ITALIC">Medical Education and Training Group</HT>, Lulju 2004. Id-dokument jirreferu għalih, b’mod partikolari, in-noti ta’ qiegħ il-paġna 3 u 5 tal-mudell ta’ kuntratt tax-xogħol u huwa disponibbli fuq l-indirizz elettroniku http://smartr.org.uk/wp‑content/uploads/2013/01/training_principles.pdf</P></NOTE>. Fih hemm indikat li fost ir-regoli ġenerali li għandhom jiggwidaw it-taħriġ tal-NCHD hemm dik li tipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0066" ID="QS0066"/>opportunitajiet ta’ tagħlim u ta’ taħriġ fuq il-post tax-xogħol għandhom jiġu sfruttati u għandu jsir l-ikbar użu minnhom<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/>, u dik li tgħid li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0067" ID="QS0067"/>barrier artifiċjali ma għandhiex tinħoloq bejn servizz u taħriġ<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Paġna 5.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Minkejja din l-affermazzjoni tal-assenza ta’ konfini riġidi bejn it-taħriġ u l-għoti ta’ kura medika, dan id-dokument juri l-eżistenza ta’ prattika li tikkonsisti fl-esklużjoni mill-ħin tax-xogħol is-sigħat li l-NCHD jiddedikaw għat-taħriġ tagħhom fi ħdan il-korp b’din il-funzjoni. B’dan il-mod, il-punt 9 tal-parti I tal-imsemmi dokument jindika li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0068" ID="QS0068"/>ħin użat f’taħriġ fuq talba tal-korp ta’ taħriġ u mhux fuq dik tal-persuna li timpjega ma jgħoddx bħala ħin tax-xogħol għall-finijiet tad-[Direttiva dwar il-Ħin tax-Xogħol] iżda jista’ jitqies li huwa ħin rremunerat<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/>. Barra minn hekk, il-punt 15 ta’ din il-parti I jippreċiża li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0069" ID="QS0069"/>[i]l-ħin, għalkemm jista’ jintuża prinċipalment jew anki esklużivament għal skop ta’ tagħlim (pereżempju leave għal studju <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0070" ID="QS0070"/>protett<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="2019" ID="QE0070"/>) u ma jaqax taħt id-definizzjoni ta’ ħin <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0071" ID="QS0071"/>tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="2019" ID="QE0071"/>, xorta jista’ jiġi inkluż bħala parti minn kuntratt ta’ impjieg irremunerat<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/>. Fl-aħħar nett, il-punt 3 tal-parti II tal-istess dokument, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0072" ID="QS0072"/>Prinċipji marbuta ma’ kull korp ta’ taħriġ<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/>, jindika li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0073" ID="QS0073"/>it-tagħlim u t-taħriġ barra mis-sit [...] normalment ma jitqiesux li huma ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Tali esklużjoni tas-sigħat ta’ taħriġ tal-NCHD mill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0074" ID="QS0074"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2003/88, hija, fil-fehma tiegħi, kuntrarja għal din tal-aħħar, għax hija bbażata fuq l-idea li l-NCHD ma jwettqux l-attività jew id-doveri tagħhom fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni meta jiddedikaw ruħhom għat-taħriġ tagħhom, kif jirriżulta mill-programm stabbilit mill-korp awtorizzat għal dan l-għan.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Bil-kontra tal-immaġni li trid tagħti l-Irlanda fil-kuntest ta’ dan ir-rikors, l-aspett tal-attività tal-NCHD fir-rigward tal-għoti ta’ kura medika u dak b’rabta mat-taħriġ tagħhom huma madankollu marbuta mill-qrib. Fil-fatt huwa inerenti fl-istatus tal-NCHD li jiksbu tagħlim teoriku u tagħlim prattiku, li jkomplu jiżviluppaw l-għarfien xjentifiku tagħhom filwaqt li jwettquh fil-prattika. Fil-fatt il-kwalità u l-effettività tat-taħriġ tal-NCHD jiddependu fuq din ir-rabta stretta bejn it-teorija u t-twettiq fil-prattika.</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>It-taħriġ professjonali tal-NCHD għalhekk jagħmel parti integrali mill-attività tagħhom, b’tali mod li għandhom jitqiesu li jwettqu l-attività u d-doveri tagħhom fis-sens tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2003/88, meta jsegwu l-programm ta’ taħriġ tagħhom, inkluż lil hinn mill-perijodi ta’ ħin on-call.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Konsegwentement, ma hemm ebda raġuni oġġettiva għalfejn għandha ssir distinzjoni bejn iż-żewġ aspetti tal-attività tal-NCHD għall-finijiet tal-kalkolu tal-ħin tax-xogħol tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-kriterju spazjali li jirrigwarda l-fatt li l-ħaddiem irid ikun fuq il-post tax-xogħol jidhirli li huwa ssodisfatt.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Fil-fatt, kemm jekk it-taħriġ iseħħ fl-isptar kif ukoll jekk dan iseħħ fil-bini tal-korp ta’ taħriġ, l-importanti huwa li l-NCHD, matul is-sigħat ta’ taħriġ, huma obbligati jibqgħu fil-post li ma humiex liberi li jagħżlu iżda li jiddependi mill-programm ta’ taħriġ li huma marbuta jsegwu. Dan l-obbligu li l-NCHD ikunu fiżikament preżenti f’post stabbilit matul is-sigħat ta’ taħriġ tagħhom jikkostitwixxi restrizzjoni li tipprekludihom milli jwettqu liberament l-attivitajiet personali tagħhom.</TXT></NP><?PAGE NO="10"?><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-kriterju li jgħid li l-ħaddiem għandu jkun għad-dispożizzjoni tal-persuna li timpjega, dan huwa qabel kollox kriterju ta’ awtorità li jimplika l-permanenza tar-rabta ta’ subordinazzjoni tal-ewwel wieħed fil-konfront tat-tieni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara, Vigneau C. , <HT TYPE="ITALIC">op. cit</HT>., li hawnhekk nirreferu għad-definizzjoni tiegħu li tinsab fil-p. 220.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Madankollu, meta l-NCHD iwettqu t-taħriġ tagħhom lil hinn mill-perijodi ta’ ħin on-call, dawn xorta waħda ma joħorġux minn taħt is-setgħa ta’ tmexxija tal-persuna li timpjegahom.</TXT></NP><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>Fil-fatt, fil-kuntest tar-relazzjoni ġerarkika li torbothom mal-persuna li timpjegahom, it-taħriġ tal-NCHD jiġi kkontrollat min-naħa ta’ dan tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Dan jirriżulta espressament mit-Taqsima 3 tal-mudell ta’ kuntratt tax-xogħol, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0075" ID="QS0075"/>Reporting Relationship<QUOT.END REF.START="QS0075" CODE="201D" ID="QE0075"/> (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0076" ID="QS0076"/>Relazzjoni ġerarkika<QUOT.END REF.START="QS0076" CODE="201D" ID="QE0076"/>), li tipprovdi:</TXT><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0077" ID="QS0077"/>Ir-relazzjoni ġerarkika tal-NCHD fil-konfront tal-persuna li timpjega tiġi stabbilita permezz tal-intermedjarju tal-konsulent inkarigat bis-sorveljanza tagħhom u tad-direttur tal-klinika (jekk ikun hemm wieħed). L-NCHD jistgħu jkunu <HT TYPE="ITALIC">meħtieġa jagħtu rendikont</HT> lill-konsulent inkarigat bis-sorveljanza maħtur/lid-direttur tal-klinika/lill-kap tad-dipartiment akkademiku <HT TYPE="ITALIC">rigward kwistjonijiet marbuta mat-tagħlim, taħriġ u riċerka medika</HT>. L-NCHD għandhom jagħtu rendikont direttament lill-persuna li timpjega kif meħtieġ.<QUOT.END REF.START="QS0077" CODE="201D" ID="QE0077"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Korsiv miżjud minni.</P></NOTE></P></NP><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Fl-istess sens, it-Taqsima 6(c) tal-mudell ta’ kuntratt tax-xogħol tindika wkoll:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0078" ID="QS0078"/>L-NCHD huma intitolati, matul l-impjieg tagħhom, għal evalwazzjoni regolari tal-prestazzjoni tagħhom – inklużi l-prestazzjonijiet fil-qasam [ta’ tagħlim mediku u ta’ taħriġ mediku]/ta’ riċerka – fil-preżenza tagħhom, mill-konsulent inkarigat bis-sorveljanza maħtur/mid-direttur tal-klinika/mill-kap tad-dipartiment akkademiku.<QUOT.END REF.START="QS0078" CODE="201D" ID="QE0078"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Dan il-kontroll tat-taħriġ tal-NCHD mill-persuna li timpjega huwa koerenti mal-konstatazzjoni li skontha l-parteċipazzjoni tal-NCHD fi programm ta’ taħriġ tagħmel parti, skont it-Taqsima 8(b) tal-mudell ta’ kuntratt tax-xogħol, mill-obbligi imposti fuq l-NCHD b’applikazzjoni tal-kuntratt tax-xogħol li jorbothom mal-persuna li timpjegahom. Minn dan jirriżulta, fil-fehma tiegħi, li l-persuna li timpjega tkun iġġustifikata li tissanzjona nuqqas ta’ twettiq mill-NCHD tal-obbligi ta’ taħriġ tagħhom kif jidhru fil-kuntratt tax-xogħol.</TXT></NP><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-persuna li timpjega għandha rwol importanti fl-implementazzjoni korretta ta’ dan it-taħriġ, li għandha tiffaċilita t-twettiq tiegħu. F’dan ir-rigward, it-Taqsima 8(a) tal-mudell ta’ kuntratt tax-xogħol tipprevedi li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0079" ID="QS0079"/>[g]ħall-finijiet tat-tagħlim, tat-taħriġ tal-NCHD u taż-żamma tal-kompetenza professjonali tal-NCHD, il-persuna li timpjega għandha, skont ir-rekwiżiti tal-Liġi tal-2007 dwar it-tobba, tiffaċilita kif xieraq it-taħriġ/il-garanzija ta’ kompetenza meħtieġa għal pożizzjonijiet ta’ NCHD<QUOT.END REF.START="QS0079" CODE="201D" ID="QE0079"/>. Fl-istess sens, it-Taqsima 8(c) tal-mudell ta’ kuntratt tax-xogħol tipprevedi wkoll l-eżistenza ta’ koordinazzjoni bejn il-persuna li timpjega u l-korp ta’ taħriġ għall-implementazzjoni tat-taħriġ tal-NCHD, li għandu jiġi inkorporat fir-roster stabbilit mill-persuna li timpjega<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Ara wkoll, f’dan is-sens, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0080" ID="QS0080"/><HT TYPE="ITALIC">Training principles to be incorporated into new working arrangements for doctors in training<QUOT.END REF.START="QS0080" CODE="201D" ID="QE0080"/>, op. cit</HT>. Il-punt 16 tal-Parti I ta’ dan id-dokument jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0081" ID="QS0081"/>[i]l-persuna li timpjega għandha tiffaċilita ħin ta’ taħriġ protett għall-persuni li jagħtu t-taħriġ maħtura u għal dawk li jsegwu t-taħriġ fil-pożizzjonijiet li jitolbu taħriġ<QUOT.END REF.START="QS0081" CODE="201D" ID="QE0081"/>. Il-punt 26 ta’ din il-Parti I jindika li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0082" ID="QS0082"/>[r]-rosters għandhom jiffaċilitaw l-attivitajiet ipprogrammati ta’ tagħlim u taħriġ fuq is-sit u barra mis-sit<QUOT.END REF.START="QS0082" CODE="201D" ID="QE0082"/>.</P></NOTE>. Hija għalhekk il-persuna li timpjega li għandha tirrikonċilja l-obbligu tat-taħriġ tal-NCHD mal-obbligi ta’ servizz imposti fuq dawn tal-aħħar.</TXT></NP><?PAGE NO="11"?><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>It-taħriġ tal-NCHD għandu l-għan li dawn tal-aħħar jadattaw għall-post tax-xogħol tagħhom u għalhekk għandu skop professjonali. Il-ħin li l-NCHD jiddedikaw għat-taħriġ tagħhom ma jistax jitqabbel mal-ħin personali ħlief jekk dan jitqatta’ barra mir-relazzjoni ta’ xogħol, b’tali mod li jkunu jistgħu jokkupaw ruħhom liberament bl-attivitajiet personali tagħhom. Madankollu, rajna li dan ma huwiex il-każ, peress li l-persuna li timpjega tibqa’ teżerċita l-awtorità tagħha fil-kuntest tal-kontroll tat-taħriġ tal-NCHD. Barra minn hekk, it-taħriġ ta’ dawn tal-aħħar ma jirriżultax minn għażla awtonoma tagħhom li jiddedikaw parti mill-ħin personali tagħhom għalih. Ladarba l-ħin ta’ taħriġ tal-NCHD ikun maħsub biex jissodisfa obbligu professjonali, taħt il-kontroll dirett jew indirett tal-persuna li timpjega, dan ma jikkostitwixxix ħin ta’ serħan.</TXT></NP><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>Infakkar li d-Direttiva 2003/88 għandha l-għan li tipproteġi s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema. Il-fatt li jiġi ggarantit perijodu minimu ta’ serħan lill-ħaddiem huwa parti minn dan l-għan. Għaldaqstant, l-esklużjoni tal-ħin ta’ taħriġ tal-NCHD mill-għadd tal-ħin tax-xogħol tagħhom jikser dan il-perijodu minimu ta’ serħan u għalhekk imur kontra l-imsemmi għan<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara f’dan is-sens, fir-rigward tal-perijodi ta’ għassa, is-sentenza Simap (C‑303/98, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:528">EU:C:2000:528</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 49).</P></NOTE>. Fi kliem ieħor, id-Direttiva 2003/88 tipprekludi l-fatt li l-ħin ta’ serħan tal-NCHD jitqassar minħabba l-esklużjoni tas-sigħat ta’ taħriġ tagħhom mill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0083" ID="QS0083"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0083" CODE="201D" ID="QE0083"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(1) tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>Inżid ngħid li l-mod kif il-Qorti tal-Ġustizzja ddefinixxiet il-kunċett ta’ ħin ta’ serħan jippermetti faċilment li l-argument difiż mill-Irlanda jiġi skartat. Għalhekk, fir-rigward tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0084" ID="QS0084"/>perjodi xierqa ta’ mistrieħ b’kumpens ekwivalenti<QUOT.END REF.START="QS0084" CODE="201D" ID="QE0084"/>, fis-sens tal-Artikolu 17(2) u (3) tad-Direttiva 93/104, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li dawn il-perijodi għandhom ikunu kkaratterizzati mill-fatt li, matulhom, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0085" ID="QS0085"/>il-ħaddiem ma jkun suġġett għal ebda obbligu lejn min iħaddmu li jista’ jimpedixxih milli b’mod liberu u mingħajr interruzzjonijiet jaqdi l-interessi tiegħu sabiex jinnewtralizza l-effetti tax-xogħol fuq is-sigurtà u s-saħħa tiegħu. Għaldaqstant, dawn il-perijodi ta’ mistrieħ għandhom isegwu b’mod immedjat il-ħin tax-xogħol li għalih huma intiżi li jikkumpensaw, bl-għan li jiġi evitat li l-ħaddiem jesperjenza stat ta’ għeja jew ta’ xogħol eċċessiv minħabba l-akkumulazzjoni tal-perijodi konsekuttivi ta’ xogħol<QUOT.END REF.START="QS0085" CODE="201D" ID="QE0085"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Sentenza Jaeger (C‑151/02, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:437">EU:C:2003:437</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 94).</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat ukoll li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0086" ID="QS0086"/>sabiex ikun jista’ jistrieħ b’mod effettiv, il-ħaddiem għandu jibbenefika mill-possibbiltà li jitlaq mill-ambjent tax-xogħol tiegħu għal numru speċifiku ta’ sigħat li mhux biss għandhom ikunu konsekuttivi iżda għandhom ukoll isegwu direttament perijodu ta’ xogħol, sabiex jippermettulu jirrilassa u jelimina l-għeja kkaġunata mit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0086" CODE="201D" ID="QE0086"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (punt 109).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>Il-perijodi ta’ serħan għalhekk għandhom il-funzjoni li jikkumpensaw għall-għeja kkaġunata mill-perijodi tax-xogħol. Jekk il-perijodi ta’ taħriġ tal-NCHD jiġu inklużi mal-perijodi ta’ serħan din il-funzjoni essenzjali tiġi ppreġudikata.</TXT></NP><NP><NO.P>73.</NO.P><TXT>Minn dawn l-iżviluppi jirriżulta li, fil-fehma tiegħi, it-tliet kriterji tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0087" ID="QS0087"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0087" CODE="201D" ID="QE0087"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2003/88, huma ssodisfatti. Konsegwentement, is-sigħat li l-NCHD għandhom jiddedikaw għat-taħriġ tagħhom lil hinn mill-perijodi ta’ ħin on-call għandhom jitqiesu li jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0088" ID="QS0088"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0088" CODE="201D" ID="QE0088"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>74.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li, billi fil-prattika eskludiet is-sigħat ta’ taħriġ tat-tobba tal-isptar mhux konsulenti (<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0089" ID="QS0089"/>non-consultant hospital doctors<QUOT.END REF.START="QS0089" CODE="201D" ID="QE0089"/>) previsti fir-roster lil hinn mill-perijodi ta’ ħin on-call mill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0090" ID="QS0090"/>ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0090" CODE="201D" ID="QE0090"/>, fis-sens tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20031104">4 ta’ Novembru 2003</DATE>, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, l-Irlanda naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-dispożizzjoni kif ukoll taħt l-Artikoli 3, 5 u 6 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>