9.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 72/29


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE Nru 63/2020

tat-30 ta’ April 2020

li temenda l-Anness IX (Servizzi Finanzjarji) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE [2023/488]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim dwar iż-ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, u li temenda d-Direttivi 2009/138/KE u 2013/36/UE (1) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim dwar iż-ŻEE.

(2)

Jenħtieġ għalhekk, li l-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness IX tal-Ftehim dwar iż-ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 1 (id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u fil-punt 14 (id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

“—

32018 L 0843: Id-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 43).”

2.

Dan li ġej jiżdied fil-punt 23b (id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill):

 

“, kif emendat minn:

—

32018 L 0843: Id-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 43).”

3.

Fil-punt 23b (id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), l-adattament li ġej jiddaħħal wara l-adattament (a):

“(b)

Fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 67, fir-rigward tal-Istati tal-EFTA, il-kliem ‘sal-10 ta’ Settembru 2020’ għandhom jinqraw ‘sa disa’ xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 63/2020 tat-30 ta’ April 2020’.”

Artikolu 2

It-test tad-Direttiva (UE) Nru 2018/843 bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li għandu jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2020, dment li jkunu saru l-avviżi kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (*).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2020.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Clara GANSLANDT


(1)   ĠU L 156, 19.6.2018, p. 43.

(*)  Huma indikati rekwiżiti kostituzzjonali.


Dikjarazzjoni mill-Istati tal-EFTA

għad-Deċiżjoni Nru 63/ 2020 li tinkorpora d-Direttiva (UE) 2018/843 fil-Ftehim dwar iż-ŻEE

Id-Direttiva (UE) 2018/843 fiha dispożizzjonijiet b’referenzi għal atti adottati skont it-Titolu V TFUE. Ta’ min ifakkar li l-inkorporazzjoni ta’ atti b’dispożizzjonijiet bħal dawn fil-Ftehim dwar iż-ZEE hi mingħajr preġudizzju għall-fehim li l-leġiżlazzjoni tal-UE adottata skont it-Titolu V TFUE taqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ftehim dwar iż-ŻEE.