|
16.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 74/9 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/408
tal-15 ta' Marzu 2018
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1758 li jistabbilixxi l-forma u l-kontenut tal-informazzjoni dwar il-kontabilità li trid tintbagħat lill-Kummissjoni għall-fini tal-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR kif ukoll għall-finijiet tal-monitoraġġ u tat-tbassir
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 104 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1758 (2) jistabbilixxi l-istruttura tal-kodiċijiet baġitarji tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (“il-FAEŻR”) għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2017/2393 (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill emenda diversi dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), fosthom dawk li jikkonċernaw allokazzjoni addizzjonali u kategorija ġdida ta' deroga mir-rata ta' kontribuzzjoni tal-FAEŻR. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1758 jirrifletti l-emendi għad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1758 jiġi emendat skont dan. |
|
(4) |
Jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-istess jum bħar-Regolament (UE) 2017/2393. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
It-tielet tabella, taħt il-punt 1.2 “l-istruttura tal-kodiċijiet baġitarji”, li tiddefinixxi it-tieni ċifra tal-kombinazzjoni ta' oġġetti li ntużaw biex tiġi stabbilita r-rata massima ta' kontribuzzjoni tal-FAEŻR, “RRR”, fl-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1758, hija emendata kif ġej:
|
(1) |
Il-linja għall-kodiċi 6 tinbidel b'dan li ġej:
|
|
(2) |
Tiżdied il-linja li ġejja:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta' Marzu 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1758 tas-27 ta' Settembru 2017 li jistabbilixxi l-forma u l-kontenut tal-informazzjoni dwar il-kontabilità li trid tintbagħat lill-Kummissjoni għall-fini tal-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR kif ukoll għall-finijiet tal-monitoraġġ u tat-tbassir (ĠU L 250, 28.9.2017, p. 1).
(3) Ir-Regolament (UE) 2017/2393 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), (UE) Nru 1306/2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1307/2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni, (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u (UE) Nru 652/2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa marbuta mal-katina alimentari, mas-saħħa tal-annimali u mat-trattament xieraq tal-annimali, u marbuta mas-saħħa tal-pjanti u mal-materjal riproduttiv tal-pjanti (ĠU L 350, 29.12.2017, p. 15).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).