|
19.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 216/2 |
Ħatra ta’ Reġistratur
(2023/C 216/02)
Emmanuel Coulon, Reġistratur tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, temm il-kariga tiegħu fit-30 ta’ April 2023. Vittorio Di Bucci nħatar Reġistratur tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea permezz tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ April 2023, konformement mar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 254 TFUE kif ukoll mal-Artikolu 32 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, ħa l-ġurament fil-5 ta’ Ġunju 2023 u daħal fil-kariga għal perijodu ta’ sitt snin sal-4 ta’ Ġunju 2029 inkluż.